Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għas-Saħħa — credit cards

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika uffiċjal li kellu credit card maħruġa lilu mill-Gvern ta’ Malta kien is-Segretarju Permanenti. Minkejja dan ma kien hemm l-ebda nfieq li saru fl-2018 u fl-2019.

Geopark

Question

Peress li fil-Budget Speech għall-2019 tħabbar l-ewwel Geopark, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsab?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni konsultattiva maħtura sabiex tidentifika siti potenzjali kellha diversi diskussjonijiet f’dan ir-rigward fejn ġie stabbilit illi, minħabba d-daqs ta’ Malta u d-dimensjonijiet ta’ Geoparks madwar id-dinja, ma kienx ser ikun possibbli illi jiġi stabbilit Geopark fil-pajjiż. F’dan il-kuntest, il-Ministeru issa qed jiffoka fuq il-possibilta’ li jkunu identifikati siti naturali li jkunu jistgħu jiġu magħrufa bħala wirt dinji mill-UNESCO.
Leg 13 PQ #11728 Sitting 277 2019-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — credit cards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda uffiċjali fid-dekasteru tiegħi li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'dan il-Ministeru hemm tliet uffiċjali li għandhom credit card maħruġa lilhom mill-Gvern ta' Malta. Dawn l-uffiċjali huma ċ-Chief of Staff, l-Assistant Private Secretary u l-Head of Secretariat. L-ammont minfuq fl-2018 u fl-2019 (sa Ottubru) fuq dawn il-credit cards huwa kif se nsemmi: 2018 Travelling Expenses - €20,090.43 Hospitality - €419.00 2019 Travelling Expenses - €11,867.20 Hospitality - €2,843.25

Ministeru għall-Enerġija u Immanġġar tal-Ilma — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku uffiċjal fid-dekasteru tiegħi li għandu credit card maħruġa mill-Gvern ta’ Malta huwa s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru. L-ammont minfuq fl-2018 u fl-2019 kien hekk kif ġej: Sena 2018 - Travel - €1,374.00 - Hospitality - €496.85 Sena 2019 (S’ Ottubru) - Travel - €1,625.36 - Hospitality - Nil

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru m’għandu l-ebda ‘credit card’ maħruġa mill-Gvern ta’ Malta għalih. Hemm ¿ewġ persuni fi ħdan l-entitatijiet li jaqgħu taħt l-imsemmi Ministeru li għandhom credit card maħruġa f'isimhom pero’ tintu¿a biss għall-u¿u tad-dipartiment tagħhom. L-infieq dejjem sar skont il-parametri stabbiliti ta' kif għandhom jintefqu l-fondi pubbliċi. L-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019 hu kif indikat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11717 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti tal-amministratturi ta' żewġ banek

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11471 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed immedjatament fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-amministratturi tal-banek li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li skont l-artiklu 29(3) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, huwa rċieva kull sitt xhur u kellu jqiegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11636.

Inkjesta dwar investigazzjoni fuq bank — nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11191 fejn il-Ministru kkwota l-mistoqsija parlamentari 16224 tas-sena 2000, li kienet dwar il-kontenut ta' provi miġbura f'inkjesta u mhux dwar l-ispiża kif inhi din id-domanda, għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa ta' flus fl-inkjesta li nfetħet fit-2 ta' Novembru 2018 dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għax skont informazzjoni li għandi, din l-ispiża diġà qabżet iż-żewġ miljun ewro?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li peress li din l-inkjesta dwar il-bank kkonċernat għadha miftuħa, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi kkonfermata jew tingħata f’dan l-istadju.

