Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn ismu ma jidhirx fost il-65 isem ta’ Prim Ministri u Presidenti li attendew il-UN Climate Action Summit 2019 li seħħ fit-23 ta’ Settembru 2019 fi New York meta huwa kien New York għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Filwaqt li nafx minn liema sors ġab din l-informazzjoni, ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-Tnejn 23 ta’ Settembru 2019 flimkien ma’ mexxeja oħra minn madwar id-dinja attendejt kemm għall-ftuħ tal-Climate Action Summit fi New York u kif ukoll għal working lunch ma’ numru ta’ żgħażagħ u rappreżentanti tas-settur privat, kif dokumentat anki fotografikament.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11158 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed immedjatament fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-amministratturi tal-Banek li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li skont l-Artiklu 29(3) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, huwa rċieva kull 6 xhur u kellu jqiegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif nirċievi r-rapporti npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra skont kif iddettat bil-liġi.
Ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza — emendi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11157, jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm żdiedu d-drittijiet ta’ ħlas għal servizzi li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija, peress li din il-parti tal-mistoqsija ma ġietx imwieġba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni tinsab fl-Avviż Legali 214 tal-2019 li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
SportMalta – proprjetà f’Tigné – ħlas minn klabb tal-futbol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas minn Sliema Wanderers FC għall-proprjetà f’Tigné li huma jagħmlu lil SportMalta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Sliema Wanderers FC għall-proprjetà f’Tigné preżentement tħallas lil SportMalta ċ-ċens annwu u temporanju ta’ €10,500. F’għeluq kull perjodu ta’ ħames (5) snin dan l-ammont ta’ ċens jiġi rivedut għal żieda ta’ għaxra fil-mija (10%) taċ-ċens eżistenti meta ssir ir-reviżjoni.
Proprjetà f’Tigne – kera ta’ proprjetà ta’ Klabb tal-futbol
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima tal-valur kummerċjali tal-kera tal-proprjetà ta’ Sliema Wonderers f’Tigné, liema stima kienet saret xi snin ilu mill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema stima (biex ngħinu fit-tfittxija) hija ferm ogħla mill-istima li saret riċenti ħafna mil-Lands Authority għall-istess proprjetà?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima li ngħatat mill-perit imsemmi mill-Onor. interpellant fl-2014.
Proprjetà ta’ Klabb tal-futbol – valur kummerċjali tat-titlu
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima tal-valur kummerċjali tat-titlu bil-kundizzjonijiet proposti li jinbidlu tal-proprjetà ta’ Sliema Wanderers FC, liema stima riċenti tal-Lands Authority (biex ngħinu fit-tfittxija) hija ferm inqas mill-istima li kienet saret minn SportMalta xi snin ilu mill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-istess proprjetà?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, f’dan l-istadju l-Awtorità tal-Artijiet m’għandha ebda stima finali f’idejha dwar is-suġġett in kwistjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn huwa għażel li meta ġie aġġornat mill-uffiċjali investigattivi tal-Homicide Squad tas-CID dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-uffiċċju tiegħu huwa jkun akkumpanjat miċ-Chief of Staff tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Filwaqt li l-Onor Membru qed jagħmel l-assunzjonijiet tiegħu, l-integrità ta’ kwalunkwe investigazzjoni żżommni milli nwieġeb mistoqsijiet speċifiċi.
Nifhem li fil-kappell tiegħu bħala avukat tal-familja tal-vittma, l-Onor Interpellant għandu aċċess komprensiv, iktar minn kulhadd, għall-proċeduri li jinsabu għaddejjin f'dan il-kaz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas s’issa u x’inhu s-salarju jew ħlas pagabbli tal-konsulent tiegħu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li hemm riferenza għaliha tħallas is-salarju fi skala 3 mal-Gvern u dan skont il-manwal ta’ kif jitħallsu l-konsulenti tal-Ministri.
Lands Authority, Joint Office u Dipartiment tal-Artijiet – applikazzjoni ta’ fidi ta’ ċens – ħlas amministrattiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħlas amministrattiv dovut lill-Awtorità tal-Artijiet jew Joint Office jew Dipartiment tal-Artijiet għal kull applikazzjoni ta’ fidi ta’ ċens fl-aħħar skema li ġiet imnedija ftit ġimgħat ilu? Kemm kien l-istess ħlas amministrattiv fl-iskema preċedenti għal din l-aħħar waħda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Artijiet illi taħt l-iSkema preċedenti tal-Fidi ta’ Ċens, il-ħlas amministrattiv kien ta’ €150 ma’ kull applikazzjoni u l-applikanti kienu mitluba illi jipprovdu huma, kopji ta’ pjanti ta’ reġistrazzjoni u fidi a spejjez tagħhom. Dan il-ħlas amministrattiv ma kienx ukoll ikopri x-xogħol konness sabiex tinħadem l-applikazzjoni, bil-konsegwenza illi l-ispejjeż sabiex jinħadmu l-applikazzjonijiet kienu jinġarru kollha min-naħa tad-Dipartiment.
F’ċertu ka¿i, il-pjanti li kienu jiġu sottomessi mill-applikanti ma kienux jilħqu l-kriterji stabbiliti min-naħa tar-Reġistru tal-Artijiet, u d-Dipartiment kien ikollu jerġa’ jipprepara pjanti ġodda, bi spezzjonijiet u kejl ġdid fuq il-post, kif ukoll xiri ta’ pjanti relattivi mingħand ir-Reġistru tal-Artijiet.
Sabiex jiġi evitat dan ix-xogħol doppju, li tellef mhux biss ħafna ħin prezzjuz lid-Dipartiment, i¿da anke’ tawwal il-proċess mingħajr ħtieġa, ittieħdet id-deċizjoni illi l-pjanti ta’ reġistrazzjoni jiġu preparati min-naħa tad-Dipartiment.
