Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq f’Tal-Balal – bini ta’ ħitan tas-sejjieħ – osservazzjonijiet tar-regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.01(Regolamenti dwar Ħitan tas-Sejjieħ u Strutturi Rurali) hijiex osservata fl-intier tagħha fil-bini ta’ taparsi ħitan tas-sejjieħ li qed isiru minn Infrastructure Malta, bħal fit-triq f’Tal-Balal?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta' sodisfazzjon li ninnota aktar membri tal-Oppożizzjoni jieħdu interess fil-ħidma ta' Infrastructure Malta, ftit aktar minn sena wara li vvutaw "bil-qalb" kontra t-twaqqif ta' din l-aġenzija. Infrastructure Malta għaddejja b'investiment bla preċedent biex ittejjeb il-kwalità, s-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura f'pajji¿na. Dan l-impenn jinkludi bini mill-ġdid u titjib ta' toroq residenzjali u rurali, l-i¿vilupp tat-toroq arterjali biex isiru aktar effiċjenti u siguri, ħidma biex inżidu s-siġar u noħolqu aktar spazji miftuħa fl-ambjenti urbani tagħna, kif ukoll proġetti ta' infrastruttura marittima għas-sajjieda u għat-trasport bil-baħar max-xtut u fil-portijiet. Din is-sena, permezz ta' Infrastructure Malta, il-Gvern qed jinvesti mas-€64 miljun fi proġetti fit-toroq arterjali biss. Fost dawn hemm il-flyovers tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid ta' Triq Reġjonali, l-Imsida, Triq il-Buqana, bejn l-Imtarfa u l-Mosta, Triq Ħal Luqa f'Santa Luċija, Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi u Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok bejn iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar, kif ukoll investimenti oħra bħall-bini tal-ewwel pontijiet pedonali b'faċilitajiet aktar komdi għaċ-ċiklisti, tisħiħ u rranġar ta' junctions biex isiru aktar siguri għal dawk kollha li jużaw it-toroq u ħafna ħidmiet oħra. F'dan ix-xogħol kollu, Infrastructure Malta m'hijiex biss tibdel l-asfalt tat-triq, iżda qed tirranġa l-infrastruttura kollha relatata, skont il-ħtieġa. Dan jinkludi bdil ta' cables u katusi li jwasslu s-servizzi tal-ilma, dawl u Internet fid-djar u n-negozji tal-inħawi, tisħiħ ta' pedamenti, bini mill-ġdid ta' bankini, installazzjoni ta' sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita u tad-dwal tat-toroq, sistemi li jnaqqsu r-riskji u l-konsegwenzi tal-aċċidenti, ħitan mal-ġnub tat-triq, tabelli, sinjali u ħafna aktar. Fir-rigward ta' dawk li qed jissejħu "taparsi ħitan", Infrastructure Malta, bħal ma kien isir qabel, tibni diversi tipi ta' strutturi fil-ġnub tat-triq, skont l-esiġenzi partikolari ta' kull post, skont il-livelli bejn it-triq u l-artijiet u propjetajiet li jmissu magħha u ħafna kunsiderazzjonijiet tekniċi oħra. Ikun hemm ħitan li magħhom ikunu qed iserrħu għelieqi f'livell ogħla mit-triq, li ma jkunux qed iservu biss biex jiddefinixxu t-tarf tat-triq, iżda wkoll bħala strutturi ta' lqugħ biex iżommu l-ħamrija u materjal ieħor f'livell ogħla mit-triq. Oħrajn ikollhom l-għan li jipproteġu lill-pubbliku minn truf ta' toroq li jmissu ma' artijiet f'livell aktar baxx. Kull ħajt jinbena skont il-ħtiġijiet tekniċi applikabbli, bil-materjali adekwati u skont id-disinn magħżul mill-periti u t-tekniċi li jkunu studjaw l-esiġenzi tat-triq. Anke fit-triq imsemmija fil-mistoqsija stess hemm diversi tipi ta' ħitan differenti. Is-suċċess tat-twaqqif ta' Infrastructure Malta qed jibda jidher hekk kif din l-aġenzija tlesti proġett wara l-ieħor. Hekk kif iddikjarajna fil-Budget, il-Gvern ser itenni l-impenn tiegħu biex pajji¿na jkollu infrastruttura aħjar anke fl-2020. Fil-fatt, għal darb' oħra, Infrastructure Malta ser ikollha allokazzjoni ta' fondi rekord biex tkompli twettaq il-pjanijiiet tagħha għal infrastruttura ta' kwalità ogħla f'pajjiżna.
Leg 13 PQ #11080 Sitting 255 2019-10-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mass Surveillance Cameras

