Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8724 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni sabiex tinġabar tirrikjedi ħafna riżorsi umani peress li tmur lura 15-il sena. Ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar produttiv. Iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari, nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.

Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jinkorpora fil-Liġi Maltija, il-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8730 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, billi r-responsabbiltajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru preżenti huma differenti minn kif kienu bejn l-2004 u Jannar 2018 mhix possibbli li din ir-risposta tingħata. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8732 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8737 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, peress illi l-informazzjoni mitluba trid ħafna ħela ta’ riżorsi biex tinġabar.

Ta' Qali — Suq tal-Pitkalija - talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba, meta u minn liema MEP Maltin kien hemm/saru talbiet biex iżuru uffiċjalment is-Suq tal-Pitkalija f’Ta’ Qali mill-2014 ‘l hawn? Liema ġew approvati jew saru, u liema huma pendenti u liema rifjutati, u għala?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru żewġ talbiet minn MEPs, fejn l-ebda minnhom ma ġiet rifjutata.

Mediċina għal pazjenti li jbatu mill-epilessija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li dawk li jbatu mill-epilessija jerġgħu jibdew jingħataw il-mediċina Kepra minflok Levetiracetam Crescent? Jaf il-Ministru li hemm diversi pazjenti li mindu bdew jingħataw il-Levetiracetam Crescent, li tqum inqas mill-Kepra, qed ikollhom uġigħ kbir ta’ ras il-jum kollu u spiċċaw b’ħajjithom imqallba? Jaf il-Ministru li l-konsulenti mediċi fl-Isptar Mater Dei qalu lill-pazjenti tagħhom li l-awtoritajiet tal-Ministeru ġabuhom li bilfors ikollhom jippreskrivu l-Levetiracetam Crescent għax hija orħos mill-Kepra u mhumiex iktar awtorizzati jippreskrivu l-Kepra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ii l-mediċina leviteracetam tinsab fil-formularju tal-gvern tingħata lil pazjenti li jbagħtu minn epilepsija. Ma jirriżultax li kien hemm ilmenti bil-miktub, fuq dawn l-effetti msemmija minnu mill-konsulenti jew mill-pazjenti. Il-mediċina leviteracetam mhiex mediċina li skont gwidi internazzjonali hija rakkommandata li hemm bżonn tkun tad-ditta oriġinali u għalhekk tinkiteb fuq bażi ġenerika.

Ir-Rabat – Wied l-Isqof – twessigħ ta’ passaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx u jaqbilx li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta’ Infrastructure Malta, qed tagħmel sfreġju gravi f’Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat fejn qed tinqered il-biodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-UE billi tant kemm qed isir twessigħ ta’ passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tliet u erba’ vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu ’l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjiegħ li spiċċa waqa’ f’partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan il-każ jien infurmat li r-regolatur ħa l-passi neċessarji.

