Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sejba ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3495 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta’ droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena u x’tip ta’ droga nstabet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fis-snin imsemmija kien hemm il-każijiet segwenti: Fis-sena 2015 kien hemm total ta’ sitta u ghoxrin (26) każ li ġew irreferuti lill-Pulizija dwar sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin: 1. 22 każ b’sustanza suspettuża ta’ lewn ħadrani, 2. 3 każijiet involva sustanza suspettuża ta’ lewn kannella, 3. Każ wieħed ta’ traċċi ta’ sustanza suspettuża ta’ frak ta’ lewn kannella. Fis-sena 2016 kien hemm total ta’ tnejn u erbghin (42) każ li ġew referuti lill-Pulizija dwar sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. 1. 32 każ b’sustanza suspettuża ta’ lewn ħadrani, 2. 3 każijiet involvew pilloli u methadone, 3. 6 każijiet involvew traċċi ta’ droga fuq paraphernalia tad-droga bħal foil maħruq, 4. Każ wieħed involva sustanza suspettuża ta’ frak ta’ lewn kannella. Fis-sena 2017 kien hemm total ta' tlieta u sittin (63) każ fejn ġiet mgħarrfa l-Pulizija fuq sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilia’ Korrettiva ta’ Kordin. 1. 57 każ b’sustanza suspettuża ta’ lewn ħadrani, 2. 3 każijiet involvew sustanza suspettuża ta’ lewn kannella, 3. Każ wieħed ta’ traċċi ta’ sustanza suspettuża ta’ lewn kannella fuq paraphernalia tad-droga bħal foil maħruq, 4. 2 każijiet involvew sustanza suspettuża ta’ lewn bajdani. Minn dawn hemm ħamsa u sebgħin (75) fejn għadu mistenni riżultat tal-eżamijiet fuq is-sustanza misjuba. Erbgħa u erbgħin (44) każ fejn irriżulta li s-sustanza misjuba ma kienetx droga li dwarha setgħu jittieħdu passi. Kien hemm tlett (3) każi fejn is-sustanza kienet eroina, żewġ (2) każi fejn is-sustanza kienet eroina u kannabis u żewġ (2) każi ta' kannabis wahdu, każ wieħed (1) fejn is-sustanza kienet methadone, każ wieħed (1) ta’ droga kokaina u żewġ (2) każi ta' droga ecstasy. Sallum tressqu sebgħa (7) persuni l-Qorti waqt li tlieta (3) għadhom iridu jitressqu. Fuq każ li rriżulta li kien droga, il-persuna suspettata mietet. Sallum tressqu ħames (5) persuni l-Qorti waqt li tnejn (2) għad iridu jitressqu. Kien hemm każ (1) ieħor fejn ma hemmx evidenza biex il persuna suspettuża titressaq il-Qorti.
