Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11516 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ditta Legali — ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-ħlas mitlub mid-ditta legali Ingliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament sabiex ippatroċinat lilu u lis-Sinjura tiegħu jew kemm kien il-ħlas li sar mill-erarju pubbliku u meta sar jew kien mitlub biex din id-ditta legali f’Settembru 2019 wieġbet għan-nom tiegħu bħala Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li in vista ta' talba li saret lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jevalwa l-ingaġġ ta' din id-ditta legali, ma jkunx xieraq f’dan l-istadju li d-dettalji mitluba jkunu ppreżentati fil-Parlament.
Leg 13 PQ #11517 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ditta Legali — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas mitlub mid-ditta legali Ingliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament sabiex ippatroċinat lilu jew kemm kien il-ħlas li sar mill-erarju pubbliku u meta sar jew kien mitlub biex din id-ditta legali f’Settembru 2019 wieġbet għan-nom tiegħu bħala Ministru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11516.

Ditta Legali — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas mitlub mid-ditta legali Ingliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament sabiex ippatroċinat lilu jew kemm kien il-ħlas li sar mill-erarju pubbliku u meta sar jew kien mitlub biex din id-ditta legali f’Settembru 2019 wieġbet għan-nom tiegħu bħala Ministru?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11516.

Il-Magħtab – serq minn weighbridge

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma ssejħux il-Pulizija fis-serqa ta’ eluf ta’ ewro li seħħet madwar sena ilu mill-weighbridge tal-Magħtab? Jaf il-Ministru kemm kien l-ammont misruq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli saret l-allegazzjoni fil-media, il-kumpanija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha sabiex tistabilixxi l-fatti. Il-ħaddiema involuti ġew akkużati b’negliġenza fuq il-post tax-xogħol, għax il-kumpanija ma kellha l-ebda prova li dawn ħadu xi flus. Waqt il-proċess dixxiplinarju, dawn il-ħaddiema irriżenjaw min xogħolhom.

Il-Magħtab – serq minn weighbridge – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-Wasteserve kontra t-tliet impjegati tal-Wasteserv li nstabu li serqu eluf ta’ ewro madwar sena ilu mill-weighbridge tal-Magħtab?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-akkuża fil-konfront tal-impjegati kienet waħda ta’ negliġenza waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u mhux ta’ serq. Waqt il-proċeduri ta’ dixxiplina, dawn l-impjegati rriżenjaw mix-xogħol.

Marsaskala – Family Park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-family park f’Marsaskala tħalla fi stat ta’ telqa u abbandun? Huwa possibbli għalih li jiggarantixxi li dan l-ikbar family park f’Malta jerġa’ lura fi stat kif għandu jkun, u li jinżamm tali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Park tal-Familja ġewwa Wied il-Għajn kien il-mira ta’ vandali f’dawn l-aħħar ġimgħat. Saret ħsara fuq strutturi tal-logħob, ħitan, dawl u għamara oħra ġewwa l-park. Ambjent Malta ħadet azzjoni f’dan ir-rigward billi żdiedu l-kameras ta’ sorveljanza kif ukoll ingħataw struzzjonijiet lill-uffiċjali tas-sigurtà biex ikunu aktar viġilanti. Beda x-xogħol ta’ tiswija fuq il-ħsarat li saru, kif ukoll beda t-taħwil ta’ ‘l fuq minn 250 siġar u arbuxelli.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġwann –compliance certificate għat-triq f’Tal-Balal

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-compliance certificate li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet għat-triq il-ġdida u x-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta f’Tal-Balal, San Ġwann?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tal-Ippjanar għadha ma rċevietx it-talba sabiex tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni li qed issir referenza għaliha.

WasteServ – Tyres esportati

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il tunnellata jew kilogramma tyres tal-vetturi ġew esportati mill-WasteServ mill-2013 sal-lum, sena b’sena u jindika lejn fejn ġew esportati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Inkjesta dwar investigazzjoni fuq bank — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm hi n-nefqa ta’ flus fl-inkjesta li nfetħet fit-2 ta’ Novembru 2018 dwar investigazzjoni fir-rigward tal-operat tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, in konnessjoni ma’ ħasil ta’ flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma gie mwiegeb fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 16224 tal-Legizlatura IX, ġaladarba l-inkjesta kkonċernata għadha mhux finalizzata, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata f`dan l-istadju.