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega l-iskop tal-mass surveillance cameras (dawn li huma ma' arbli suwed) li qed jitwaħħlu f'diversi toroq? Min ħa din id-deċiżjoni u kemm se jitwaħħ;u cameras ta' dan it-tip? Jista' jgħid jekk tali cameras humiex facial recognition?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Cameras fuq l-arbli fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ġurnata jew xahar meta bdew jitwaħħlu l-cameras l-ġodda fit-toroq tagħna (dawk fuq arbli suwed)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li-ġurnata jew xahar meta bdew jitwaħħlu l-cameras l-ġodda fit-toroq tagħna (dawk fuq arbli suwed) huwa kif imsemmi hawn taħt; L-installazzjoni tal-arbli bdiet fil-ħmistax ta' Mejju 2019 u cameras fil-wieħed u għoxrin ta Mejju 2019.

Memorandum bejn Transport Malta u l-Kummissarju tal-Pulizija – aċċess għal cameras

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum iffirmat bejn Transport Malta u l-Kummissarju tal-Pulizija ‘lbieraħ dwar l-aċċess lill-Korp tal-Pulizija għall-cameras ta’ Transport Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-‘cameras’ ta’ Transport Malta ma jagħtuwx aċċess dirett lil Pulizija. Preżentament hemm eżerċizzji u taħdidiet mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u tal-Protezzjoni tad-Data w iktar informazzjoni tingħata fil-jiem li ġejjin.

Diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Kummissarju tad-Data Protection – twaħħil ta’ cameras

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fid-dettal id-diskussjonijiet li Transport Malta kellha mal-Kummissarju tad-Data Protection qabel sija t-twaħħil tal-cameras l-ġodda fit-toroq tagħna u sija biex jingħata aċċess lill-Pulizija għalihom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull parir bil-miktub li l-Kummissarju tad-Data Protection ta f’dan ir-rigward?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11148 tal-istess Seduta.

Proġett ta’ Ta’ Qali National Park

Question

In vista tal-aħbar fil-ġurnal Malta Today bit-titolu “Ta’ Qali National Park to double in size” https://www.maltatoday.com.mt/news/national/94889/watch_ta_qali_national_park_to_double_in_size#.XX6FEi2B2u4 u wegħda magħmula mill-Prim Ministru u mill-Ministru tal-Ambjent ftit jiem qabel l-elezzjonijiet ta’ Mejju 2019 li l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali ser jirdoppja fid-daqs, u li ser jitħawwlu iktar minn 80,000 siġra u ser ikun hemm investiment ta’ iktar minn €20 miljun, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li saru fis-sit minn dakinhar sal-lum, inkluż kemm-il siġra ġiet imħawwla u kemm flus intefqu s’issa? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tax-xogħlijiet/programme of works ta’ dan il-proġett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura infrastrutturali kbira involuta f’dan il-proġett, ix-xoghol ewlieni s’issa sar mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, bil-Ministeru tiegħi li ser ikun qed jieħu taħtu l-proġett aktar il-quddiem. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Freeport – proġett ta’ tħawwil ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-fatt tħawwlu siġar mit-8,000 siġra li huwa wiegħed li ser jitħawwlu fl-area wara l-Freeport f’konferenza tal-aħbarijiet on site li saret fis-7 ta’ Mejju 2019, ftit jiem qabel l-elezzjonijiet tal-istess Mejju? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-management plan jew programme of works li hemm approvat għal dan il-proġett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien idoneju biex jibdew jitħawwlu s-siġar huwa minn Ottubru u dan minħabba kwistjonijiet ta’ klima. Taħwil f’dan iż-żmien iżid il-possibilta ta’ suċċess tat-taħwil. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet meħtiega bħala parti mill-proġett. Dwar dan hemm applikazzjoni għal żvilupp pendenti iżda nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar tas-sena ser ikunu tħawwlu 2,000 siġra filwaqt li matul l-2020 jitwaħħlu 4,000 siġra u arbuxelli oħra. Il-kumplament tas-siġar jitħawwlu fl-2021 għal total ta’ 9,300 siġra.
Leg 13 PQ #11074 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Bajjiet – White Flag

