Ministeru għall-Ekonomija, Investment u Negozji Żgħar — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4375 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tkopri s-snin 2008 sas-sena 2018, entità b’entità.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-interlokutur tal-Awtorità tal-Ippjanar mas-sid/rappreżentant tal-kumpanija tal-private jet li bih il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, inġabet Malta fl-20 ta’ Settembru 2018? Jista’ jgħid ukoll meta eżattament kien li sar il-kuntatt biex ġie ordnat il-private jet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda interlokotur filwaqt li nitolbu jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 7090 tas-Seduta 142.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar –membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ordnax li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, tirrifondi l-ħlas li sar biex hija tinġab Malta bi private jet fl-20 ta’ Settembru 2018? Jekk ma għamilx din l-ordni, jista’ jgħid għalfejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif digà spjegajt kemm-il darba, din id-deċiżjoni Amministrattiva kienet fil-parametri legali tal-Kap Eżekuttiv f’Awtorità Indipendenti u Awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa qattx għamel użu minn xi private jet proprjetà tal-istess proprjetarju tal-private jet li ntuża biex tinġab membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u ċjoè l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, meta u għal liema skop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma għamilt użu. Irrid inżid li jiena bħala Ministru la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba huwa għamel użu minn xi private jet fl-aħħar leġiżlatura u f’din il-leġiżlatura? X’kienet l-ispiża kull darba u x’kienet id-destinazzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma għamilt użu għajr matul ix-xhur tal-Presidenza meta akkumpanjajt lill-Prim Ministru fuq ‘Tour De Capitals’.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir it-tqassim tal-bins fir-residenzi, minn min, u kif intgħażlu, qabel ma tiġi fis-seħħ l-iskema ta’ ġbir ta’ skart separat fil-31 ta’ Ottubru li ġej?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-kontenituri tal-iskart organiku sar minn kuntrattur wara sejħa pubblika. Il-kuntrattur magħżul kien REACTILAB Ltd. Dawn il-kontenituri tqassmu kemm bieb bieb kif ukoll minn postijiet fissi ta’ distribuzzjoni.
Raħal Ġdid – Pjazza – Triq Ninu Cremona – art pavimentata
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn wara biss ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-pavimentar tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, diġà hemm parti mill-art pavimentata fil-kantuniera ta’ Triq Ninu Cremona mal-pjazza, li sfrundat bil-konsegwenza li issa tqegħdet pjanċa tal-ħadid li qed tagħmel storbju sħiħ kull meta tgħaddi vettura minn fuqha bil-konsegwenza li mhux qed jitħallew jorqdu r-residenti tal-viċin? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu kontra min għamel xogħol daqstant dilettantesk u ħażin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-ħsara li sofriet l-art fil-Pjazza Antoine De Paul kantuniera ma’ Triq Ninu Cremona ġiet ikkawżata minn trakkijiet kbar li jgħaddu mill-istess pjazza allavolja hemm tabelli li jindikaw li dawn it-tip ta’ vetturi mhux permess li jgħaddu. Madanakollu, appena s-Segretarjat responsabbli mill-proġett induna bil-ħsara mill-ewwel inġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur li immedjatament dan sewwa l-ħsara għas-spejjeż tiegħu.
Inżid ngħid li, wara intervent ta’ dan il-Ministeru, għall-ewwel darba ngħataw fondi fil-vot tal-kunsilli lokali sabiex jagħmel tajjeb għal proġetti kapitali magħmula mill-Gvern ċentrali. Dan għaliex, sal-lum il-kunsilli ma kellhomx vot għal dan il-għan.
Transport Malta – applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar fuq permessi għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn Transport Malta ma applikatx lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tkun tista’ tingħata l-permess għax-xogħol, qabel tali xogħol tat-twessigħ tat-triq f’Tal-Balal li sar dan l-aħħar?
