Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – kumpaniji tat-tindif — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu minn Marza 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u li tinkludi n-natura tax-xogħlijiet, liema entità tat ix-xogħol, b’liema mod (sejħa għall-offerti, quotations, direct orders) u l-ħlasijiet li ngħataw s’issa għal kull xogħol u servizz li ngħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda xogħlijiet mill-kumpanija Crystal Clean Limited minn Marzu 2013 s’issa. Fir-rigward tal-kumpanija X-Clean nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari numru 7765.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u Wasteserve – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettaljatament x’kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserve u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta’ Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm ġew imposti penali fuq il-kuntrattur magħżul fl-2018 biex iqassam bieb bieb il-container bins, inkluż l-istackable bins, tas-Sort it Out peress li ma onorax l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li hu ffirma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-tqassim tal-kontenituri tal-iskart organiku, bħalissa qed isiru l-verifiki meħtieġa u wara għandu jiġi deċiż x’passi għandhom jittieħdu jekk dejjem ikun hemm għalfejn.
It-tqassim tal-i
stackable
bins
għar-riċiklaġġ qed isir taħt kuntratt ieħor minn kuntrattur differenti li għandu sa nofs Frar tal-2019 biex iqassam dawn il-kontenituri.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4528, 1027 u 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4527, 1026 u 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4503, jista' l-Ministru jgħid u jagħti n-numru eżatt tal-impjegati l-ġodda mal-Korporazzjoni għas-Sevizzi tal-Ilma bejn l-1 ta' Ġunju 2017 u l-1 ta' Diċembru 2017, peress li din il-parti tal-mistoqsija parlamentari ma ġietx imwieġba?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4503.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (data) l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bdiet tagħmel xogħol ta’ tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fit-30 ta’ Marzu 2015, il-General Contracts Committee (GCC) approva l-offerta magħżula. Il-Kuntrattur beda bix-xogħol tiegħu ġewwa r-Residenza f’April 2015.
Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għall-offerti – kuntratt ta’ tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid (data) meta l-aħħar li ħarġet sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta’ tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-aħħar sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta’ tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul ħarġet fil-21 ta’ Diċembru 2018. Is-sejħa għall-offerti kienet ser tagħlaq fil-31 ta’ Jannar 2019. Din is-sejħa fit-23 ta’ Jannar 2019 ġiet estiża sal-14 ta’ Frar 2019. Kopja ta’ din is-sejħa tista’ tiġi pprovduta online minn fuq www.etenders.gov.mt.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4382 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli, f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u affarijiet simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4383 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli, f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u affarijiet simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Power Station ta’ Delimara – inkjesta dwar il-kwalità tal-fuel mixtri
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4400, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalab jagħmel fl-aħħar leġislatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta’ Delimara, hijiex lesta?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4400.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta’ kull żjara?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), taħt is-Single Supervisory Mechanism (SSM), huwa s-supervizur dirett tat-tliet istituzzjonijiet tal-kreditu sinjifikanti (Significant Institutions), li huma l-Bank of Valletta, HSBC, u MeDirect.
Fl-istess waqt, f’każijiet ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu inqas sinjifikanti (Less Significant Institutions), il-Bank Ċentrali Ewropew jeżerċita superviżjoni ġenerali u b’mod indirett.
Is-superviżjoni diretta tibqa' fir-responsabbiltà tal-MFSA. Din is-sistema hija implimentata fil-pajjiżi kollha li jinsabu fiż-żona Ewro.
Id-delegazzjonijiet u l-laqgħat li saru f’Malta bejn l-2017 u l-ewwel disa’ xhur ta’ 2018 huma s-segwenti:
• Kien hemm laqgħat li saru Malta mill-JSTs rigward is-superviżjoni tat-tliet istituzzjonijiet sinjifikanti li ammontaw għal 44 ġurnata;
• 4 żjarat ta’ ġurnata kull waħda mal-amministrazzjoni għolja tal-DG MS-III (li huma responsabbli għas-superviżjoni b’mod ġenerali u indirett tal-istituzzjonijiet inqas sinjifikanti);
• 7 żjarat relatati ma’ żewġ ispezzjonijiet ta’ Nemea Bank u HSBC Bank Malta, li ammontaw għal 44 ġurnata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 161, 1026 u 4527 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għar-rigward ta’ Identity Malta nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4111.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-ammont moghti f’direct orders matul l-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista, mill-entitajiet li llum jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta ghal €36 miljun.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-Pjazza f’Raħal Ġdida l-funtana ta’ quddiem il-Każin Laburista għadha bla ilma u fejn suppost isiru erba’funtani quddiem il-Knisja Kristu Re għad hemm koċċ żrar? Skont il-programme of works tal-proġett (qed nassumi li kien hemm programm) sa meta kellhom ikunu qed jaħdmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-funtani ta’ quddiem il-Każin Laburista u l-funtani ta’ quddiem l-knisja ġew installati u żrar tneħħa. Saru ukoll xi provi tal-funtani jaħdmu, fadal xi ftit interventi tekniċi fejn jidħol l-apparat elettroniku biex il-funtani jkun jistgħu jibqgħu jaħdmu għat-tul taż-żmien. L-esperti tekniċi qed jaħdmu biex dawn il-Funtani jibdew jaħdmu malajr kemm jista' jkun.
