Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma obdiex l-ordni li ta l-Maġistrat Aaron Bugeja fil-proċess verbal tal-Inkjesta Egrant fejn dan ordna li l-Pulizija Eżekuttiva tressaq il-Qorti persuna partikolari b’akkużi kriminali partikolari? Jista’ jgħid x’qed iżomm lill-Kummissarju tal-Pulizija jottempera ruħu ma’ tali ordni meta din l-Inkjesta ġiet konkluża fil-21 ta’ Lulju 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-Kummissarju tal-Pulizija ħa konnoxxenza tar-rapport tal-Maġistrat Dr. Aaron Bugeja fil-proċess verbal tal-Inkjesta Egrant. Bħalissa l-Pulizija qed ssegwi l-konklużjonijiet, l-ordnijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha li l-istess Maġistrat Inkwirenti għamel fl-istess inkjesta. Infurmat illi f’dan l-istadju, il-Pulizija ma tistax tagħti iktar informazzjoni dwar dak mitlub minnha mill-Maġistrat, biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet li qed tagħmel.
Ministeru għat-Turiżmu – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni sabiex tinġabar tirrikjedi ħafna riżorsi umani peress li tmur lura 15-il sena. Ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar produttiv. Iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari, nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Interpellant, tkopri l-medda ta’ erbatax-il sena. L-Onor. Interpellant jifhem li sabiex tinġabar din l-informazzjoni tinvolvi ħafna ħin ta’ uffiċjali publiċi li għandu jgħaraf li dan il-ħin jista jintuża b’mod aħjar għas-servizz pubbliku.
Madanakollu nfakkar lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġislatura jien rrispondejt diversi mistoqosijiet parlamentari mistoqsija minnu dwar dan is-suġġett li jkopru l-perijodu 2013 sa 2018. Nirreferih għar-risposti li tajt għal dawn il-Mistoqsijiet:
PQ 2293 – Billboard Advertisements
PQ 2308 – TV Advertisements
PQ 2323 – Production costs of TV Ads
PQ 2338 – Newspaper ads (digital + printed)
PQ 2353 - Radio Ads
PQ 8260 - Reklamar fuq Sit Soċjali Facebook
PQ 8683 - TV advertising
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (ABELA, CARMELO)
Minħabba li din l-informazzjoni sabiex tinġabar tirrikjedi ħafna rizorsi umani, ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar produttiv. Iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu bzonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media fl-2013, 2014, 2015,2016, 2017 u2018, xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8042, 5646 u 2405.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mistoqsija bħal din, fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' ħmistax-il sena, tinħtieġ ħafna xogħol u riżorsi umani sabiex tinġabar. Għalhekk, nitlob l-Onor. Interpellant li jekk għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar reklamar partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma– nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (MIZZI, JOE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta’ snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru. L-Onor. Interpellant għandu japprezza li tali riċerka tirrikjedi ħafna riżorsi u żmien biex tinġabar din l-informazzjoni. Għalhekk nitolbu sabiex jindika x’informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa ħalli din tkun provduta.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtha f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (DALLI, HELENA)
Għas-snin 2004 sal-2012, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11983 mit-Tnax-il Leġiżlatura. Għas-snin 2013 sa Lulju 2017 nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 865 u 176 mit-Tlettax-il Leġiżlatura.
In-nefqa fuq reklamar għall-perjodu Awwissu 2017 sa Diċembru 2018 hija kif indikata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor.i Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni kif mitluba minnu dwar in-nefqa fuq TV Advertising mid- Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard matul l-2018.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nefqa ta' TV advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kif ukoll l-entità li taqa’ taħtu, m’għamlux spejjeż għal riklami fuq it-Televiżjoni matul l-2018.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapital — nefqa ta' TV advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-entitatjiet dettalji mitluba qed jiġu annessi hawn taħt;
Dipartiment / Entità / Aġenzija:
Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018? Minn Jannar sa Diċembru 2018 - EUR
Infrastructure Malta
10561.00
Transport Malta
42374.60
Planning Authority
18054.00
Lands Authority
6500.00
Land Registry
NIL
BICC
4430.00
BRO
NIL
Property Malta
NIL
Joint Office
NIL
MTIP - Finance
NIL
22/02/2019