Data fuq il-kwalità tal-arja

Question

Peress li numru kbir ta’ familji u individwi huma mħassbin dwar il-kwalità tal-arja fl-irħula u l-ibliet Maltin u Għawdxin, u dan it-tħassib huwa reali u l-uniku mod kif jista’ jiġi indirizzat huwa billi l-awtoritajiet konċernati, f’dan il-każ l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, jinfurmaw il-pubbliku kuljum dwar il-kwalità tal-arja fuq is-sit elettroniku tagħhom, u mis-sit elettroniku tal-Aġenzija kkonċernata, jidher li f’pajjiżna għandna erba’ siti fejn il-kwalità tal-arja qed tiġi mkejla: fiż-Żejtun, f’Ħ’Attard, fl-Imsida u fl-Għarb ġewwa Għawdex u d-dettalji dwar dawn is-siti fejn il-kwalità tal-arja qed tiġi mkejla tinsab fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kkonċernata iżda d-data li qed tinġabar minn dawn is-siti ma tista’ tinstab imkien u dan is-sit jirrimarka li bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq is-servers u li l-informazzjoni se tkun onlajn malli s-sistema l-ġdida tkun lesta u peress li dan il-messaġġ fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kkonċernata ilu hemm għal xhur sħaħ u jidher li s-sistema l-ġdida fadlilha sabiex titlesta, jista’ l-Ministru jikkonferma meta din is-sistema tant bżonjuża, li ilha mwiegħda s-snin, ser titlesta? Jista’ jikkonferma meta, wara li din is-sistema titlesta, l-informazzjoni miġbura mill-erba’ siti ta’ monitoraġġ f’pajjiżna se tiġi mtellgħa fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità konċernata fuq bażi ta’ kuljum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ila diversi snin tagħmel xogħol ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fil-gżejjer Maltin. Sabiex dan ikun possibli l-ERA investiet f’apparat apposta li jkejjel diversi tipi ta’ gassijiet, jew aħjar inkwinanti fl-arja. Dawn l-apparati huma mqassma fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ li jinsabu fl-Għarb, l-iMsida, Ħ’Attard u ż-Żejtun. Bħal kull sistema li hija teknoloġika, l-apparat fl-istazzjonijiet ikollu bżonn ta’ manutenzjoni. Waħda minn dan it-tip ta’ manutenzjoni hija s-sistema ta’ kif tkun trasmessa l-informazzjoni onlajn. L-ERA kienet qed tagħmel xogħol fuq is-servers/channels li jittrasmettu d-data onlajn fuq is-sit tagħha. Is-sistema ssa tlestiet u d-data reġgħet tinstab onlajn fuq bażi ta’ kuljum kif tkun normali għajr meta jkun hemm ħtiega ta’ manutenzjoni. Ta’ min wieħed jgħid li din hija sistema elettronnika u kellhom isiru diversi xogħlijiet ta’ ċċekkjar u anke jiġu solvuti problemi li jinqalgħu waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet. Waqt dawn ix-xogħlijiet id-data ma setatx tibqa’ tkun murija onlajn iżda dan ma jfissirx li d-data ma kinitx qed tinġabar. Għalhekk din il-manutenzzjoni ma rriżultatx f’telf ta’ informazzjoni.

Inċineratur tal-Marsa – rapporti ta’ rwejjaħ u ntejjen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar intejjen u rwejjaħ qawwija mill-inċineratur tal-Marsa (TTF) fl-aħħar sena u meta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċiviet tmien (8) rapporti dwar intejjen u rwejjaħ qawwija mill-inċineratur tal-Marsa (TTF) fl-aħħar sena. Id-dati tar-rapporti huma: 06.02.2019 18.02.2019 22.04.2019 23.05.2019 27.06.2019 03.07.2019 06.08.2019 22.08.2019 01.10.2019

Impjant ta’ Sant’Antnin – shed ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar u l-ispiża li saret s’issa biex tinbena shed ġdida fl-Impjant ta’ Sant’Antnin kif kien wiegħed f’Ottubru 2017 wara l-ħruq ta’ Mejju 2017 hemmhekk?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa impenjat li jagħlaq l-impjant ta’ Sant’ Antnin fi żmien 5 snin mil-llum hekk kif imwiegħed. Għaldaqstant il-WasteServ ser tkun qiegħda tuża ix-shed l-antika eżistenti biex tintroduċi fi żmien li ġej sistema u proċess sabiex ikun jista’ jintgħażel u jiġi preparat il-materjal riċiklabbli b’mod aktar effiċenti. Fil-frattemp u b’mod parallel, il-WasteServ għadejja bil-preparamenti sabiex tinbena ‘a fully fledged’ Material Recovery Facility fil-Magħtab.
Leg 13 PQ #11157 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza — emendi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx emendati l-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza, u jekk iva, b’kemm u minn meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li d-drittijiet ta' ħlas għal servizzi li għandhom x'jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija ġew riveduti permezz tal-Avviż Legali Numru 214/2019 li ġie fis-seħħ fil-31 ta' Awwissu 2019.
Leg 13 PQ #11158 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Banek – rapporti tal-amministraturi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed immedjatament fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-amministratturi tal-Banek li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li skont l-Artiklu 29(3) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, huwa rċieva kull 6 xhur u kellu jqiegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Proprjetà f’Tignè – valur kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur kummerċjali tal-kirja pagabbli mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-proprjetà f’Tignè li din is-soċjetà qed tikri mingħand Sliema Wanderers FC li min-naħa tagħhom għandhom emfitewsi fuq din l-istess proprjetà mingħand l-Awtorità tal-Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Proprjetà f’Tignè – valur kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur kummerċjali tal-kirja pagabbli mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-proprjetà f’Tignè li din is-soċjetà qed tikri mingħand Sliema Wanderers FC wara li SportMalta tat l-approvazzjoni tagħha għal tali kirja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li SportMalta mhijiex l-entità li tagħti t-tali awtorizzazzjoni.

Triq f’Tal-Balal – bini ta’ ħitan tas-sejjieħ – osservazzjonijiet tar-regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le li l-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.01(Regolamenti dwar Ħitan tas-Sejjieħ u Strutturi Rurali) hijiex osservata fl-intier tagħha fil-bini ta’ taparsi ħitan tas-sejjieħ li qed isiru minn Infrastructure Malta, bħal reċenti fit-triq f’Tal-Balal? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-parir tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bil-miktub, jekk jeżisti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti huma amministrati mill-Awtorità tal-Ippjanar, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.