Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #10237 Sitting 229 2019-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, inklużi dawk taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, huwa kif muri fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba mogħtija mill-entitajiet l-oħra f’dan il-Ministeru kienet ‘xejn’.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 10239.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella. Entità Ammont (esklż. VAT) WSC €14,135.79 EWA €18,889.00 ARMS €1,943.34 Enemed €7,000.00 Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal kumpanija. Minħabba f’hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-European Union Programmes Agency (EUPA) nefqet €1,469.49 (excl. VAT) f’reklamar u avviżi fuq kull mezz inkluż social media fil-perjodu.

Heritage Malta — Self ta' Opri ta' Arti f'Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10005, 9708 u 9823 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 10005.

Raħal il-Ġdid — Ċentru tas-Saħħa – teħid ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10016 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħala parti mil-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza Antoine De Paul, il-parkeġġ tat-tobba u l-pazjenti qatt ma tneħħa imma ġie imexxi minn quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa għal-triq il-Foss u Triq Ħal Saflieni biswit l-istess Ċentru .

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sejba ta’ arma tan-nar f’vettura

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10022, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Maġistrat tal-Għassa ma ġiex infurmat biex tiskatta Inkjesta Maġisterjali wara s-sejba tal-arma tan-nar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li meta l-arma li hija suġġett għall-mistoqsija parlamentari 10022 instabet, il-pulizija tad-Distrett infurmat lill-Maġistrat tal-Għassa li min-naha tagħha ddeċidiet li ma kienx hemm lok ta’ inkjesta Maġisterjali.

Joint Office — skema ta' fidi ta' ċnus ta' djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Joint Office ħareġ skema ta’ fidi ta’ ċnus ta’ djar residenzjali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru responsabbli, fl-20 ta’ Mejju ħabbart skema ġdida ta’ fidi ta’ ċnus u xiri ta’ proprjetà residenzjali li mistennija tkun qiegħda taffettwa mal-5,000 familja. Din l-iskema ser tidħol fis-seħħ minn Settembru ta’ din is-sena u għaldaqstant dawk li għandhom ċens temporanju jew kirja mal-Gvern ser ikunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mal-Uffiċċju Konġunt biex ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.
Leg 13 PQ #10235 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #10236 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Selection Panel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8818, 9472 u 9825 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta’ qabel ukoll?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil l-Onor. Interpellant li l-Kumitat tal-Għażla li għażel ix-shortlisted candidates għal kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena kien magħmul minn tliet persuni b’ kompetenza u esperjenza fil-qasam, cioe’: • Eks Imħallef li aġixxa bħala l-President tal-Kumitat tal-Għażla- L-Imħallef Emeritus Dr Joseph David Camilleri; • Is-Segretarju Permanenti li taħt il-mandat tiegħu jaqgħu kwistjonijiet li jittrattaw il-Ġustizzja – is-Sur Johan Galea; u • Avukat ta’ kompetenza u esperjenza rikonoxxuta - Dr Joseph Buttiġieġ. Niehu l-opportunità sabiex nerġa' nifraħ lill-Imħallef Lorraine Schembri Orland tal-ħatra tagħha f'din il-Qorti. M'għandix dubju li se tagħmel ġieħ lil pajjiżna fil-ħidma tagħha.

Heritage Malta – self ta’ opri ta’ arti f’Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9708 u 9823 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Qrati Kriminali — Electronic tagging għall-persuni li jingħataw ħelsien mill-arrest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u sa meta l-Gvern ser jintroduċi l-electronic tagging għal dawk li jingħataw ħelsien mill-arrest mill-Qrati Kriminali?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor. Membru l- introduzzjoni ta’ sistema ta’ electronic tagging ma tinvolvix biss lill-Ministeru għall-Ġustizzja iżda tinvolvi diversi aspetti tekniċi u ta’ enfurzar.

Raħal il-Ġdid — Ċentru tas-Saħħa – teħid ta’ parkeġġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #10020 Sitting 224 2019-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija dwar il-Logħob — ADR entities - lista

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob in segwitu għad-direttiva numru 5 tas-sena 2018 minnha maħruġa, jekk apparti l-entitajiet approvati ta’ ADR skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404, aċċettatx entitajiet oħra ta’ ADR mhux imsemmija f’din it-tweġiba mill-operaturi liċenzjati minnha bħala B2C u jekk iva, min huma dawn l-entitajiet, u għalfejn u fuq liema bażi legali dan seħħ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob ma taċċettax entitatijiet ta’ ADR speċifikament, iżda tobbliga operaturi liċenzjati minnha bħala B2C li jinnotifikawha b’liema entità ta’ ADR huma għażlu li jingaġġaw. Dawk imsemmijin fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404 huma fost dawk l-entitajiet li ġew notifikati. Oħrajn huma ‘IBAS’, ‘Außergerichtliche Streitbeilegungsstelle für Verbraucher und Unternehmer e. V.’, u ‘ProMediate (UK)’. L-Operaturi għandhom obbligu huma stess li jikkonfermaw li l-entitajiet magħżula minnhom huma meqjusa minn Awtoritajiet kompetenti fl-UE bħala entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fid-direttiva numru 5 tas-sena 2018 maħruġa mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, fosthom li huma elenkati skont is-subparagrafu 2 tal-artikolu 20 tad-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, u għat-tilwim tal-konsumaturi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sejba ta’ arma tan-nar f’vettura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-arma tan-nar li nstabet f’vettura fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin din is-sena? Jista’ jgħid għaliex ma saritx inkjesta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk malli nstabet l-arma tan-nar issejħu l-pulizija mill-għassa ta’ Raħal Ġdid biex jinvestigaw.