Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6817 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ analiżi ta’ residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laboratorji li ġew ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma dawn li gejjin:
1. Istituto Zooprofilattico Sperimentale della Lombardia e dell’Emilia Romagna “Bruno Ubertini”.
2. Eurofins Dr. Specht Laboratorien GmBH
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ analiżi ta’ residwi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6818 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta’ dawn il-laboratorji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laboratorji li jintużaw biex janalizzaw r-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti.
Qed npoggi fuq il-mejda tal-kamra ċ-Ċertifikati tal-Akkreditazzjoni tal-laboratorji.
Attachments:eurofins_dr_specht_laboratorien_accreditation_17025_annex_PQ 8208.pdfPQ8208 CERTIFICATO DI ACCREDITAMENTO.pdfeurofins_dr_specht_laboratorien_accreditation_17025_en PQ 8208.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm u x'inhuma l-pjanijiet tat-tisbiħ jew titjib infrastrutturali għal The Strand f'Tas-Sliema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġi studjat kif tista’ titjieb l-imsemmija żona. Fost l-affarijiet li qed inħarsu lejhom hemm titjib tal-pavimentar li f’partijiet minnhom huwa fi stat ħażin ħafna, titjieb ta’ street furniture bħal bankijiet, tibdil ta’ dawl għal wieħed aktar ekonomiku u modern, kif ukoll il-possibilita’ ta’ pjanar iżjed modern u xieraq għal din il-promenade.
Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – nomina ta’ tliet persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat li se jinnomina t-tliet persuni għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċċess tal-għażla għaddej bħalissa u ghalhekk id-domanda hi intempestiva.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Inżid li minn naħa tiegħi bħala Prim Ministru m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. li jirreferi ghalihom l-Onor Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid dettaljatament kemm kienu l-ispejjeż fuq interior decoration f’Kastilja mill-2013 ‘l hawn, lil min tħallsu, jekk kienx hemm tender jew le u d-data rispettiva?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta’ Kastilja? Jista’ jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jaghmel l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Ta’ Qali – rimi llegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni – passi kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa wara l-aħbar żvelata nhar l-4 ta’ Diċembru 2018 fuq is-sit newsbook.com.mt b’filmati ta’ rimi llegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni f’Ta Qali? Jista’ jgħid x’passi kriminali jkunu ttieħdu sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) saru l-ispezzjonijiet u nfetaħ każ, iżda minħabba li diġà kien hemm enforcement min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA), ġie maqbul bejn iż-żewġ awtoritajiet li l-PA tkompli ssegwi l-każ hi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-proġett tal-White Flags u kemm minnhom kienu Fondi Ewropej?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif irrimarkajt fuq il-mezzi tax-xandir, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ma daħal fl-ebda obbligu kuntrattwali fit-tul mal-entità “White Flag International” la permezz ta’ allokazzjoni ta’ fondi nazzjonali u lanqas dawk Ewropej. L-unika spiża relatata kienet dik ta’ €3,867 u dawn intefqu bħala parti mill-attività li kienet saret f’Wied iż-Żurrieq f’Marzu 2018.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5332, 2190 u 273 u jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hemm 594 ħaddiema li huma mpjegati tal-Gvern u li pre¿entament għandhom kuntratt definit. Il-maġġoranza huma Foundation Doctors u Basic Specialist Trainees. Dawn l-impjegati għandhom kuntratt definit hekk kif hu ddeterminat mill-Ftehim Settorali tal-Klassi Medika. Aktar minn hekk, nsibu wkoll infermiera barranin li huma mpjegati fuq kuntratt definit li fil-perjodu ta’ prova jkunu obbligati li jgħaddu b’suċċess mill-e¿ami tal-lingwa Maltija. Għandna wkoll ħaddiema li jkunu rtiraw u reġaw ġew ingaġġati mas-Servizz Pubbliku li għandhom il-kuntratt tagħhom definit minħabba li kull sena l-kuntratt tagħhom ikun rivedut minħabba s-saħħa u sigurta’ tal-pazjenti. Il-figura msemmija aktar ‘il fuq ma tinkludix ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpaniji li jagħtu servizz lill-entitajiet imsemmija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5450 u 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt :
2013
2014
2015
2016
2017
2018
MCA
/
/
€ 922.88
€ 14,295
€ 10,630.10
/
MITA
€ 5,643.76
€ 737.50
€ 43,084.39
€ 9,486.66
€ 70,489.76
€9.375.00
MFSA
€ 11,516.80
€ 11,103.80
€ 14,714.60
€9.440.00
/
€ 5,000.00
MCST
€ 100
€ 17,110.06
€ 9,080.04
€ 25,800
€ 22,800
€ 28,471.56
ID MALTA
/
/
€ 10,550.00
€ 8,500.00
/
€ 19,261.68
One Stop
/
/
€ 21,352
€ 12,193
/
/
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5570 u 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul il-perjodu msemmi kien hemm din in-nefqa ;
Fl-2015 - €6,211.69
Fl-2016 - €5,301.40
Fl-2017 - €2,035
Fl-2018 - €99,669
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din in-nefqa saret, sabiex setgħu jsiru diversi kampanji bi skop soċjali fosthom dwar, l-vjolenza domestika, l-kampanja edukattiva Onfoq bil-Għaqal, dwar il-Fostering, kampanja edukattiva dwar il-vizzju tax-xorb alkoħoliku, l-kampanja Nikru biex Nassistu u l-kampanja Soċjeta` Ġusta.
Jista’ l-Ministru jgħid Malta kemm ħallset lill-Credit Rating Agencies mill-2013, sena b’sena sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta dejjem ħallset lill-Credit Rating Agencies mis-sena elfejn 'l hawn. L-informazzjoni tal-ħlas li tħallas mill-2013, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2851 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 191 tal-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019.)
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitqassmu iktar organic bags lill-Kunsilli Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li huwa ppjanat li b’koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali jiġu pprovduti żewġ pakketti boroż għall-ġbir ta’ skart organiku lir-residenti f’Malta u f'Għawdex. Bħalissa l-Kunsilli Lokali qed jiġu kkuntattjati sabiex titwasslilhom konsenja ta’ dawn il-boroż.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li kienu impjegati ma’ bank
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6467 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar 3 snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li hemm impjegat wieħed li llum jaħdem mal-MGA u li qabel kien jaħdem mal-imsemmi bank.
Residenza San Vinċenz de Paul – kumpanija – xogħol ta’ tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif u fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tagħmel xogħol ta’ tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul, jgħid jekk intgħażlitx wara sejħa għall-offerti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-Residenza San Vinċenz de Paul, kienet ħarġet sejħa għall-offerti fis-sena 2015, fejn irċeviet 3 kwotazzjonjiet minn 3 kumpaniji differenti. X-Clean kienet il-kumpanija bl-iżjed offerta finanzjarjament vantaġġjuża, f’dik is-sejħa.
Dan il-kuntratt huwa ta’ natura kummerċjali u sensittiva.
Residenza San Vinċenz de Paul – direct order lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħlijiet konnessi mar-Residenza San Vinċenz de Paul, ipoġġi lista ta’ dati meta ngħataw dawn id-direct orders u jgħid għal liema perjodu u n-natura tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dawn ix-xogħlijiet ingħataw b’Negotiated Procedure u mhux b’Direct Order.
Residenza San Vinċenz de Paul – kumpanija tat-tindif — ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset xahar b’xahar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mir-Residenza San Vinċenz de Paul mill-1 ta’ April 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.