Question

In vista tal-aħbar f’The Shift News f’Awwissu 2018 li kien jgħid "A contract being published for the first time shows the Gozo Ministry agreed to pay a Croatian charged with fraud €29,000 for one White Flag to denote a ‘plastic-free beach’, a Freedom of Information request has revealed. The amount is nowhere close to what Gozo Minister Justyne Caruana told parliament on 16 January when she had tabled costs totalling €7,776 for two White Flags on the island’s beaches”, u in vista tar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 8223 li hija differenti minn dak żvelat minn The Shift News, tista’ l-Ministru tispjega fid-dettall għala d-diskrepanza fiċ-ċifri msemmija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li ġie kwotat mill-midja msemmija kien ‘capping’ li kien hemm indikat fi ftehim. Il-Ministeru però ma eżawriex dak il-‘capping’ u tħallsu biss l-ammonti indikati. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru aġixxa totalment in bona fede u dan il-ftehim sar fl-ispirtu tal-ħidma kollha biex Għawdex jilħaq miri ambjentali importanti.

MICAS — sponsorships

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sponsorship irċeviet il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) fl-2018 u fl-2019? Jista’ jgħid ukoll meta, kemm kien l-ammont u minn min irċeviet dawn is-sponsorships?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 l-MICAS irċieva dawn l-isponsors t’hawn taħt. Dettalji ta’ individwi li taw donazzjoni lill-MICAS mhux qed jinghataw sabiex ikun imħares id-dritt għall-protezzjoni tad-data kif indikat fil-provvedimenti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Prorezjoni tad-Data (UE) 2016/679. Deskrizzjoni Shara Hughes Leaf View Painting Yayoi Kusama Pumpkin Ornament +Hernan Bas The Gourd Nest Hanger Mattia Bonetti Candalbrum Grotto Charlotte Olymia Mini Bar Bag Emilia Wickstead Dress Roland Mouret Galaxy Dress Flavie Audi Glass Centrepiece €100,000 €20,000

MICAS – oġġetti irkantati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn oriġinaw, jew kif ġew akkwistati, l-oġġetti kollha li ġew irkantati għall-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) fl-2018 u fl-2019, inkluż l-irkant li sar fit-13 ta’ Ottubru 2018 fil-Casino Maltese, inkluż l-ilbies u arloġġi li ġew irkantati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.
Leg 13 PQ #11078 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA — sponsorships

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Mass Surveillance Cameras

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-iskop tal-mass surveillance cameras (dawn li huma ma' arbli suwed) li qed jitwaħħlu f'diversi toroq? Min ħa din id-deċiżjoni u kemm se jitwaħħlu cameras ta' dan it-tip? Jista' jgħid jekk tali cameras humiex facial recognition?

Response (BORG, IAN)

Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11079, nitlob lill-Onor. Interepellent ikun aktar preċiż rigward liema cameras u lokalitajiet qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu. Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant jispjega xi jrid ifissir bit-terminoloġija użata ‘Mass Surveillance Cameras’.

Mini Buskett – kumitat — membri

Question

Wara li f’Lulju 2016 il-Ministru kien ħabbar lill-media li "Environment Minister José Herrera has earmarked an area in the middle of Malta to transform into a “mini-Buskett” which would be large enough to encourage wildlife to settle…The initial part of securing the selected site is now being finalised. A special committee will then draw up an action plan and budget accordingly." (Sunday Times, 3.07.2016), jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul dan il-kumitat u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-action plan imwiegħed dakinhar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ftit wara li assumejt ir-responabbilità ta Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ġie deċiż li l-Parks tiġi ristrutturata sabiex tkun tista tilqa’ aħjar għal isfidi ta’ afforestazzjoni biex b’hekk il-bżonn ta’ dan il-Kumitat ma baqax jeżisti. Filfatt, ir-ristrutturar wassal għal ħolqien ta’ Ambjent Malta li hija entità komposta minn Dipartiment governattiv kif ukoll Bord ta’ Gvernaturi.

