Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta’ uffiċċjal għoli mil-Litwanja — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda kopja tal-kuntratt ta’ ingaġġ jew impjieg tal-uffiċċjal għoli mil-Litwanja li qed jamministra l-iskema tar-ritorn tal-fliexken b’salarju u perkaċċi ta’ iktar minn €110,000 fis-sena? Kif saret l-għażla?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux minnu li ġie ingaġġat mill-Gvern xi persuna kif allegat fil-mistoqsija.

Kunsill Lokali Ħal Balzan – talba għal żieda ta’ ġurnata għall-ġbir tal-borża s-sewda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9756 u jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għall-ġbir tal-borża s-sewda, għadha mhux approvata minn Novembru li għadda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta` Ħal Balzan li fl-laqgħa urġenti ta` nhar it-Tnejn 5 ta` Novembru 2018 ġie deċiż li nhar ta’ Tnejn jibda jinġabar kemm skart organiku u kif ukoll skart imħallat. Dan ma jistax iseħħ għalissa peress li l-ewwel trid issir emenda fl-iskeda li tidher fil-Avviz Legali Nru. 346 tal-2018 li daħlet fis-seħħ mil-31 ta` Ottubru 2018. Intant ninn Novembru il-kunsill baqa’ jsegwi regolarment t-tibdil fil-ligi mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvillup Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.

Heritage Malta – self ta’ opri ta’ arti f’Kastilja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9708 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #9824 Sitting 217 2019-04-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – opri ta’ arti mislufa minn Heritage Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9707 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat? Jista’ jgħid f’liema kmamar fil-Berġa ta’ Kastilja jinsabu esposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Selection Panel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9472 u 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta’ qabel ukoll?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kalkara – Bajja tar-Rinella – dog friendly beach

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9747 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li d-dog friendly beach fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara tkun tassew aċċessibbli, għax ilha iktar minn sentejn mirduma b’ġebel, ħadid u knaten, tant li hija eyesore u periklu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat bil-maltemp ta’ dan l-aħħar waqgħu partijiet mill-istruttura tat-triq li twasslek għal Forti Ricasoli. Parti minn din it-triq kienet ilha perikoluża għal numru ta’ snin u kienet inaċċessibli għall-pubbliku għax ingħalqet b’chain link fence. Hu ppjanat li ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttua jnaddfu l-parti tal-bajja msemmija meta t-temp jippermetti, ftit qabel il-bidu tas-sajf.

ERA — negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala ċertu negozji (bħal dawk li jiddisponu minn tyres) rċevew ittra mill-ERA biex b’obbligu jattendu kors li għalih iridu jħallsu iżda li meta dawn ċemplu l-ERA biex jistaqsu dettalji dwar dati u ħinijiet intqal lilhom li l-ERA ma kinetx taf?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma l-Onor. Interpellant li negozji jew individwi li huma reġistrati ma’ l-ERA sabiex iġorru xi tip ta’ skart huma obbligati jagħmlu b’suċċess kors (skond AL 549.63) li ser ikun qed jingħata mill-MCAST. Dan il-kors jittratta aspetti relatati ma’ l-iskart u l-immaniġġjar tiegħu. L-ERA, bħala l Awtorità kompetenti għall-implementazzjoni tal-liġijiet ambjentali għandha obbligu li tirreġistra vetturi tal-ġarr ta’ l-iskart. Għaldaqstant, qiegħda tinforma lil dawk li preżentement għandhom vettura b’reġistrazzjoni valida dwar din il ħtieġa skont il-liġi hawn fuq imsemmija, dan permess ta’ ittra u telefonata. F’din il-komunika l-ERA tinforma lill-individwi dwar kif jikkuntattjaw l-MCAST sabiex jirreġistraw għall-kors. Minħabba li dan il-kors huwa organizzat mil-MCAST, dati u ħinijiet u dettalji prattiċi għal dan il-kors għandhom jiġu miksuba mill-MCAST.

Kalkara – Bajja tar-Rinella – dog friendly beach

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-dog friendly beach fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara tkun tassew aċċessibbli, għax ilha iktar minn sentejn mirduma b’ġebel, ħadid u knaten, tant li hija eyesore u periklu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija lill-Minsiteru kkonċernat.

Kunsill Lokali Ħal Balzan – talba għal żieda ta’ ġurnata għall-ġbir tal-borża s-sewda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għal ġbir tal-borza s-sewda, għadha mhux approvata minn Novembru li għadda?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Strateġija Nazzjonali tal-Isport – memberi tal-kummissjoni/bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kummissjoni/bord dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport? Kemm qed jitħallsu u x'perkaċċi għandhom? Jista’ jgħid il-għala din l-istrateġija ma tħallietx f'idejn Sport Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni hi komposta kif ġej: Chairperson: Mr Alan Grima Membri: Mr Mark Cutajar Mr Ivan Esposito Mr Karl Izzo Dr Ivan Riolo Dr Andrew Decelis Ms Rose Anne Camilleri Ir-remunerazzjoni hi kif se nsemmi: Chairperson - €15.89 kull siegħa sa massimu ta’ €3,100 Membru - €13.07 kull siegħa sa massimu ta’ €1,550. Membri ex-officio mhumiex intitolati għal ħlas. Ninforma wkoll lill-Onor. interpellant li SportMalta hija rappreżentata miċ-Chief Executive Officer.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9427 u 8732 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont sostanzjali ta ħin u riżorsi biex tinġabar u għaldqstant għandu jkun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.

Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jinkorpora fil-Liġi Maltija, il-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu l-ħsieb li jinkorpora fil-Liġi Maltija, il-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-fatt, dan il-Protokoll se jkun parti mill-pakkett tal-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ugwaljanza li ser jitressaq mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. Għal din ir-raġuni nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministeru kkonċernat jekk hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni.

Kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Selection Panel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta’ qabel ukoll?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #9498 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal Visa — Ċittadini min-Nepal, Bangladesh, Indja u Pakistan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9104 u jgħid kemm-il applikazzjoni saret għal visa Maltija minn ċittadini tan-Nepal, il-Bangladesh, l-Indja u l-Pakistan mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati maqsuma skont l-isem tal-applikant?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-mod ta’ kif inhi miktuba l-Mistoqsija Parlamentari numru 9498, din ma tistax tiġi mwieġba għaliex tmur kontra l-protezzjoni u l-privatezza tad-data tal-individwi.

Unit/plots tal-Home Ownership Scheme

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8822 fejn il-Ministru jirreferi għal perjodu meta jien kont Ministru responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Home Ownership Scheme plots, meta fil-fatt jien kont l-ewwel Ministru għall-Artijiet mill-1981 sal-2008 li kien ta direzzjoni biex kull sena l-Lands jibdew iħallsu lil min kien itteħdietlu l-art bejn l-1981-1983 biex fuqhom inbnew l-HOS plots, u fil-fatt bejn l-2008 u l-2013 għall-ewwel darba saru miljuni ta’ euro fi ħlasijiet ta’ arretrati biex mijiet ta’ nies ħadu li ħaqqhom u oħrajn setgħu jsiru sidien ta’ djarhom, jista’ issa l-Ministru jwieġeb dak li staqsejtu fil-mistoqsija parlamentari 8822 u jgħid kemm-il unit/plot tal-HOS tas-snin 80 ġew imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u li fuqhom ir-residenti għadhom jgħixu b’konvenju li jiġġedded, ġew imħallsa fl-2017, 2018 u 2019 sal-lum? Jista’ jgħid kemm intefqu flus u f’liema lokalitajiet kienu dawn ir-residenzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li matul l-aħħar xhur intensifikaw id-diskussjonijiet teknici bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorijiet tad-Djar sabiex jibdew jissolvew in-numru kbir ta’ każijiet li ilhom għexieren ta’ snin pendenti sabiex is-sidien isiru verament sidien ta’ djarhom inkluż meta hu kien ministru responsabbli għall-istess ħlasijiet.

Alternative dispute resolution – applikazzjonijiet għal-liċenzja

Question

B’referenza għad-domanda parlamentari numru 27945 tat-12-il leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie introdott S. L. 378.18 fil-liġijiet ta Malta dwar alternative dispute resolution kemm entitajiet applikaw mal-Consumer Affairs Council sabiex jottjenu liċenzja skont il-liġi msemmija, min huma dawk kollha li applikaw, kemm u min minnhom ġie aċċettat, kemm u min minnhom ġew rifjutati, kemm hemm u min huma li għad għandhom l -application tagħhom being processed? Jista’ jgħid ukoll dawk li ġew aċċettati f’liema setturi joffru s-servizzi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-entitajiet kollha li applikaw sabiex jingħataw ADR status sa issa huma t-tmienja (8) li ġejjin: · Pardee Consulta · eCOGRA · MADRE · EADR · L-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju · Id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur · Dr Mario Caruana LL.D għall-‘ADR Malta Centre’ - ThePOGG.com (pendenti) Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur sa issa għadu qatt ma rrifjuta ebda talba mingħand kwalunkwe entità li ressqet applikazzjoni uffiċjali għal ADR status f’pajjiżna. Attwalment, il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandu talba waħda pendenti minn entità kummerċjali. Din hija ThePOGG.com. Pardee Consulta, eCOGRA u MADRE jispeċjalizzaw fis-settur tal-gaming, EADR toffri servizz ta’ ‘alternative dispute resolution’ ġenerali, l-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju jispeċjalizza fi kwistjonijiet ta’ ‘alternative dispute resolution’ li għandhom natura finanzjarja, id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur joffri servizz ta’ ‘residual ADR’, filwaqt li Dr Mario Caruana għall-‘ADR Malta Centre’ joffri servizz ta’ ‘alternative dispute resolution’ ġenerali.

Proviso tal-Artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza ġie applikat il-proviso tal-artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali u senjatament fejn jipprovdi: "Iżda jekk l-Avukat Ġenerali jkun ordna li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri, huwa għandu jibgħat rapport lill-President ta’ Malta fejn jiddikjara r-raġunijiet għaliex ikun għamel dan.”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li l-proviso tal-artikolu 569(6) mill-2013 sal-20 ta’ Marzu 2019 ġie applikat darba fl- 2016 in relazzjoni ma inċident waqt l-għads li kien jinvolvi persuni ta’ nazzjonalità Brittanika u li seħħ f’ Għawdex.
Leg 13 PQ #9707 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – opri ta’ arti mislufa minn Heritage Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat? Jista’ jgħid f’liema kmamar fil-Berġa ta’ Kastilja jinsabu esposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #9404 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revoki ta’ ċittadinanza minħabba annullament ta’ żwieġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta’ ċittadinanza kien hemm fl-aħħar 10 snin minħabba żwieġ annullat b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9402.