Awtorità tal-Artijiet – involviment fi trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa x’kien l-involviment (jekk kien hemm) tal-Awtorità tal-Artijiet fit-trasferiment li sar il-ġimgħa li għaddiet għal iktar minn €11-il miljun ta’ ċens temporanju (li d-dirett dominju tiegħu huwa f’isem il-Kummissarju tal-Artijiet) tas-sit li fuqu hemm it-Tigulio f’San Ġiljan? Fl-istess waqt, jista’ jgħid x’kien (jekk kien hemm) l-involviment tal-Awtorità tal-Ippjanar biex is-sit se jiġi żviluppat fi blokka ta’ appartamenti għolja iktar minn disa’ sulari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kinitx involuta u m’għandhiex informazzjoni fuq trasferiment ta’ ċens temporanju għal iktar minn €11-il miljun, li qed jiġi msemmi li sar fir-rigward tas-sit li fuqu hemm it-Tigulio f’San Ġiljan. Nitlob lill-Interpellant li jekk għandu iktar informazzjoni, jgħaddiha lill-Awtorità sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Żona tat-Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ – sit ta’ Natura 2000
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4094, u peress li l-mistoqsija tiegħi kienet saret fit-12 ta’ Frar 2018, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-ERA biex iż-żona ta’ Wied il-Mielaħ f’Għawdex ikun iddikjarata sit ta’ Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għaddej mill-ERA, li qiegħda taħdem fuq ir-rapporti tekniċi li jridu jsiru sabiex is-sit ikun jista’ jiġi nnominat bħala sit Natura 2000.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4309 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4313 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, hija kif murija fit-tabella segwenti. Nixtieq nżid wkoll li nformazzjoni ulterjuri diġà ngħatat kif imsemmija hawn taħt;
*Minn Ġunju 2017 sas-16 ta’ Frar 2018 - il-figuri diġà ngħataw fil-mistoqsija parlamentari 1092 f’Seduta 91
*Mis-17 ta' Frar 2018 – 30 ta’ Settembru 2018- il-figuri diġà ngħataw fil-mistoqsija parlamentari 4313 f’Seduta 175
Dipartiment/Entità/Agenzija:
L-Isem ta' kull konsulent
Ħlas ta' kull Konsulent
Transport Malta
NIL
Lands Authority
Joe Gerada
5398.5
Land Registry
NIL
BICC
NIL
BRO
NIL
Property Malta
Alfred Camilleri
1,500 monthly
Planning Authority
Borg Brian
2,950.00
Planning Authority
Striped Sox
7,080.00
Planning Authority
Crowdnet Research Planning & Design
14,938.80
Infrastructure Malta
Acousti-Cal Consultancy
4,484.00
Infrastructure Malta
ADI Associates Environmetal Consultants Ltd
10,295.50
Infrastructure Malta
AIS Environment
96,760.00
Infrastructure Malta
Archaeology Services Co Op Ltd
4,750.00
Infrastructure Malta
Armor Consultants Ltd
1,475.00
Infrastructure Malta
Chris Cachia
21,166.25
Infrastructure Malta
Crowdnet
68,895.48
Infrastructure Malta
DHI Periti
3,838.68
Infrastructure Malta
Dr. Vince Marmara
22,774.00
Infrastructure Malta
ECA Consultants Ltd
64,546.17
Infrastructure Malta
Ecoserv Ltd
60,705.10
Infrastructure Malta
En-Sure Ltd
328.02
Infrastructure Malta
John Mangion D. Geol
2,883.92
Infrastructure Malta
Louis F. Cassar
2,124.00
Infrastructure Malta
Malta University Consulting Ltd
1,657.92
Infrastructure Malta
Mediterranean Technical Services Ltd
64,900.00
Infrastructure Malta
MLAB
6,000.00
Infrastructure Malta
Perit Chris Grech
31,594.50
Infrastructure Malta
Perit Daniel Camilleri
54,478.71
Infrastructure Malta
Perit Edgar Caruana Montaldo
100.00
Infrastructure Malta
Perit Pierre Farrugia
660.80
Infrastructure Malta
Prof. Marvin Formosa
11,682.00
Infrastructure Malta
QMG Ltd
3,030.60