Sidien ta’ Garaxxijiet u pompi tal-petrol – ilment fuq postijiet biex jiddisponu mit-tyres
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn diversi sidien ta’ garages u pompi tal-petrol ilhom iktar minn 7 xhur jilmentaw li m’hawnx iktar fejn jiddisponu mit-tyres użati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur, kemm fl-Indja kif ukoll f’pajjiżi oħra, jidher li daħlu numru ta’ restrizzjonijiet fuq ħrug ta’ liċenzji għall-importazzjoni u proċessar ta’ tyres. Minħabba li l-kuntrattur ta’ Wasteserv għall-esportazzjoni tat-tyres jesporta lejn l-Indja, l-ispazju għall-ħażna ta’ tyres użati hu limitat.
Madankollu, kemm il-kuntrattur magħżul, kif ukoll il-Wasteserv qegħdin jagħmlu ħilithom biex insibu swieq alternattivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11697 u jgħid x'sar mill-RDF fl-2017, 2018 u 2019 peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11197 qal li ma ġiex esporat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017, ma kienx hemm kuntratt għal esportazjoni ta’ l-RDF u l-maġġor parti tal-RDF kien qed jiġi landfilled’. Lejn l-aħħar ta’ dik is-sena, xi kwantitajiet żgħar bdew jiġu maħżuna fl-ex hazardous cell bi preparazzjoni biex jiġu esportati. dan minħabba li l-kumpanijia kienet bdiet il-proċess biex tidħol f’kuntratt ta’ esportazzjoni. Dan il-kuntratt fil-fatt ġie ffirmat lejn nofs l-2018 fejn l-RDF kollu storjat sa dak inhar beda jiġi esportat u kompla jigi esportat matul l-2019 ukoll.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11725 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-National Energy and Climate Plan 2020-2030 li ssemma fil-Budget Speech għall-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pjan jinsab fil-proċess tal-approvazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv għar-rigward disposal of RDF, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017, l-2018 u 2019 separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11540 u 11078 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u Wasteserv – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7876 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti dettaljatament x’kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserv u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta’ Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari 7876 ingħatat diġà fit-tweġiba għall-Mistoqsija 9112. Madankollu b’żieda mat-tweġiba mogħtija dakinhar qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella li tkopri direct orders mogħtija minn Marzu 2019 ’il quddiem
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7877, jista’ l-Ministru jgħid x’penali ġew imposti (jekk ġew) fuq il-kuntrattur magħżul fl-2018 biex iqassam il-container bins bieb bieb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal Mistoqsija Parlamentari numru 7877, il-kuntratturi nkarigati bi tqassim tal-bins ‘bieb bieb’ (organic u stackable), ġew infurmati bil-penalitajiet rispettivi kif ikkalkulati skond it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt rispettiv, wara li dawn il-penalitajiet kienu approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti (GCC). Wieħed jrid jifhem li l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont tal-penali imposti ma jistgħux jiġu provduti peress li hemm proċess kurrenti ta’ arbitraġġ.
Ta’ Qali – rimi llegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni – passi kriminali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8113, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) dwar rimi illegali f’Ta’ Qali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, f’Marzu tal-2018, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet Avviż ta’ Infurzar fuq sit ta’ ċirka 50 tomna peress li “Qiegħda ssir ħsara lill-ġmiel tal-area kif ukoll hemm periklu fuq is-sit imsemmi billi hemm xi strutturi żdingati; qiegħed jitħalla depożitu ta' materjal, makkinarju u skart ieħor kollu relatat mal-industrija tal-kostruzzjoni.” Irriżulta li sa Diċembru 2018 is-sitwazzjoni ma nbidlitx, anzi ġie nnutat li kien hemm żieda fil-materjal depożitat illegalment. Għalhekk minnufih l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet passi sabiex jiġu mblukkati l-aċċessi għal dan is-sit u bdiet il-preparazzjoni biex jitnaddaf is-sit kollu, inkluż it-tneħħija ta’ strutturi kbar ta’ ċirka 8,000 metru kwadri li kienu żdingati. Din l-operazzjoni intemmet f’April 2019.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11601 fejn il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima wieġeb dwar x’qal hu fiċ-Chile u mhux dwar dak li sar fil-Lussemburgu f’Ottubru 2019 skont kif irrappurtat min-Nature Trust (Malta unashamedly blocking the negotiations to adopt the new target), ikun daqstant ġentili u jwieġeb il-mistoqsija 11601 peress li wieġeb fuq iċ-Chile minflok fuq il-Lussemburgu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix x’inżid ma dak li ġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11601, għajr li jien m’għamilt l-ebda diskors fiċ-Chile dwar it-tibdil fil-klima. L-intervent tiegħi għamiltu fil-Lussemburgu, waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Ambjent, meta kien qed jiġi diskuss l-COP25 li dak iż-żmien kien indikat li ser isir f’Diċembru fiċ-Chile.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku uffiċjal fil-Ministeru li għandu credit card hu s-Segretarju Permanenti, waqt li l-ispejjeż fuq il-card tiegħu għall-2018 u l-2019 (sa Ottubru) huma €9,767.71ċ u €9,390.01ċ rispettivament. Dawn kienu jinkludu spejjeż ta’ akkomodazzjoni u vvjaġġar barra mill-pajjiż relatati mal-ħidma tal-Gvern, u okkażjonijiet ta’ ospitalità lokali, fost oħrajn.
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tagħha li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Tista' tgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex, is-Segretarju Permanenti għandu f’ismu l-credit card li tintuża minn diversi Direttorati għal xiri li jsir permezz tal-internet.
Fis-sena finanzjarja 2018, l-ammont imħallas permezz tal-credit card kien jammonta għal €19,901.18. Min-naħa l-oħra, għas-sena finanzjarja 2019, l-ammont imħallas permezz tal-credit card imsemmija huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda uffiċċjal fid-deskasteru tiegħi li għandu aċċess għal credit card.
Waste electric and electronic equipment – collection volumes
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jipparaguna pajjiżna ma' stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam ma' collection volumes ta' WEEE – Waste Electrical And Electronic Equipment? X’inhi l-figura tagħna ras għal ras?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet il-Wasteserv mill-2017 ’l hawn biex jinbiegħ l-iskart RDF iġġenerat? Jista’ jindika d-dati li fihom ħarġu dawn is-sejħiet għall-offerti, jekk fil-fatt ħarġu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħarġet sejħa waħda mis-16/11/2018 sa 18/12/2018, Service Tender for the Management of RDF (Refuse-Derived Fuel) Waste CT 2076/2018.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm l-ebda uffiċjal fid-dekasteru tiegħi li għandu aċċess għall-uzu ta’ card simili kif mistoqsi minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru jagħmel użu minn credit card maħruġa mill-Gvern ta’ Malta. L-ispejjeż marbuta ma’ din il-credit card kienu:
Sena
Ospitalita’
Spejjeż tal-ivjaġġar
2018
€ 935.10
€ 1,874.18
2019
€ 898.00
€ 1,914.68
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chief of Staff tal-Ministru biss għandu credit card maħruġa mill-Gvern Malti. L-ammont minfuq fuq din il-credit card għas-sena 2018 kienet ta’ €8713.37 waqt li ma kienx hemm infiq fuq din il-credit card fis-sena 2019.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li fid-dekasteru tiegħi m’hemm l-ebda uffiċċjal li għandu credit card maħruġa lilu mill-Gvern ta’ Malta.