Ir-Rabat – Wied l-Isqof – twessigħ ta’ passaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema dritt Infrastructure Malta qed tagħmel sfreġju gravi f’Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat, fejn qed tinqered il-biodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-UE billi tant kemm qed isir twessigħ ta’ passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tliet u erba’ vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu ’l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjiegħ li spiċċa waqa’ f’partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott? Dan hu l-mod kif qed iħares l-ambjent?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa sabiex jaslu għall-għelieqi tagħhom. L-aġenzija qed twettaq għadd ta’ proġetti sabiex tibni mill-ġdid mal-40 kilometru ta’ toroq fil-kampanja, li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal. Ħafna bdiewa f’diversi partijiet ta’ Malta kien ilhom snin twal jitolbu lill-awtoritajiet jgħinuhom fil-ħidma tagħhom billi jipprovdulhom aċċess aktar sikur għall-għelieqi li jaħdmu. Fl-istess waqt, dawn it-toroq fil-kampanja jintużaw ħafna wkoll minn dawk li jħobbu jmorru xi passiġġata, ġirja jew dawra bir-rota fl-inħawi. Ix-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom jiffurmaw parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern fit-toroq rurali. Il-wiċċ eżistenti tat-toroq li qed jinbnew mill-ġdid, li jkun tal-konkos, asfalt jew materjal ieħor ħafna drabi jkun fi stat ħażin ħafna minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni jew għax ma jkunx sar fuq sisien sodi fil-passat. Minflok l-uċuh tat-toroq eżistenti qed isiru pedamenti aktar b’saħħithom u saffi ta’ wiċċ it-triq ġodda. F’postijiet fejn mal-ġnub tat-triq maż-żmien inġemgħet ħamrija li taqa’ mill-għelieqi, skart u materjal ieħor, kien meħtieġ li jsir tindif sabiex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod tajjeb u li jservi aktar. Ħaxix li jikber mill-uċuh imkissra tat-triq ikollu jitneħħa wkoll meta jinqalgħu l-istess uċuh. Ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta’ dawn it-toroq isir fl-istess spazju meħud mill-wisgħa tat-triq eżistenti. L-allegazzjonijiet li xi passaġġi twessgħu b’mod li “jistgħu jgħaddu tliet jew erba’ vetturi ħdejn xulxin” jew li waqgħu xi ħitan tas-sejjieħ minħabba x-xogħlijiet huma faloz. Madankollu, Infrastructure Malta ħadet nota tat-tħassib li nwera dwar ix-xogħol li sar u ddiskutiehom bir-reqqa mal-awtoritajiet tal-ambjent. Fost oħrajn, ġew identifikati miżuri addizzjonali li jistgħu jittieħdu sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-ambjent naturali mal-ġnub tal-istess triq. Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-ħidma kontinwa sabiex twettaq il-pjan fit-tul biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità, effiċjenti u sostenibbli, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f’Malta u Għawdex.
Leg 13 PQ #9402 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ revoka ta’ ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ revoka ta’ ċittadinanza Maltija fl-aħħar 10 snin? Kemm minnhom kienu minħabba l-artiklu 38 tal-Att dwar iż-Żwieġ u ċjoè minħabba li l-Qorti lokali tkun iddikjarat iż-żwieġ null minħabba li tkun iddikjaratu żwieġ ta’ konvenjenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sub-artikolu 14(1) tal-Kap 188 jipprovdi li l-Ministru jista’ jippriva miċ-ċittadinanza Maltija lill-individwu li jkun akkwista din permezz ta’ reġistrazzjoni jew naturalizazzjoni ġaladarba dan ikun sar b’qerq, rappreżentanza falza jew ħabi ta’ xi fatt sostanzjali. F’dan ir-rigward, żwieġ ta’ konvenjenza jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, żwieġ ta’ konvenjenza jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni. Sub-artikolu 14(2) tal-Kap 188 isemmi ċirkustanzi oħra fejn jagħti l-każ li l-persuna tiġi pprivata miċ-ċittandinanza tagħha. Ninsab informat li f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm tlett każijiet ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija. Minn dawn it-tlett każijiet jirriżulta, fuq il-bazi ta’ decizjoni tal-Qorti, li kien hemm tnejn li kienu każijiet ta’ żwieġ ta’ konvenjenza. Ngharraf lill-Onor. Interpellant li iktar kmieni din is-sena intbagħtu 17-il ittra li permezz tagħhom il-persuni kkonċernati gew informati li fil-konfront tagħhom se jiskatta l-proċess sabiex jigu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija. Fost dawn kien hemm każijiet li s-sentenza tal-Qorti dwarhom tmur lura snin shah. Fil-fatt fl-2006 kien hemm diġà lista ta’ persuni li kellu jiskatta l-proċess ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom. Ma dan kollu l-mekkaniżmu neċessarju baqa qatt ma skatta.
Leg 13 PQ #9403 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat ta’ Inkjesta – appelli minn deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il appell minn deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza sar quddiem il-Kumitat ta’ Inkjesta mwaqqaf permezz tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.02 fl-aħħar 10 snin? F’kemm minnhom ġiet ikkonfermata din id-deċiżjoni u f’kemm revokata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li t-tlett kazijiet ta’ ipprivazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija fl-aħħar għaxar snin ġew riferuti lill-Kumitat tal-Inkjestà dwar il-Privazzjoni taċ-Ċittadinanza Maltija fuq it-talba tal-individwi involuti. Il-Kumitat, imwaqqaf skont ir-Regoli dwar Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta’ Ċittadinanza Maltija (Leġislazzjoni Sussidjarja 188.02), jagħmel rapport u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-materji ta' ċittadinanza dwar l-ezitu tal-inkjesta. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet m’humiex pubbliċi għar-raġuni li l-funzjoni tal-Kumitat mhux dik ta’ Qorti, izda huwa intiz sabiex jiġbor il-provi u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-materja ta’ ċittadinanza. ​

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Green Leaders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Leg 13 PQ #9270 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Green Leaders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives, huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent illi ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm : · tisħiħ tal- Green Public Procurement ; · introduzzjoni tal- Online Government , illi qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Leg 13 PQ #9326 Sitting 210 2019-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Laqgħat ma' kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-data u l-post u skop u ma' min kellu, hu jew xi uffiċjali f'xi entità li jaqgħu taħtu, laqgħat ma' rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi sussidjarja tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija numru PR182523 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-23 ta’ Novembru 2018. Saru wkoll diskussjonijiet mal-Malta MedAir u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru in vista tal-pjanijiet li jerġa’ jibda jaħdem is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Green Leaders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DALLI, HELENA)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal- Green Public Procurement ; · introduzzjoni tal- Online Government , li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-panelli; u · il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Leg 13 PQ #9262 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #9263 Sitting 209 2019-03-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal- Green Public Procurement; · introduzzjoni tal- Online Government li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · il-flessibilita’ mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.