Prodotti msejħa lura mis-suq minħabba kontaminazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm ġew imsejħa lura minn fuq is-suq prodotti alimentari li kienu kkontaminati minn residwi ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b’sena, kif ukoll jelenka x’kienu l-prodotti u minn liema tipi ta’ residwi ta’ pestiċidi kienu kkontaminati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali m’huwiex l-Awtorità Kompetenti primarja għall-monitoraġġ ta’ Pestiċidi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ moniteraġġ li sar mill-istess imsemmi Direttorat.
Ma dan nitlob lill-Onor. Interpellant biex għal informazzjoni addizzjonali jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid wara li fl-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab infirex in-nar, x’miżuri qed jittieħdu biex isir moniteraġġ ambjentali inkluż moniteraġġ tal-emissjoniet kif ukoll ta’ kontaminazzjoni tal-madwar fosthom għal dioxins, polychlorinated biphenyl (PCB), Dioxin-like PCBs, polycyclic aromatic hydrocarbon (PAH), sulphur dioxide, nitrogen oxide, carbon monoxide, carbon dioxide, hydrogen chloride, ċomb, arseniku, kadmju, merkurju u persistent organic pollutants (POPs) oħra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-monitoraġġ tal-kumpless ambjentali jitwettaq fuq frekwenza trimestrali / bi-annwali / annwali skont il-Permess tal-IPPC.
Salini, il-Qawra, u Baħar iċ-Ċagħaq — Triq il-Kosta – għawm
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk iż-żona tal-baħar viċin Triq il-Kosta fis-Salini, il-Qawra, u Baħar iċ-Ċagħaq hijiex tajba għall-għawm wara nar li nfirex fil-Faċilità tat-Trattament tal-Iskart fil-Magħtab? Sar moniteraġġ tal-kwalità tal-ilma għal kontaminazzjoni u għal liema tip ta' kontaminanti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar monitoraġġ tal-ilma baħar fiż-żoni ta’ Baħar iċ-Ċaghaq, bin-numru tas-Sit B01 kif ukoll fiż-żona ta’ quddiem is-Salini Resort, bin-numru tas-sit C32, l-aħħar li sar kien fit-tielet ġimgħa t’Ottubru peress li l-istaġun uffiċjali tal-għawm kien jispiċċa fil-21 t’Ottubru, 2018.
Kemm is-sit B01 kif ukoll is-sit C32 kkwalifikaw bħala eċċellenti u dan wara li jkunu ġew ittestjati għall-parametri mikrobioloġiċi hekk kif rikjest fir-Regolamenti dwar il-Maniġġar tal-Kwalita` tal-Ilma tajjeb għall-Għawm.
Jista’ l-Ministru jispjega dettaljatament it-taħriġ li jingħata, u minn min, u kull meta, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar crowd control?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li taħriġ fuq Crowd Control qed jingħata f’forma ta’ teorija u kif ukoll prattika fuq diversi modules.
It-taħriġ lill-units partikolari jingħata taħt l-awspiċi tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati u jitmexxa mill-instructors tal-istess akkademja kif ukoll minn żewġ instructors in-house.
Awtorità tal-Artijiet – ittri uffiċjali fuq qbiela ta’ art
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittri uffiċjali li l-Awtorità tal-Artijiet ippreżentat fil-Qorti biex jintemmu l-qbiela tal-art milquta bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f’Tal-Balal?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant kif dan il-Gvern b’rispett sħiħ lejn il-liġijiet tal-pajjiż u d-diversi oqsma rispettivi, għandu programm ċar u pjan fit-tul sabiex jindirizza l-infrastruttura fuq it-toroq ta’ pajjiżna.
Aparti l-interventi fuq l-uċuh tat-toroq, fosthom residenzjali, qed issir ħidma kontinwa sabiex jiġu ndirizzati numru ta’ ‘bottlenecks’ fuq toroq arterjali u distributorji. Dan huwa l-każ ukoll fuq it-Triq tal-Ballal.
Infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet u Infrastructure Malta, kif ir-regolamenti u liġijiet li japplikaw fil-każ ta’ espropji qed ikunu rispettati fl-intier tagħhom. Dan jinvolvi l-approvazzjoni tal-istimi tal-periti fir-rigward tal-kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati, terminazzjoni ta’ qbiela fejn applikabbli u l-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern.
Infurmat li dan huwa proċess li għaddej.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm ingħataw korsijiet lill-bdiewa dwar l-użu ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li total ta’ 66 kors ġew mogħtija lil persuni li jużaw pestiċidi fil-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom.
Year
Number of Courses held to professional users
TOTAL - 2013
11
TOTAL - 2014
1
TOTAL - 2015
40
TOTAL - 2016
7
TOTAL - 2017
3
TOTAL - 2018
4
TOTAL (2013 up to 2018)
66
Jista’ l-Ministru jelenka kemm saru spezzjonijiet relatati mal-Good Agricultural Practice dwar l-użu ta’ Pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena? Kemm instabu bdiewa mhux konformi mal-liġijiet u x’kienu n-natura tal-irregolaritajiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali spezzjonijiet ma jsirux mill-Ministeru responsabbli għall-Agrikoltura imma mir-regolatur li hija l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority u għalhekk it-talba għad-dettallji ta’ dawn l-ispezzjonijiet għanda tiġi ndirizzata lill-Ministru responabbli.
Id-Direttorat għad-Diversifikazjoni u Kompettitivita fil-Biedja li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali huwa responsabbli mill- Uffiċċju tal-Extenion Services li joffri assistenza lill-bdiewa fuq diversi teknikalitajiet fosthom l-użu korrett tal-pestiċidi. Matul is-sena 2019 huwa ppjanat li ssir kampanja edukattiva għal bdiewa li ser tinvolvi numru ta’ żjarat għand bdiewa diversi u
workshops/seminars
. Dan id-Direttorat qiegħed ukoll fil-proċess li jirrivedi il-kodiċi ta’ prattiċi tajbin fil-biedja (
code of good agricultural practices
) u bħalissa qed issir konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet fosthom l-MCCAA u d-Dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika sabiex dan il-kodiċi jiġi rivedut biex jirrifletti regolamenti li setghu ġew reveduti f’dawn l-aħħar snin.
Preżenza ta’ pestiċidi u kontaminati oħra fil-Water Table u fl-Akwiferi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk qattx saru studji ambjentali jew testijiet ta’ pestiċidi u kontaminati oħra li jistgħu jkunu preżenti fl-ilma tal-Water Table u tal-akwiferi f’Malta u f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv meta saru dawn l-istudji u x’kien l-eżitu ta’ dawn l-istudji?
Jista’ l-Ministru jelenka x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi aċċertat li l-bdiewa jirrispettaw il-perjodu ta’ distakk meta jittrattaw il-frott u l-ħxejjex bil-pestiċidi qabel ma dawn jitpoġġew fuq is-suq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi miżuri li qed jittieħdu sabiex jiġi aċċertat li l-bdiewa jirrispettaw il-perjodu ta’ distakk meta jitrattaw il-ħxejjex u l-frott bil-pestiċidi qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq.
L-awtorità kompetenti li hija l-MCCAA tagħmel spezzjonijiet regolari fuq biegħa li tidħol il-pitkalija u jittieħdu kampjuni tal-frott u l-ħaxix sabiex dawn jiġu analizzati għal MRLs (Maximum Residue Limits). Jekk jinstabu traċċi għoljin ta’ residwi, il-bidwi jiġi mmultat u ma jitħalliex ikompli jpoġġi fis-suq il-prodotti mill-għelieqi tiegħu. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tal-pitkalija tissospendi lil dawk il-bdiewa Ii jinstabu li jkunu għamlu użu eċċessiv ta’ pestiċidi milli jdaħħlu l-prodotti tagħhom ġewwa l-pitkalija sa tmiem l-istaġun.