Skemi tal-PV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skema għall-installazzjonijiet tal-PVs kien hemm fl-aħħar 11-il sena? Kemm kien hemm persuni li ffirmaw kuntratt mal-awtorità responsabbli f’kull skema u x’kien it-tul ta’ żmien (duration) tal-kuntratti taħt kull skema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li f’ dawn l-aħħar 11-il sena kien hemm 7 skemi għall-installazzjonijiet tal-PVs. Dettalji tal-ammont tal-persuni li bbenefikaw jinsabu fis-segwenti tabella flimkien mat-tariffa u ż-żmien marbut ma’ kull skema. Ta’ min jgħid li l-applikanti taħt l-iskema ma ffirmaw ebda kuntratt mal-awtorità responsabbli. Il-proċedura kienet u għadha tinvolvi applikazzjoni min-naħa tal-applikant u aċċettazzjoni jew rifjut ta’ dik l-applikazzjoni wara li jkun sar proċess ta’ verifika. It-termini u l-kondizzjonijiet huma regolati mil-liġi: Regolamenti Dwar Skema ta’ Tariffi Feed-In (Elettriku Ġenerat Minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi Tax-Xemx) - L.S.545.27. Skema Sena Numru ta’ Benefiċjarji Tariffa 2010 PV call 2 ERDF 2011 1,630 25c għal 8 snin 2010 PV call 2 ERDF 2012 29 25c għal 8 snin 2010 PV National 2011 3 25c għal 8 snin 2011 PV ERDF 2011 72 25c għal 8 snin 2011 PV ERDF 2012 2,926 25c għal 8 snin 2011 PV ERDF 2013 22 25c għal 8 snin 2011 PV ERDF 2014 1 25c għal 8 snin 2013 PV ERDF 2013 2,143 22c għal 6 snin 2013 PV ERDF 2014 5,989 22c għal 6 snin 2013 PV ERDF 2015 311 22c għal 6 snin 2015 PV ERDF 2015 2,230 16c5 għal 6 snin 2015 PV ERDF 2016 8 16c5 għal 6 snin 2016 PV ERDF 2016 375 16c5 għal 6 snin 2016 PV ERDF 2017 2679 16c5 għal 6 snin 2016 PV ERDF 2018 1868 16c5 għal 6 snin 2016 PV ERDF 2019 913 16c5 għal 6 snin 2019 PV 2019 116 16c5 għal 6 snin Il- feed-in tariffs m’humiex stabbiliti b’xi kuntratt bejn Enemalta u l-benifiċjarju, iżda huma regolati b’legiżlazzjoni. Dawn ġew introdotti għall-ewwel darba permezz tal-Avviż Legali Numru 422 tal-2010. Din il-Leġiżlazzjoni, u għalhekk il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawn il- feed-in tariffs , kienu fil-fatt deċiżi mill-amministrazzjoni ta’ qabel l-2013. Ir-raba’ skeda ta’ din il-leġiżlazzjoni tistabilixxi li l-elettriku esportat lejn il- grid u mibjugħ lill-Enemalta wara li jiskadi l-perjodu li għalih kienet garantita l- feed-in tariff , jitħallas bil-prezz marġinali, li huwa daqs l-ispiża addizzjonali biex tiġi prodotta unita oħra tal-elettriku mill-Enemalta għas-sena partikolari kif approvat mir-Regulatur. Il- feed-in tariff u l-perjodu li għalih kienet garantita din it-tariffa taħt dan l-Avviż Legali kienet tali li tassigura li l-investitur jirkupra l-investiment tiegħu qabel jiskadi l-perjodu garantit u ferm qabel il-ħajja tal-investiment. Numru sostanzjali ta’ dawk li wasal biex jagħlqilhom il-perjodu garantit, ġew allokati tariffa bejn l-2010-2011 peress li din kienet garantita għal 8 snin. Huwa għalhekk mhux minnu dak li qed jingħad li l-Gvern preżenti jew l-Enemalta qegħdin jisirqu lil xi benefiċjarju li nstalla pannelli tax-xemx. Il-Ministeru bħalissa għaddej b’kampanja fuq il-midja lokali dwar dan. It-tariffa li qed jirċievu dawn il-benifiċjarji hija dik skont il-leġislazzjoni applikabbli fiż-żmien li ġew allokati l- feed-in tariffs u li kienet mgħarrfa lilhom waqt il-proċess tal-applikazzjoni. Tajjeb ngħidu wkoll li din il-Leġislazzjoni tassigura “ return on investment ” tajjeb għal kull min investa fil-pannelli. Liġijiet sussegwenti adottaw metodoloġija simili, filwaqt li wara l-2013 ingħatat il-possibilita li wieħed japplika għal feed-in tariff garantita għal 20 sena, sakemm ma jkunx irċieva xi għajnuna oħra. Kien għalhekk li dan il-Gvern offra aktar alternattivi lill-investituri tal-pannelli tax-xemx. Barra minn hekk, sa mill-2010, il-benefiċjarji ngħataw l-għażla bejn dik li jbiegħu l-elettriku kollu ġġenerat lill-Enemalta bil-prezz applikabbli, jew jikkonsmaw l-elettriku ġġenerat f’ħin reali, u jesportaw lejn il- grid dak iġġenerat żejjed. Konxju tal-iżviluppi teknoloġiċi f’dan is-settur f’dawn l-aħħar snin, il-Gvern qed jara kif jistgħu jiġu mgħejjuna teknoloġiji ġodda, bħal batteriji integrati ma‘ sistemi fotovoltajċi biex jiġi massimizzat l-użu ta’ enerġija minn dawk id-djar li jkunu investew f’sistemi fotovoltajċi u b’hekk ikunu inċentivati aktar investimenti f’dan il-qasam.

National Energy and Climate Plan 2020-2030

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-National Energy and Climate Plan 2020-2030 li ssemma fil-Budget Speech għall-2018?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NECP jitmexxa mill-Ministeru għall-Enerġija, għalkemm b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Air Monitoring Station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa flus u fejn jinsab l-air monitoring station ġdid li tħabbar fil-Budget Speech 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-air monitoring station li tħabbar fil-Budget Speech 2019 qed jiġi nstallat fix-Xemxija. Tlesta x-xogħol fuq l-istruttura. Bħalissa għaddej il-proċess, skont il-liġi u policies tal-Gvern, sabiex ikun mixtri l-apparat biex jintrama’ dan l-istazzjon. Għalhekk prezz finali f’dan l-istadju għad m’hemmx.

Impjant ta’ Sant’Antnin – shed ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11195 dwar l-għeluq tal-Impjant ta’ Sant’Antnin, jista’ l-Ministru jpoġġi l-iStrategic Environmental Assessment (SEA) ta’ dan ix-xogħol kollu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli dwar SEAs ma japplikawx għall-proġetti imma għal pjanijiet u programmi. Intenni li kwalunkwe proġett li tkun ser twettaq il-WasteServ ikunu koperti bil-permessi meħtiega.

Malta North Plant (Magħtab) – manutenzjoni ta’ apparat — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11196 u jelenka dettaljatament l-ispiża li saret, meta u fuq xiex għall-manutenzjoni ta’ apparat bil-ħsara fil-Malta North Plant (Magħtab)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa importanti li wieħed iqis il-kuntest li fih topera il-WasteServ fejn b’mod kontinwu in-numru kbir ta makkinarju u nġenji huma esposti għal kundizzjonijiet estensivi ta’ deterjorazzjoni u dan ġeneralment ikkawżat minħabba t-tip ta’ materjal li jkun qiegħed jinħadem. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Waste Management Plan – dumping ta’ skart ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11192 u jgħid liema hu jew jindika l-Waste Management Plan viġenti li jitkellem dwar il-pjan ta’ dumping ta’ skart ta’ kostruzzjoni fil-baħar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Waste Management Plan for the Maltese Islands 2014-2020, li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.