Mini Buskett — kumitat aġenda

Question

Wara li f’Lulju 2016 il-Ministru kien ħabbar lill-media li "The minister said that one of his first tasks upon taking office was to appoint an ad hoc committee for the sole purpose of carrying out an afforestation project of indigenous trees covering an area of over 50 tumoli in Malta" (Sunday Times, 3.07.2016), jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul dan il-kumitat, kemm-il darba ltaqa’ mill-2016 sal-2018 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda ta’ kull laqgħa ta’ dan il-Kumitat s’issa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 11068.
Leg 13 PQ #11070 Sitting 253 2019-10-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA – early retirement ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk oġġezzjonax għall-ħlas ta’ madwar €150,000 (bħala early retirement scheme) lill-individwu - li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament - biex jirtira mill-kariga ta’ Human Resources Director f'Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta? Il-Prim Ministru kien infurmat li ftit wara li dan l-individwu rtira, kien impjegat bħala Head tal-Human Resources Department fir-Registry of Companies Agency, li sa ftit ġimgħat qabel dan ir-Reġistru kien jagħmel parti mill-istess Awtorità? Jekk il-Prim Ministru ma kienx infurmat b’dan, x’passi ħa meta sar jaf?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFSA hija awtorità awtonoma u għaldaqstant il-Prim Ministru ma jinterferixxiex fl-operat tagħha.

Skema White Flag

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejnu, bejn il-Ministeru tiegħu u r-rappreżentanti tal-iskema White Flag?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba mressqa hija vaga ħafna u sabiex wieħed jkun jista’ jwieġeb dak li qed jiġi rikjest, trid issir tfittxija f’ numru kbir ta' dokumenti, sabiex tidentifika, ssib jew tiġbor id-dokumentazzjoni relatata li jistgħu jew ma jistgħux jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din l-istess talba. Għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jispeċifika b’mod ċar u jkun speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Skema White Flag — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-due diligence li l-Ministeru tiegħu għamel fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li qed jiffaċja akkużi ta’ frodi fil-Kroazja għall-proġett simili ħafna tal-iskema White Flag?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid ma dak li ġa għidt pubblikament u anke f’risposti Parlamentari oħra inkluż Mistoqsija Parlamentari 8173 ta’ din il-leġiżlatura fejn sħaqt li l-Ministeru tiegħi ma daħal fl-ebda obbligu kuntrattwali fit-tul mal-entità “White Flag International” la permezz ta’ allokazzjoni ta’ fondi nazzjonali u lanqas dawk Ewropej.

Skema White Flag — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’responsabilità ġarr jew iħoss li għandu jġorr meta kienet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, li għaliha huwa hu politikament responsabbli, li fit-2 ta’ Marzu 2018 tat il-permess lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara l-iskema frodista tal-White Flag ("Our Ref: NP 0058/18: Reference is being made to your application form dated 28 February 2018, for permission to hold a clean-up of the sea-bed at Wied iż-Żurrieq with the aim of achieving the White Flag status of the beach. The Environment and Resources Authority (ERA) is hereby granting you permission in accordance with Regulation 18(2) of the Flora, Fauna and Natural Habitats Protection Regulations, 2006 (S.L. 549.44), hereinafter referred to as the Regulations, for the purpose of exempting the Permit Holder from the prohibitions on operations or activities referred to in Regulation 18(1) of the Regulations for activities that shall be carried out within the Special Area of Conservation (SAC) of Zona fil-Baħar fl-Inħawi ta’ Għar Lapsi u ta’ Filfla (MT0000102)”?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-permess ambjentali, li għalih qed issir referenza, kien biex jiggwida l-attività ta’ tindif minn qiegħ il-baħar, bl-aspett ewlieni li dawn l-attivitajiet isiru bla detriment lill-ambjent naturali li fihom ser jitwettqu. L-iskema per se tal-White Flag ma kellha l-ebda inċidenza materjali fuq il-metodu ta’ kif għandu jsir it-tindif fil-baħar u għaldaqstant l-anqas ma għandha inċidenza fuq l-awtorizzazjoni li ħarġet l-Awtorità. Skont l-Att għall-Protezzjoni tal-Ambjent, l-Awtorità kienet tonqos mill-obbligu tagħha li kieku m’evalwatx din l-attività għall-permess ambjentali.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — contract of service u contract for service

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10886 u jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.