L-uffiċċju tal-
extension services
jassisti wkoll lil dawk il-bdiewa kollha li jitolbu xi parir dwar l-użu korrett tal-pestiċidi. Barra minn hekk, fl-2019, dan l-uffiċċju ser jenfasizza fuq pariri dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Dan ser isir waqt sensiela ta’ żjarat għand bdiewa differenti u laqgħat apposta.
Il-kodiċi ta’ prattiċi tajba għal bdiewa qed jiġi wkoll rivedut biex jinkludi miżuri li jħeġġu bdiewa josservaw sew l-istruzzjonijiet u d-dożi tal-pestiċidi li jkunu ser jużaw. Dan il-kodiċi ta’ prattiċi tajba, għalkemm huma volontarji ser ikun qed jiġi disseminat lil bdiewa waqt l-attivitajiet tal-
extension services
.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm ingħataw korsijiet lill-bdiewa dwar l-użu ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa tali korsijiet ma jingħatawx mill-Gvern imma mill-privat, minn nies kompetenti u ċċertifikati mill-MCCAA.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm ġew imsejħa lura minn fuq is-suq, prodotti primarji alimentari li kienu kkontaminati minn residwi ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b’sena u kif ukoll jelenka x’kienu l-prodotti u minn liema tipi ta’ residwi ta’ pestidiċi kienu kkontaminati?
Residwi fi prodotti ta’ oriġini veġetali — riżultati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura u l-policy stabbilita ta’ meta jinstab riżultat pożittiv ta’ residwi fi prodotti ta’ oriġini veġetali? Jista’ jgħid x’isir f’xenarji differenti inkluż dik ta’ sejħa lura tal-prodott?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jista’ jkun hemm tlett xenarji wara li joħroġ riżultat ta’ pestiċidi fil-kampjuni ta’ oriġini veġetali. Dawn huma:
1. Residwu ta’ pestiċidi awtorizzat f’ammont inqas mill-MRL. F’dan il-każ ma tittieħed l-ebda azzjoni minbarra li s-sid tal-prodott ikun infurmat b’dan ir-riżultat.
2. Residwu ta’ pesticidi awtorizzat f’ammont aktar mill-MRL. F’dan il-kaz il-produttur jigi mgħarraf bir-riżultat u li ser jittieħdu passi legali kontra tiegħu u sabiex ma jpoġġix il-prodott affettwat fuq is-suq. F’dan il-każ ukoll il-Ministeru tal-Agrikoltura jkun infurmat sabiex jieħu l-passi skond il-liġi sabiex il-kumplament tal-ħsad tal-prodott konċernat għal kumplament tal-istaġun ma jkunx jista’ jitpoġġa fuq is-suq. Jibdew proċeduri legali kontra dak il-produttur konċernat.
3. Residwu ta’pestiċidi li jkun mal-limitu tal-MRL (
within the uncertainty limit
). Għalkemm ma tittieħed l-ebda azzjoni legali, is-sid tal-prodott jiġi mgħarraf bir-riżultat u jiġi ordnat sabiex ma jpoġġix il-prodott affettwat fuq is-suq. F’dan il-każ ukoll il-Ministeru tal-Agrikoltura jkun infurmat sabiex jieħu l-passi skond il-liġi sabiex il-prodott ma jkunx jista’ jitpoġġa fuq is-suq. Dan biex ikun protett aħjar il-konsumatur
( precautionary principle).
Standard Operating Procedures – Resideni ta’ pestiċidi
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-proċedura stabbilita biex jinġabru kampjuni biex jiġu ttestjati għal preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iStandard Operating Procedures li qed jiġu segwiti f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6821.
