Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — contract of service u contract for service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtha mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Ministeru għall-Finanzi — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-Riżoluzzjoni li huwa għadu kemm ippreżenta fil-Kamra tar-Rappreżentanti dwar Casma Ltd u Dragonara Gaming huwa ma ppreżentahiex biex tiġi diskussa fil-Kabinett u fil-Grupp Parlamentari Laburista?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżoluzzjoni li qed jagħmel referenza għaliha kienet approvata unanimament mill-Kamra tar-Rappreżentanti, l-għola istituzzjoni tal-pajjiż li l-istess Onorevoli Interpellant huwa membru tagħha. Lil hinn minn dan, qabel ma kienet ippreżentata r-Riżoluzzjoni fil-Parlament, inġiebu l-pariri kollha meħtieġa mill-Avukat Ġenerali. Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt imsemmi nġieb għall-attenzjoni tal-membri tal-kamra skond il-proċeduri stabbiliti u fit-terminu rikjest.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-kariga f’April li għadda proprju waqt li huwa (l-Ministru) kien qed jinnegozja t-termini tar-Riżoluzzjoni Parlamentari dwar Dragonara Gaming u Casma Ltd?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal kummenti espressi fil-mezzi tax-xandir fl-aħħar jiem.
Inkjesta Egrant – rapport mhux ippubblikat – kwotazzjonijiet minn Ministri
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Ministri tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tat-Turiżmu kkwotaw mir-rapport mhux ippubblikat tal-Inkjesta Egrant, meta ftit jiem ilu huma wieġbu fil-Qorti għat-talba tas-soċjetà ċivili Repubblika għal ftuħ ta’ Inkjesta Maġisterjali dwar l-isptarijiet pubbliċi?
Raħal Ġdid – Health Hub – fdalijiet antiki/arkeoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-fdalijiet antiki/arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal-Health Hub f’Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tħammil relatat mal-Health Hub f’Raħal Ġdid (PA 3826/16) qed isir bil-moniteraġġ arkeoloġiku taħt is-supervizzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Waqt dan ix-xogħol nkixfu dak li hu x’aktarx xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija, ġiebja, trinek agrikoli u tħofor tas-siġar.
Raħal Ġdid – Health Hub – fdalijiet antiki/arkeoloġiċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsistu l-fdalijiet antiki/arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal-Health Hub f’Raħal Ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fdalijiet antiki/arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal-Health Hub f’Raħal Ġdid għad iridu jiġu determinati. Fiż-żmien li ġej se jsir stħarriġ dimensjonali.
Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s’issa mhux pubbliku? Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m’għandi l-ebda aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-inkjesta Egrant.
Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s’issa mhux pubbliku? Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m’għandi l-ebda aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.
Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s’issa mhux pubbliku? Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m’għandi l-ebda aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10257 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10258 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10259 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10249 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul April u Mejju 2019, in-nefqa f’reklamar u avviżi mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta’ EUR 31,225.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segertarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10250 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul April u Mejju 2019, in-nefqa f’riklamar u avviżi mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kienet nil.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10235 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn annessa:
Gazzetti Lokali u Internazzjonali
Magazines Lokali u Internazzjonali
TV
Radio
Social Media
MFSA
€5.20
€1,682.40
MCA
€962.20
MITA
€341.00
€5,783.30
€8,112.90
MIIPA
€453.90
€3,125.0
MCST
€900.00
€378.00
€1,926.90
€1,683.30
MRVA
€6,706.80
€4,500
MDIA
€12,250
ID MALTA
€840
€400
NDSF
€2,096.20
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - reklamar
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10236 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?