Barra x-xogħol in konnessjoni mal-preparazzjoni tal-pjanti ta’ reġistrazzjoni u fidi, l-ħlas amministrattiv l-ġdid jinkludi wkoll ħlasijiet dovuti lir-Reġistru tal-Artijiet in konnessjoni mar-riċerki u r-reġistrazzjoni, kopji ta’ kuntratti u dokumentazzjoni oħra meħtieġa li ma jkunux fil-pussess tad-Dipartiment, riċerki ulterjuri dwar il-propjetà, vvetjar tal-kuntratti inkluż dak finali min-naħa notarili, kif ukoll xi pariri legali li jkun hemm bżonn.
Aġġornament mingħand il-Homicide Squad dwar assassinju
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn huwa għażel li meta ġie aġġornat mill-uffiċjali investigattivi tal-Homicide Squad tas-CID dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-uffiċċju tiegħu, huwa jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Avukat Ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Filwaqt li l-Onor Membru qed jagħmel l-assunzjonijiet tiegħu, l-integrità ta’ kwalunkwe investigazzjoni żżommni milli nwieġeb mistoqsijiet speċifiċi.
Nifhem li fil-kappell tiegħu bħala avukat tal-familja tal-vittma, l-Onor Interpellant għandu aċċess komprensiv, iktar minn kulhadd, għall-proceduri li jinsabu għaddejjin f'dan il-kaz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sentejn il-ħaddiema tal-Cleansing Department ġew mibgħuta biex ineħħu kull traċċa għal memorja (inkluż tneħħija ta’ xemgħat u fjuri) tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża inkluż overtime, biex il-ħaddiema tal-Gvern wettqu dan ix-xogħol sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda ħaddiem ma jintbaghat speċifikament sabiex ineħħu – nikkwota - "kull traċċa għal memorja (inkluż tneħħija ta’ xemgħat u fjuri)" tal-persuna msemmija fil-mistoqsija.
Infurmat li x-xogħol ta’ tindif li sar fuq il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta huwa parti mix-xogħol ta’ rutina tal-ħaddiema tad-diviżjoni li huma inkarigati li jnaddfu fil-Belt Valletta.
Ma hemm l-ebda spiża konnessa ma’ overtime, u dan għaliex ix-xogħol ta’ rutina ta’ tindif fil-Belt Valletta matul il-lejl isir kuljum, u dan isir permezz ta’ shift night in night out.
Ministeru għal Għawdex — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità li taqgħa taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex ma użat servizzi tad-ditta legali msemmija mis-sena 2013 sal-lum.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Soċjali, kif ukoll id-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet illi jaqgħu taħt l-istess Ministeru, ma użawx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Soċjali, kif ukoll id-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet illi jaqgħu taħt l-istess Ministeru, ma użawx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema Bordijiet tal-Għażla qiegħed l-Imħallef irtirat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, apparti mill-Bord tal-Għażla għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) u għall-Avukat tal-Istat?
Response (BONNICI, OWEN)
La kienet u lanqas hija issa prassi tal-Gvern li jippubblika dettalji personali ta’ nies li jistgħu jintalbu jpoġġu fuq bordijiet tal-għa¿la, sew jekk huma uffiċjali pubbliċi u sew jekk mhumiex. L-ismijiet tal-membri ta’ bordijiet tal-għa¿la jiġu ppubblikati meta jitlesta l-proċess u jkun ippubblikat ir-riżultat tal-bord ta’ għa¿la konċernat.
F’dan ir-rigward, nagħmel referenza għat-tweġiba parlamentari bin-numru 14485, mogħtija fis-seduta 187 tal-Leġiżlatura XI, minn l-Onor. Lawrence Gonzi fil-kapaċità ta’ Prim Ministru.
Bord tal-Għażla għal EPPO u Avukat tal-Istat – membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-Bord ta’ Għażla għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) u għall-Avukat tal-Istat?
Response (BONNICI, OWEN)
La kienet u lanqas hija issa prassi tal-Gvern li jippubblika dettalji personali ta’ nies li jistgħu jintalbu jpoġġu fuq bordijiet tal-għażla, sew jekk huma uffiċjali pubbliċi u sew jekk mhumiex. L-ismijiet tal-membri ta’ bordijiet tal-għażla jiġu ppubblikati meta jitlesta l-proċess u jkun ippubblikat ir-riżultat tal-bord ta’ għażla konċernat.
F’dan ir-rigward, nagħmel referenza għat-twegiba parlamentari bin-numru 14485, mogħtija fis-seduta 187 tal-Legizlatura XI, minn l-Onor. Lawrence Gonzi fil-kapacità ta’ Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ħarġet is-sejħa għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) u d-dati rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel avviż fejn l-Gvern stieden applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Prosekutur Ewropew fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) deher fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,154, datata 22 ta’ Marzu 2019. Dan kien segwit bit-tieni avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,187 u datata 14 ta’ Mejju 2019.
Minħabba li baqaw m’applikawx biżżejjed kandidati għal din il-kariga, skond id-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kellu jinħareġ it-tielet avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,245, datata 6 t’Awwissu 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid lil liema entitajiet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għaddiet il-ħlas ta’ madwar €500,000 biex ftit ġimgħat ilu seħħ il-kunċert ta’ Radio Italia fuq il-Fosos?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti li ingħataw biex sar il-kunċert Radio Italia fuq il-Fosos huma relatati ma’ pakkett sostanzjali ta’ reklamar madwar l-Italja.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ma tatx servizzi lill-entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru mill-2013 sal-lum.