Jista’ jelenka l-proċedura,kif ukoll l-apparat li qed jiġi wżat biex jiġi aċċertat li kull kampjun pprelevat biex jiġi analizzat għall-preżenza ta’ residwi tal-pestiċidi, huwa rappreżentattiv skont l-ammont tal-lott jew kunsinja partikolari ta’ produttur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma jintużax apparat sabiex jinġabru l-kampjuni. Il-kampjun li jintuża huwa skont Subsidiary Legislation 430.04 European Community Methods Of Sampling For Official Control Of Pesticide Residues In And On Products Of Plant And Animal Origin Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu proċeduri kemm amminsitrattivi kif ukoll kriminali fil-konfront ta’ persuni dwar użu ta’ pestiċidi, ittikettjar ta’ pestiċidi, u kummerċ jew traffikar ta’ pestiċidi mhux skont il-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena skont in-natura tal-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.
·
Proċeduri amministrattivi
– Il-pitkalija jiġu avżati kull darba li kien hemm każ ta’ frott jew ħaxix li eċċeda l-MRL.
2013 = 3 każijiet
2014 = 12 -il każ
2015 = każ wieħed
2016 = 12 -il każ
2017 = 7 każijiet
2018 = 4 każijiet
·
Proċeduri kriminali
–
2013 = 3 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL
2014 = 12 -il każ ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL
1 każ ta’ mportazzjoni ta’ prodott mhux reġistrat
2015 = każ wieħed ta’ frott u ħaxix li eċċeda l-MRL
2016 = 12 -il każ ta’ frott u ħaxix li eċċeda l-MRL
2017 = 7 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL
2018 = 4 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL (sa 30 ta’ Novembru 2018)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq distributuri ta’ pestiċidi u kemm instabu pestiċidi mhux reġistrati jew mhux konformi mal-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.
Numru ta’ retailers li ġew spezzjonati
Numru ta’ PPPs spezzjonati
Numru ta’ PPPs li nstabu mhux reġistrati
2018 sat- 30 ta’ Novembru
14
86
12
2017
15
109
41
2016
4
42
9
2015
3
21
2
2014
4
38
1
2013
6
43
1
Jista’ l-Ministru jelenka x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-distributuri tal-pestiċidi jbiegħu biss pestiċidi lill-persuni li jkunu kwalifikati fl-użu tal-pestiċidi jew li jkunu attendew kors rikonoxxut ta’ kif għandhom jiġu applikati korrettement dawn il-pestiċidi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa hemm 'il fuq minn 3,513 utent professjonali li attendew taħriġ fuq ‘Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’. Avviż Legali jitlob li utenti professjonali jridu jattendu dan it-taħriġ u li l-Awtorita’ timplimenta din is-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-utenti professjonali wara li dawn tal-aħħar jattendu tali taħriġ b’suċċess.
Qed tiġi kkunsidrata ukoll emenda ġdida għal-leġiżlazzjoni Nazzjonali attwali biex id-distributuri jiżguraw li l-utenti professjonali tal-pestiċidi jippreżentaw iċ-ċertifikat maħruġ mill-Awtorità qabel ix-xiri, kif wkoll li l-utenti professjonali jkunu legalment obbligati li jippreżentaw dan iċ-ċertifikat.
Jista’ l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ analiżi ta’ residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta’ dawn il-laboratorji?
Kampjun ta’ oriġini veġetali – testijiet għar-residwi ta’ pestiċidi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk meta jiġi pprelevat kampjun ta’ oriġini veġetali mingħand sid jew entità biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi, jekk dak is-sid hux qed jingħata dokument jew notifika tan-natura u kwantità ta’ kampjun li ġie pprelevat? Is-sid jew produttur qed jiġi infurmat x’kien l-eżitu tar-riżultat ta’ analiżi ta’ kull kampjun li qed jiġi pprelevat mingħandu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sid il-prodott jingħata kopja ta’ rċevuta uffiċjali tal-Awtorita’ li jkun fiha informazzjoni tan-natura u kwantita’ approssimattiva tal-prodott li jkun prelevat. Infurmat ukoll li s-sid jirċievi ittra bir-riżultat ta’ jekk il-kampjun instablux livelli għoljin jew le ta’ pesticidi wara li l-Awtorita’ tirċievi r-riżultat.