Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet. Matul ix-xhur tal-Presidenza kont mistieden nakkumpanja lil Prim Ministru fuq ‘Tour De Capitals’. Rigward spejjeż nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fuq PQ 8433 tas-Seduta 197.
Leg 13 PQ #8446 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – użu ta’ private jet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet għat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin 2017, 2018 u 2019, sal-ġurnata li qed inwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, jien m’għamilt l-ebda użu minn private jet.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – użu ta’ private jet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet. Ġieli akkumpanjajt lill-Prim Ministru u dwar spejjeż nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 8433.
Leg 13 PQ #8438 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda uzu minn private jet. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2017, akkumpanjajt darba lill-Prim Ministru minn Strasburgu għal Malta. Għall-ispiza relatata nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 8433.
Leg 13 PQ #8439 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm okkażjonijiet fejn għamilt użu minn private jet. Kien hemm okkażjoni waħda fejn kont mistieden għal inspection visit flimkien mal-Air Malta f’Southend Airport f’Londra, fejn it-titjira kienet waħda privata, chartered u mħallsa mill-istess Southend Airport.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li jien qatt ma għamilt użu minn private jet.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — użu ta' private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.

Residwi ta' Pestiċidi — Laboratorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6817 u jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ analiżi ta’ residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 8207.

Residwi ta’ pestiċidi — kampjuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6818 u jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta’ dawn il-laboratorji?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 8208.
Leg 13 PQ #8426 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tour de Capitales — użu ta' private jet - spiża

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-użu tal-private jet fit-Tour des Capitales li huwa għamel fix-xhur tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li fix-xhur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE kien hemm tour de capitales wieħed, bejn it-28 ta’ Frar 2017 u t-2 ta’ Marzu 2017. Dan it-tour de capitales serva biex il-Gvern Malti, kif jagħmlu l-gvernijiet li jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, ddiskuta l-prioritajiet tal-Presidenza Maltija u l-isfidi quddiem l-UE, ma’ numru ta’ gvernijiet oħra Ewropej. Matul dan it-tour de capitales, f’isem il-Gvern Malti kelli laqgħat mal-Prim Ministri tal-Iżvezja u tar-Repubblika Ċeka fit-28 ta’ Frar, mal-Prim Ministri tal-Ungerija u tal-Greċja fl-1 ta’ Marzu u mal-President ta’ Ċipru u l-Prim Ministru tal-Italja fit-2 ta’ Marzu. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru 8 vjaggi bl-ajru, minn Malta għal Stokkolma, minn Stokkolma għal Praga, minn Praga għal Budapest, minn Budapest għal Ateni, minn Ateni għal Malta, minn Malta għal Nicosia, minn Nicosia għal Ruma u minn Ruma ghal Malta. Mingħajr l-użu tal-private jet ma kienx ikun possibbli li jsiru dawn il-vjaġġi kollha fi żmien jumejn. Fl-istess ħin b’dan il-mod tnaqqsu b’mod sostanzjali l-ispejjeż fuq lukandi għall-membri tad-delegazzjoni. Jakkumpanjawni matul dan it-tour de capitales kien hemm 14–il persuna fost oħrajn is-sur Louis Grech u Dr George Vella li fil-leġiżlatura li għaddiet kienu jokkupaw il-karigi ta’ Deputat Prim Minisru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Onor. Ian Borg li fil-leġiżlatura li għaddiet kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza ta’ Malta, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea flimkien ma’ membri mis-segretarjati privati rispettivi. Kien hemm ukoll membri tal-media lokali. L-ispiża kienet ta’ €79,600. Kif jaf l-Onor. Interpellant l-uzu tal-private jet għal impenji uffiċjali minn naħa tal-Prim Ministru f’pajjiżna, hija prassi li tmur lura għal qabel l-2003. Bejn l-2008 u l-2012, b’differenza mil-lum, kien hemm anki membri ohra tal-kabinett, mhux il-Prim Ministru biss, li ħassew il-ħtieġa li jagħmlu użu mill-private jet għal impenji uffiċjali li kellhom, u li b’differenza mit-tour de capitales, kien jinvolvu destinazzjoni waħda biss.
Leg 13 PQ #8433 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għamilt użu mill-private jet fuq xogħol uffiċjali, f’19-il okkażjoni fl-2017, f’14-il okkażjoni fl-2018 u f’okkażjoni waħda fl-2019. L-ispiża medja għal kull darba li sar użu mill-private jet kienet ta’ €14,396. Il-maġġoranza assoluta tad-drabi li għalihom sar użu mill- private jet kienu relatati ma’ laqgħat tal-Unjoni Ewropea fejn il-Gvern Malti ngħata lura parti sostanzjali mill-ispiża. Impenji oħra fejn intuża l- private jet kienu marbuta mal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-UE, laqgħat tal-Prim Ministri tal-pajjiżi tal-Mediterran membri tal-UE u l-kommemorazzjoni tat-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija fost oħrajn. Id-destinazzjonijiet tal-impenji li għalihom intuża l-private jet fl-2017, 2018 u 2019 kienu l-Belġjum, l-Italja, Spanja, Franza, l-Estonja, l-Greċja, l-iSvezja, Ivory Coast, il-Portugall, l-Awstrija, l-iSlovakkja, l-Portugal, Ċipru, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka. Kif jaf l-Onor. Interpellant l-użu tal-private jet għal impenji uffiċjali min-naħa tal-Prim Ministru f’pajjiżna, hija prassi li tmur lura għal qabel l-2003 meta kien hemm mal-10 okkażjonijiet fejn il-Prim Ministru għamel użu mill-private jet biex mar il-Greċja, it-Turkija, il-Libja, Slovakja, il-Polonja, Franza u anki l-Germanja. Wara l-2003 il-Prim Ministru għamel użu mill-private jet għal 70 darba biex mar l-Ungerija, il-Belgjum, l-Italja, l-Lussimburgu, Spanja, l-Fillandja, l-Ingilterra, Franza, l-Portugal, l-iSvizzera, r-Rumanija, ċ-Ċina, r-Repubblika Ċeka, l-iSlovakkja, l-Ġermanja, l-Greċja, l-Libya u r-Rumanija. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, b’differenza mil-lum, kien hemm anki membri oħra tal-kabinett, mhux il-Prim Ministru biss, li ħassew il-ħtieġa li jagħmlu użu mill-private jet għal impenji uffiċjali li kellhom.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li qatt m’għamilt użu personali minn private jet, għajr li fl-2017 akkumpanjajt lill-Prim Ministru fit-titjira lejn Brussell għat-Tripartite Social Summit, waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri. Dwar l-ispiża nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċioè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà u jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8357 tal-istess Seduta.
Leg 13 PQ #8359 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kinitx mistidna, u jekk iva, jekk attenditx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha. Inżid li min-naħa tiegħi bħala Ministru m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut ta’ din l-interpellanza, jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, mill-Ordni Permanenti 27, peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li, s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna, mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha. Inżid illi min-naħa tiegħi bħala Ministru, m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/ parties , eċċ. li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kontenut ta’ din l-interpellanza, jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, mill-Ordni Permanenti 27, peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li, s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna, mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.