Leg 13 PQ #6682 Sitting 176 2018-12-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tax-Xandir – raportaġġ ħażin fuq PBS minn partiti politiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità tax-Xandir minn partiti politiċi dwar raportaġġ ħażin fuq il-PBS kull sena mill-2013 sal-lum, u jista’ jaqsam il-lista partit, partit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar 10 snin saru 37 ilment mill-partiti politiċi mal-Awtorià tax-Xandir dwar raportaġġ ħazin fuq il-PBS. Il-Partit Laburista ressaq 9 ilmenti bejn l-2008 u l-2012 u 4 ilmenti bejn l-2013 u l-2018. Bejn l-2008 u l-2012 ingħata raġun fuq 7 ilmenti. Ma ingħatax raġun fuq 2 ilmenti. Bejn l-2013 u l-2018 ma ingħatax raġun fuq 4 ilmenti. Il-Partit Nazzjonalista ma ressaq ebda ilment bejn l-2008 u l-2012. Bejn l-2013 u l-2018 ressaq 18 - il ilment li fuq 15 minnhom ma ingħatax raġun u fuq 3 ingħata. L-Alternattiva Demokratika ressqet 4 ilmenti bejn l-2008 u l-2012. Ma ingħatatx raġun fuq l-ebda wieħed minnhom. Bejn l-2013 u l-2018 ma ressqet l-ebda ilment. Il-Moviment Patrijotti Maltin ressaq 2 ilmenti bejn l-2013 u l-2018. Ingħata raġun fuq wieħed waqt li ma ingħatax raġun fuq l-iehor.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt; Dipartiment / Entita' / Agenzija: l-Isem ta' kull konsulent Hlas ta' kull Konsulent Planning Authority Bonnici Hermann 18,050.00 Borg Brian 12,390.00 Grech & Ghaznavi 1,994.20 Grech Joe 446.40 Novargo Ltd 10,030.00 Pricewaterhousecoopers 3,776.00 Striped Sox 14,159.90 Land Registry Profs Saviour Formosa Euro36,000 Excluding VAT BICC NIL BRO NIL Property Malta NIL Infrastructure Malta XYZ Architecture and Design €30,000 excl. VAT Lands Authority Dr Stefano Filletti €16,949.0 Mr Edmund Tabone €4,980.0 Mr Denis Camilleri €7,000.0 Dr Edward Zammit Lewis €14,830.0 Dr Vincent Galea €9,000.0 Dr Vincent Marmara' €15,400.0 Rosario Galea €5,727.0 Vince Gilson €5,090.0 Dr Cory Greenland €3,500.0 Mr Luke Dalli €21,000.0 Dr Joe Cilia €6,000.0 John Sevasta €2,949.0 Dr Robert Musumeci €5,000.0 Transport Malta PWC €287 per month Christian Larsson €2100 (inclVAT) monthly (48hrs per month) + €250 per day for travel (20 days) Stephen John Oddy €500 per day including travel dates / Travel Expenses €50 each way (UK travel expenses) Small FTO €50 per hr based on 12 hours/ Final report €200 / Admin work €50 per hour / Meals €50 up to 12 hrs in Malta / €100 if more than 12 hrs in Malta Victor Anthony Vella €45,000 annual fee €10,000 annual office allowance €480 annual communication allowance Carmel Grech Mon to Fri €14 per hr - 90 hrs per month Sat €25 per hr Sun & PH €30 Anand Dayal €20 per hr - 80 hrs per month EM Architects Junior Architect €20 per hour excl VAT 15 to 20hrs per week. Traffic Engineer /Transport Planner at €40 per hour excl VAT approx 10 hours per week Odette Lewis Consultancy - €35 per hr / Jun Arch Civil Eng €20 per hr / Draftsperson €12 per hr effective 1st August 2016 Karl Stagno Navarra €1,500 per month excluding VAT Dr Ishmael Psaila €50 per hour excluding VAT KPMG €4,500 excluding VAT

