Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa ta' TV Advertising
Question
Tista' l-Ministru telenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ntefqu €9,000 (VAT eskluż) u €3,450 (VAT eskluż) rispettivament mid-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi (FPD) u mill-Aġenżija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) f’dak li jikkonċerna TV advertising fil-perjodu konċernat.
Ir-reklamar tal-FPD kien jikkonċerna reklamar muri fuq l-istazzjon PBS relatat ma informazzjoni fuq il-programm ta’ fondi mill-
EEA
u n-Norveġja 2009-2014 filwaqt li l-reklamar li jikkonċerna l-EUPA kien relatat ma informazzjoni fuq il-programm
Europass.
Dan ir-reklamar ntwera fuq l-istazzjon PBS.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa ta' Tv Advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar fuq tv advertising għas-sena 2018 kienet ta’ €8,800.
Fir-rigward tal-Air Malta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq tv advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella illi tindika l-entitajiet u dipartimenti illi nefqu flus fuq TV advertising fis-sena 2018.
L-entitajiet u dipartimenti mhux elenkati fl-imsemmija tabella ma kellhomx infieq fuq TV advertising fis-sena 2018.
Entita'/DipartimentTotal 2018
Local Government Division€10,372.10
Festivals Malta€10,000
Heritage Malta€ 11,800.00
Pjazza Teatru Rjal €26,943.35
Valletta 18€112,102.4
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8112 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta’ Kastilja? Jista’ jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jgħaddi fondi jew għadda fondi jew se jgħaddu fondi lill-klabbs sportivi u liema fondi mhumiex ta’ SportMalta? Jista’ jagħti lista tal-klabbs sportivi li bbenefikaw jew se jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta’ bonds mill-privat f’Malta? Jista’ jagħti d-dettalji f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq Tv advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2018 ma kien hemm l-ebda nfieq fuq TV advertising, min entitajiet u dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa ta' TV advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Ministeru/Dipartimenti fuq TV advertising fl-2018 kienet ta' € 29,986.55.
Rigward l-entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, it-tagħrif huwa kif ġej:
MCAST
Matul is-sena 2018 intnefqu €2,336.40 fuq riklamar fuq it-televiżjoni.
SportMalta
L-ammont tan-nefqa fuq TV advertising fis-sena 2018 kien ta' €17,700 VAT inkluża.
Infurmat ukoll li t-tweġiba mill-entitajiet l-oħra fi ħdan il-MEDE kienet 'xejn'.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7448 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif, kemm u lil min jew lil liema media, saret l-ispiża tal-kampanja pubbliċitarja tal-Baġit 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq il-kampanja pubbliċitarja tal-Budget 2019 kienet ta €65,719.27. Din tkopri spejjeż marbuta ma’ reklami u avvizi informattivi fuq gazzetti, televiżjoni, radju u online.
L-ispiża fuq reklami fuq Google, Facebook u Instagram kienet ta’ €33,701.27 filwaqt li l-ispiza fuq reklami u avvizi informattivi fuq TVM, Net TV, One Group, Times of Malta, The Malta Independent, Lovin Malta, Malta Today, Bay Radio, Torca u Kulħadd kienet ta’ €32,018.
Power Station ta' Delimara — Inkjesta dwar il-Kwalità tal-Fuel Mixtri
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7635 u 4400, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalab jagħmel fl-aħħar leġislatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta’ Delimara, hijiex lesta?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet li diġa tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 4400 u 7635.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7415 u 4309 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Wasteserve — siti li qed joperaw b'permessi skaduti
Question
B’referenza għall-aħbar li hemm illum fil-ġurnal The Malta Indipendent li numru ta’ siti tal-Wastserve qed joperaw minkejja li l-permessi relattivi skadew sena ilu, jista' l-Ministru jgħid kemm huma s-siti li qed joperaw b’permess skadut, meta skadew u r-raġuni? Jista' jgħid ukoll min assuma r-responsabbilità għal dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li b’kollox hemm seba’ siti tal-WasteServ li l-permess tagħhom skada matul l-2018 ħlief wieħed li skada lejn l-aħħar tal-2017. F’kull każ hemm għaddej applikazzjoni għal tiġdid li jridu jieħdu ż-żmien tagħhom. Wieħed jifhem is-sitwazzjoni li kien ikun ferm aħjar li l-permess ġie imġedded qabel ma skada, però wieħed jifhem ukoll li n-natura tal-attività hija waħda essenzjali għall-pajjiż u ma naħsibx illi l-Onor. Interpellant qed jissuġġerixxi li sakemm għadu għaddej il-proċess ta’ tiġdid għandna nikkawżaw kaos ambjentali billi nagħlqu s-siti, anke għaliex essenzjalment l-attività hija kontinwità ta’ dak li kien hemm qabel.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u Wasteserve – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7876 u jagħti dettaljatament x’kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserve u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta’ Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8111 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid dettaljatament kemm kienu l-ispejjeż fuq interior decoration f’Kastilja mill-2013 ‘l hawn, lil min tħallsu, jekk kienx hemm tender jew le u d-data rispettiva?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-investiment li sar fil-Berġa ta’ Kastilja fl-aħħar 6 snin kien ilaħħaq il-€1,315,023. Dan l-investiment kien jikkonsisti primarjament f’xogħol qawwi ħafna ta’ refurbishment li kien hemm bżonn li jsir fit-taqsimiet kollha li joperaw mill-Berġa ta’ Kastilja. Kwazi l-istess ammont - €1,261,117 - kienu investiti fuq xogħol ta’ refurbishment f’Kastilja mill-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. L-għan ta’ dan l-investiment li sar matul is-snin dejjem kien dak li jaghti dinjità lill-Berga ta’ Kastilja bħala l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ix-xogħol li sar mill-2013 'il quddiem kien jikkonsisti fost oħrajn f’tibjid u xogħol ieħor relatat tal-uffiċini u tas-swali, interventi fuq is-sistemi tad-dawl elettriku bil-għan li jiġu konformi ma’
standards
moderni, tibdil ta’ għamara, xogħol fuq bibien tal-uffiċini, xogħol ta’
skirting
, xogħol fuq
parquet floorings
, xogħol ta’
gypsum
,
polishing
tal-art, xogħol fuq it-twieqi tal-uffiċini u tas-swali, tibdil ta’ purtieri, xogħol fuq sistemi ta’ CCTV u xogħol fuq
restrooms
u
kitchenettes
.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar 6 snin il-Berġa ta’ Kastilja ospitat sensiela ta’ avvenimenti relatati maċ-CHOGM u mal-Valletta Summit fl-2015 u anki mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE fl-2017, apparti madwar 50 żjara minn Kapijiet ta’ Stati barranin, Prim Ministri u personalitajiet ohra. F’Jannar 2014 sfortunatament kien hemm ukoll nirien li ħakmu l-parti tar-
reception area
tal-Berġa.
Il-lista ta’ kumpaniji / individwi li wettqu x-xogħol ta’
refurbishment
mill-2013 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-proċedura segwita biex saru x-xogħlijiet neċessarji hija skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – użu ta’ private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – użu ta’ private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-snin l-2017, 2018 u 2019 l-użu tal-private jet kien f’okkażjoni waħda fis-sena 2017. Din kienet titjira speċjali tal-Medavia biex il-Ministru seta jmur il-Libja minħabba li ma kienx hemm konnessjonijiet adegwati.L-ispiża kienet ta’ €29,500.