Dipartiment tal-Artijiet – art għall-iżvilupp fi snin 60
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bil-kondizzjonijiet oriġinali tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament meta fis-snin 60, id-Dipartiment tal-Artijiet kien ta l-art għall-iżvilupp?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Lands Department ġie kostitwit fis-sena 1962. Il-bejgħ li sar qabel 1962 kien isir bejn it-teżor u l-Works Department. Bħala Awtorità tal-Artijiet, m’għandniex records li aħna begħna din l-art fis-sittinijiet.
Il-bejgħ illi għandna record tagħom u li diġà għaddejna l-informazzjoni huma dawk elenkati f’PQ 5289, f’Seduta 103.
Wied il-Għajn – Enerġija Elettrika b’xejn mill-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja f’Wied il-Għajn irċeviet enerġija elettrika b’xejn mill-enerġija ġġenerata mill-impjant ta’ Sant’Antnin, mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba dwar il-familji f’Wied il-Għajn li bbenefikaw mill-Good Neighbourhood Scheme.
Wied il-Għajn – Enerġija Elettrika b’xejn mill-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja f’Wied il-Għajn irċeviet enerġija elettrika b’xejn mill-enerġija ġġenerata mill-impjant ta’ Sant’Antnin mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il stedina rċieva, mill-2013, biex jattendi festini u/jew riċevimenti ta’ anniversarji ta’ żwieġ, jew ta’ żwieġ, mingħand sidien azzjonisti jew diretturi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji regolati mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), u liema minnhom attenda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant din l-informazzjoni ma tinġabarx.
Identity Malta – interess taċ-Chief of Staff – ċittadinanzi taħt l-IIP
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien l-interess tiegħu u taċ-Chief of Staff tiegħu meta Identity Malta irrakkmandat regolarment biex dawk li japplikaw biex jixtru ċ-ċittadinanza taħt l-IIP jużaw is-servizzi tal-bank, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Maltin fl-Awstralja – dritt biex jivvutaw f’elezzjonijiet
Question
Peress li l-Prim Ministru, waqt li kien l-Awstralja f’Marzu/April qal fuq SBS Radio li l-Gvern irid li l-Maltin fl-Awstralja jkollhom ukoll id-dritt tal-vot u li jkunu jistgħu jivvutaw fl-ambaxxata jew bil-posta, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif beħsiebu jwettaq dan u sa meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-gvern huwa impenjat li jagħti l-opportunità għall-persuni Maltin li jgħixu barra u li għandhom id-dritt tal-vot, li jivvutaw f’ambaxxati f’pajjiżi barranin. F'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.
Belt Valletta, Strada Zekka – Esproprji – passi kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi kriminali ġew ordnati mill-Avukat Ġenerali wara s-sentenza tal-Qorti mill-Imħallef Felice li ftit jiem ilu ddikjarat null u illegali l-esproprji fl-iskandlu ta’ Strada Zekka?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ għadu sub judice.
Tħassir ta’ sentenzi ta’ kundanni tal-Qorti tal-Maġistrati
Question
In vista tal-artiklu ppubblikat illum ( http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/) fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta’ kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta’ żewġ persuni li jinsabu f’kontroversja pubblika, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a) min ordna tali tħassir;
b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-password mogħtija mill-MITA;
c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Gvern mill-MITA b’impatt evidenti fuq is-sigurtà tal-informazzjoni li l-MITA għandha; u
d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn il-MITA neħħiet, jew awtorizzat it-tneħħija, ta’ sentenzi tal-Qrati tagħna, mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Tħassir ta’ sentenzi ta’ kundanni tal-Qorti tal-Maġistrati
Question
In vista tal-artiklu ppubblikat illum (http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/) fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta’ kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta’ żewġ persuni li jinsabu f’kontroversja pubblika, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid:
a) min ordna tali tħassir;
b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja;
c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Ministeru għall-Ġustizzja; u
d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn sentenzi tal-Qrati tagħna, mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
a. It-tqegħid ta’ sentenza tal-Qorti fuq is-sit biex tkun tista’ tidher
online
, jew it-tneħħija tal-istess minn
online
(mhux mis-sistema tal-Qorti) taqa’ taħt ir-responsabilita` tad-Direttur Ġenerali tal-Qorti li huwa d-
Data Controller
ai fini tad-
Data Protection Act.
b. Fid-dawl tal-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq ma kienx hemm lok li ssir xi nkjesta.
c. Ma kien hemm l-ebda tbagħbis, anzi id-
Data Protection Act
u d-
Data Protection Regulation
(EU 2016/679) jitfgħu responsabilita` fuq id-
Data Controller
biex jieħu konjizzjoni ta’ talbiet li jistgħu jsiru mid-
data subject
.
d. Mis-sena 2013 l-hawn kien hemm 131 (mija wieħed u tletin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru
online.
Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam. Mill-131 (mija wieħed u tletin) talba li saret, 86 (tmienja u sittin) sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi, kien hemm 41 (wieħed u erbgħin) talba fejn ġew miċħuda, talba waħda kienet invalida u 3 (tlett) talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Illum hemm Kumitat kompost mid-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja, tliet Reġistraturi, u d-Direttur inkarigat mit-Taqsima dwar il-Protezzjoni tad-
Data
fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, li jiddeċiedu t-talbiet li jsiru għat-tneħħija ta’ Data Personali.
B’referenza għall-aħbar fil-gazzetta “Times of Malta” tal-Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, li huwa ntroduċa bil-moħbi the right to be forgotten, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sabiex mill-website tal-Ministeru għall-Ġustizzja/Qrati jitneħħew sentenzi ta’ kundanna mill-Qrati Kriminali u kemm minn dawn intlaqgħu, id-dettalji tal-persuna li f’kull każ għamlet it-talba u jaħsibx li l-pubbliku kellu jkun jaf mill-bidu li l-Ministru kien ta dan id-dritt b’mod li kulħadd ikun jaf x’għandu jagħmel jekk verament il-Ministru arbitrarjament iddeċieda li jdaħħal “dritt” li mhux rikonoxxut mil-liġijiet tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sallum kien hemm 131 (mija wieħed u tletin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti. Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kaw¿a titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam.
Saret talba waħda fit-2014. Kien hemm 21 (wieħed u għoxrin) talba fit-2017 u 109 (mija u disgħa) talba fit-2018.
Mill-131 (mija wieħed u tletin) talba li saret, 86 (tmienja u sittin) sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi, kien hemm 41 (wieħed u erbgħin) talba fejn ġew miċħuda, talba waħda kienet invalida u 3 (tlett) talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Fid-dawl tad-deċizzjoni li ttieħdet mid-
Data Controllor
biex dawn is-sentenzi jiġu anonimizzati, wara li ġew meħudha nkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fid-dawl tad-
Data
Protection Act
, tad-
Data Protection Directive
(95/46/EC) tal-1995 u aktar riċenti tad-
Data Protection Regulation (
EU 2016/679) li daħlet fis-seħħ, u partikolarment Art 17 tal-istess, mhux opportun li dawn is-sentenzi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tar-Regolamenti u Direttivi appena ċitati.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1116 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4302.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1121 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4307. L-ewwel konsulent ġie ngaġġat qabel id-data msemmija filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew ingaġġati wara.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 727 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista’ l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 362 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari bejn l-2014 u l-2016 kienet kif ġej ;
- Nefqa fuq fuel għall-karozza Ministerjali tal-Onorevoli Marie Louise Coleiro Preca, Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, mill-Ewwel ta’ Jannar 2014 sa l-Ewwel ta’ April 2014, kienet ta’ €551.16ċ.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali kienet ta’ €7,183.34ċ.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, mill-Ewwel ta’ Jannar 2014 sa l-Għoxrin ta’ Marzu 2014, kienet ta’ €578.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Justyne Caruana, Segrtarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, kienet ta’ €3,932.46ċ.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 360 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 4653.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 214 u tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li wara Marzu 2013 ma ngħata l-ebda xogħol legali jew ġew mitluba konsulenzi mill-Gozo Channel Company Ltd [u aktar tard mill- Gozo Channel (Operations) Ltd] mill-Avukata jew mid-ditta legali msemmija.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi mogħtija b’direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 133 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-Dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li hemm fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li dawn id-
direct orders
ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid f’idejn min hu l-car park li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G’Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà? Jista’ jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa’ jkollhom aċċess bħalma kellhom s’issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-parkeġġ biswit l-Isptar San Luqa li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma għadux f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Pieta’. Id-devoluzzjoni minn idejn il-Kunsill intemmet fl-aħħar ta’ Novembru, 2015. Għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.