Mitjar Internazzjonali ta’ Ħal Luqa – Near Misses bejn drones u ajruplani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il near miss kien hemm bejn drones u ajruplani li kienu qed jagħmlu inżul jew take-off fil-mitjar internazzjonali ta’ Ħal Luqa f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sentejn ġew irrapurtati lill-pulizija żewġ każijiet ta’ near miss min-naħa ta’ Malta Air Traffic Services (MATS). Nitlob wkoll lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6666 li nagħtat fis-Seduta 142.
Leg 13 PQ #6465 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITA — xogħol mogħti minn kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu x-xogħol jew servizz li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tat lil MITA mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur tax-xogħol jew servizz u jekk ingħatax wara direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – impjegati li kienu impjegati ma’ bank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu għandhom impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi, m’għandha mpjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Leg 13 PQ #6467 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li kienu impjegati ma’ bank

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar 3 snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Deputat Prim Ministru u Minisru għas-Saħħa — direct orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3085 u ċjoè: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 533 u addizzjonalment qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni ta’ entitajiet u dipartimenti oħrajn kif mitluba minnu.
Leg 13 PQ #6579 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema – Amery Street – tibdil tal-isem tat-triq għal ġurnalista maqtula

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għamilx jew irċeviex rakkomandazzjoni biex Amery Street f’Tas-Sliema tissemma għal ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, it-triq li fiha trabbiet u għexet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq ma rċieva l-ebda proposta għal tibdil fl-isem tat-triq imsemmija f’Tas-Sliema.
Leg 13 PQ #5750 Sitting 174 2018-11-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – għajnuna lil stabbiliment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi, sponsorships jew għajnuna mod ieħor, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-Malta Tourism Authority, tat l-istabbilimenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-2013 ‘l hawn, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħti support lil diversi attivitajiet skont il-kriterji stabbiliti minnha. L-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2383 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Leg 13 PQ #6346 Sitting 174 2018-11-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Konvenji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konvenji li ġew reġistrati kull sena għas-snin 2012 sa 2018, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien it-total tal-valur dikjarat tal-konvenji għal kull sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ konvenji li ġew reġistrati kull sena u t-total tal-valur dikjarat għas-snin 2012 sal-14 ta’ Novembru 2018, sena b’sena hu kif se jingħad fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkata Dok “A”.
Leg 13 PQ #6393 Sitting 174 2018-11-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Chairman tal-Airmalta – salarji, perkaċċi u pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-salarju, il-perkaċċi u l-pakkett finanzjarju taċ-Chairman tal-Airmalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Kummissjoni Ewropea – tweġiba dwar kawżi SLAPP

Question

Fid-dawl tar-risposta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea proprju llum għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, 13 ta’ Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux isostni li l-emendi proposti minn din in-naħa biex jipproteġu lill-ġurnalisti Maltin minn kawżi SLAPP ma setgħux jiġu introdotti u jekk le, meta biħsiebu l-Ministru jintroduċi l-emendi ħalli mill-aktar fis, tingħata protezzjoni xierqa lill-media kif del resto ilu jgħid il-Gvern li għandu jkun hemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Gvern kien ħa l-pariri tiegħu sabiex janalizza l-emendi proposti u dan sabiex jara l-kompatibilità tal-istess kemm mal-obbligi Kostituzzjonali kif ukoll mal-liġi Ewropea. Min analiżi tal-emendi jinżel biċ-ċar li dawn l-emendi jagħmlu interferenza mat-tħaddim tal-Brussels I recast Regulation. Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huwa prekluż milli jintroduċi liġijiet li jkunu f’kunflitt mal-Liġi Ewropea. Jingħad ukoll li l-provvedimenti li jaħseb għalihom il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) diġà jipproteġi persuni li jkunu Malta u li jiġu mtiffxa fi Qrati ta’ Stati barra l-Unjoni Ewropea fejn dawn il-persuni la jkunu residenti u lanqas domiċiljati fihom mill-infurzar ta’ deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati ta’ Stati terzi u dan meta tali persuni ma jkunux issottomettew ruħhom għall-ġurisdizzjoni ta’ tali Qrati ta’ Stati terzi. Illi jekk wieħed janalizza t-tweġiba tas-Sinjura Jourova f’isem il-Kummissjoni Ewropeja wieħed jasal għall-konkluzjoni li dak li ntqal mill-istess Sinjura Jourova kien li spjegat il-liġijiet viġenti tal-Unjoni Ewropea liema tweġiba tirrifletti l-analiżi li kienet saret mill-esperti li taw il-parir lill-Gvern fuq l-emendi proposti.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3076 u ċjoe: Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.

Awtorità tal-Artijiet – xogħlijiet legali – ħlas lill-avukati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm qegħdin jitħallsu individwalment l-avukati li lilhom ġie farmed out ix-xogħol legali tal-Awtorità tal-Artijiet għal kull xahar? Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawn l-avukati u jagħti l-informazzjoni mitluba, xahar b'xahar għas-snin 2017 u 2018?​

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5569 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 245 u jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Direct order lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ordna li tingħata s-Segretarju Parlamentari mill-ħatra ta’ dan tal-aħħar lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u għal liema ammonti u għal liema raġunijiet, u d-data f’kull każ? Jista’ f’kull każ jgħid għaliex is-Segretarju Parlamentari ma ordnax li tinħareġ sejħa pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li s-Segretarju Parlamentari ma tax direct order lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament. Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħol f'entità pubblika partikolari, ġentilment nitolbu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4303.
Leg 13 PQ #5646 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – newspaper advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2330 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.