Awtorità tal-Ippjanar – membri tal-Bord miġjuba Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u kemm-il darba, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlitx arranġamenti biex xi membru ta’ xi Bord tagħha (f'liema każ qed jiġi mitlub ismu/isimha) jinġieb Malta fuq private jet biex jattendi xi seduta ta’ kwalsiasi Bord tagħha, fil-legiżlaturi 1996-1998, 1998-2003, 2003-2008, 2008-2013, u mill-2013 sal-lum? F’każ affermattiv, min ħallas għal tali vjaġġ u min approvah, u kemm kienet l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7089 tas-Seduta 142.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien li huwa sar jaf li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li l-ġimgħa li għaddiet inġabet Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f’Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena sirt naf l-Erbgħa 26 ta’ Settembru 2018, meta Newsbook għamlu l-mistoqsijiet lil l-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-każ u l-istess Awtorità infurmat lil ispokesperson tal-Ministeru dwar il-każ.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien li huwa ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet tinġab Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f’Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien fl-ebda ħin ma tajt approvazzjoni anzi ntenni għal darb’oħra li jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi/kienet l-ispiża għall-użu ta’ private jet biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet inġabet Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f’Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7090 tas-Seduta 142 u 7222 tas-Seduta 144 rispettivament.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenitx il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, li talbet li tinġab Malta fuq private jet biex tattendi għas-seduta tal-Bord tal-PA tal-20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett ta’ Pembroke? Jekk ma kenitx hi li għamlet tali talba, jista’ jgħid meta u min ikkuntatjaha, sija mis-Segretarjat tiegħu kif ukoll mill-amministrazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar biex hija tinġab Malta b'private jet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma sar kuntant minni personali jew mis-segretarjat tiegħi mal-persuna msemmija anke għaliex qatt ma konna nafu b’dan il-każ mill-bidu nett.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema dritt hu jawtorizza lil Transport Malta tagħmel, kif għamlet reċentement f’tal-Balal, esproprji de facto, jew dawn l-esproprji ta’ art privata li saru qabel ma ġie ppubblikat l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern kif tgħid il-liġi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm bejn l-Awtorità tal-Artijiet u s-sidien tal-artijiet privati li ttieħditilhom l-art f’Tal-Balal bit-twessigħ tat-triq? Jista’ wkoll jagħti d-data ta’ dawn il-laqgħat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati li ġew esproprjati bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f’Tal-Balal, u jistax jagħti d-data ta’ meta saret din l-istima mill-periti mqabbda mill-Awtorità tal-Artijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu awtorizzax il-prassi jew proċedura ġdida li l-entitajiet li jaqgħu taħtu jibdew jesproprjaw de facto l-art tal-privat mingħajr ma tiġi obduta l-liġi li tirregola tali teħid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant kif f’pajjiż li jħaddem u jirrispetta s-saltna tad-dritt, jiena dejjem nesiġi li kulħadd, inkluż entitajiet u awtoritajiet Governattivi għandhom isegwu l-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw – xejn inqas f’każ ta’ espropji kif jien infurmat li dejjem sar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew terminati l-qbiela tal-artijiet f’Tal-Balal da parti tal-Awtorità tal-Artijiet, bid-dati preċiżi għal kull terminazzjoni?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviżi li l-Awtorità tal-Artijiet ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern biex tavża li kienet qed tesproprja l-artijiet privati f’Tal-Balal qabel il-bidu tal-proġett reċenti tat-twessigħ tat-triq?
Ċentri tas-Saħħa – persuni mdaħħla minħabba espożizzjoni għall-pestiċidi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm iddaħħlu persuni fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Isptar isofru minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi inkluż residwi ta’ pestiċidi preżenti fl-ikel matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-National Hospitals Information System (NHIS) jirriżulta li n-numru ta’ każijiet li ddaħħlu fl-isptarijiet f’Malta u Għawdex jsofru minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi bejn mill-2013 sal-2017, huwa kif indikat fit- tabella t’hawn taħt:
SenaNumru ta 'każijiet
20135
20141
20152
20163
20172
Dawn il-każijiet kienu estratti mill-kodiċi ICD-10 li ġejjin:
T60 Effett tossiku tal-pestiċidi.
X48 Avvelenament aċċidentali, minn u esponiment għall-pestiċidi.
X68 Avvelenament intenzjonat, minn u esponiment għall-pestiċidi.
Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.