Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kellu ebda tip ta' impjieg ma' dipartimenti u/jew entitajiet fid-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda impjieg lill-individwu msemmi fil-perjodu kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda entità fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, ma tat impjieg lill-individwu kkonċernat.
Leg 13 PQ #12267 Sitting 285 2019-12-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA — Sponsorships

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12229, 11078, 11540 u 11780 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub, jinsab hawn taħt: 2017 Sponsorship to Amount University Student 75.00 University Student 75.00 MIB Insurance Brokers 290.00 Force 5 3,540.00 Ministry for Education & Employment 50,000.00 Emerging Payments 5,000.00 University of Malta 10,000.00 ezCreations 194.58 University of Malta 350.00 Alternative Investment Management Association 1,016.95 Malta Stock Exchange 2,000.00 Fondazzjoni Patrimonju Malti 58,235.00 Fondazzjoni Patrimonju Malti 58,235.00 2018 University of Malta 75.00 University of Malta 75.00 Malta High Commission 3,480.65 University of Malta 500.00 2019 University Student 233.00 Fondazzjoni Patrimonju Malti 58,235.00 University of Malta 100.00 Dawn kienu approvati miċ-Chairman, Chief Executive Officer, Chief Operations Officer, Head of People & Culture(HR), Head of HR, Head of Communications u l-Board of Governors.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — credit cards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12211 u 11739 u jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Head Office 2018 Travel Expenses Hospitality Other Chief of Staff €18,151.08 €952.77 €36.00 Private Secretary €30,202.84 €123.65 €69.04 Permanent Secretary and DCS €1,706.62 €0.00 €1,272.29 2019 Travel Expenses Hospitality Other Chief of Staff €12,321.71 €103.00 €24.00 Private Secretary €14,738.01 €1,116.65 €24.00 Permanent Secretary and DCS €1,944.73 €0.00 €1,250.91 Missions abroad: Missions: Totals: Travel Expenses Hospitality Other 2018 €27,202.32 €6,096.48 €918,288.82 2019 €60,921.17 €15,168.73 €695,784.58 Total: €167,188.48 €23,561.28 €1,616,749.64

Skart Sostenibbli

Question

Peress li r-rimi ta’ skart hu last resort fil-katina ta’ immanniġġar ta’ skart sostenibbli, jista’ l-Ministru jgħid kif ser inaqqas u kif ser jirriċikla dan il-materjal, qabel jibda jarmi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Wasteserv se tibqa impenjata sabiex tassigura li l-materjal ikun irkuprat flok mormi fil-miżbla. Għal dan il-għan, il-kumpanija qeda: · Tinvesti f’ upgrade ta’ l-impjant ta’ Sant’ Antnin sabiex ikun jista’ jinħadem il-materjal organiku biss. · Investit f’linja rudimentali f’Sant’ Antnin sabiex ikun jista’ jinħadem nofs il-borża l-griża. · B’dawn it-tnejn li semmejna, ser jitnaqqas il- pressure min fuq il-Malta North sabiex tkun tista’ tinħadem il-borża s-sewda b’mod aktar effettiv; · Tkompli l-kampanji edukattivi sabiex ikun hawn aktar għarfien mill-poplu ( kerbside trucks ). · ¯iedet servizz ta’ ġbir ta’ mediċini skaduti fil-farmaċiji. Apparti dan, il-Gvern qiegħed jieħu miżuri billi jindirizza Waste Streams differenti permezz tal-aġenzija Resource Recovery and Recycling Agency.

Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet avviċinata biex tkun il-Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri? Jekk iva, għala għadha ma ġietx maħtura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ftit ġranet oħra l-Ministeru ser ikun qiegħed f’po¿izzjoni li jippublika d-deċi¿joni tiegħu dwar il-ħatra ta’ Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri.

Land Reclamation – materjal nadif mormi l-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kontroll hu maħsub li jkun hemm ħalli materjal nadif biss jintrema l-baħar, la l-Gvern iddeċieda li land reclamation hija inevitabbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- użu ta' materjal għal kwalunkwe proċess ta' land reclamation għandu jkun skurtinizzat mill-ERA fir-rwol regolatorju tagħha. Mill-lat l-ieħor, fi kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ rimi ta’ materjal il-baħar għandu jkun kopert mill-permessi ambjentali neċessarji li jiżguraw li n-natura tal-materjal huwa tali li jista’ jintrema l-baħar fuq l-ispoil ground uffiċjali hekk kif identifikat fir-regolamenti applikabli.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — credit cards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11739 u jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (ABELA, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Waste electric and electronic equipment – collection volumes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11743 jgħid kif jipparaguna pajjiżna ma' stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam ma' collection volumes ta' WEEE – Waste Electrical And Electronic Equipment? X’inhi l-figura tagħna ras għal ras?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ ġbir separat ta’ WEEE minn djar privati fl-Istati Membri m’hijiex disponibbli fir-rapporti li tippublika l-Unjoni Ewropeja. Ir-rata ta’ ġbir separat ta’ WEEE f’Malta fl-2015 kienet ta’ 3.75 kilogrammi għal kull abitant.
Leg 13 PQ #12227 Sitting 283 2019-11-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA — sponsorships

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11078, 11540 u 11780 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #12043 Sitting 282 2019-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Kap. 552, Art. 61(2) — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti li ngħatawlu s'issa skont l-Art. 61(2) tal-Kap. 552?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kap. 552, Art. 61(20 — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti li ngħatawlu s'issa skont l-Art. 61(2) tal-Kap. 552?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12108 Sitting 282 2019-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — credit cards

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11728 u jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarju Permanenti Ewlieni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jagħmel u¿u minn credit card maħruġa mill-Gvern ta’ Malta. L-ispejjeż marbuta ma’ din il- credit card kienu: Sena Ospitalità Spejjeż relatati ma’ vjaġġar 2018 € 1,173.05 € 848.60 2019 € 1,407.45 € 5,605.71 Is-Segretarju Permanenti ghas-Servizzi Finanzjarji u l-Identita jagħmel u¿u minn credit card maħruġa mill-Gvern ta’ Malta. L-ispejjeż marbuta ma’ din il- credit card kienu: Sena Ospitalità Spejjeż relatati ma’ vjaġġar 2018 € 200 € 1,968.66 2019 € / € 2,257.13 Id-Direttorat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni jagħmel u¿u minn credit card maħruġa mill-Gvern ta’ Malta, li tintuza b’mod generali fost oħrajn għal skopijiet amministrattivi skont il-bzonn bħal hlas annwali ta’ tiġdid ta’ licenzji ta’ software, bookings ta’ lukandi għal safar uffiċjali u ħlas ta’ korsijiet u seminars għal Uffiċjali Pubbliċi. L-ispejje¿ marbuta ma’ din il- credit card kienu: Sena Spejjez ohra Spejje¿ relatati ma’ vjaġġar 2018 € 17,615.40 € 11,196.71 2019 € 8,455.83 € 6,746.80

Land Reclamation — studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studju dwar land reclamation sar u d-dettalji rispettivi (inkluż data, infiq għalih u jekk hux b’direct order jew le)? Jista’ jqiegħed kull wieħed minn dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Barriera f’Għawdex – ħidma illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tippermetti li barriera f’Għawdex qed tkompli taħdem illegalment? (Vide rapport fit-Times tat-30 ta’ Ottubru 2019 “A quarry that has been ordered to stop all its operations because of illegal dumping is still in action, a month from being served with an enforcement notice. The Environment and Resources Authority issued a ‘Stop and Compliance’ order to Tal-Misraħ quarry in Gozo on October 2, meaning all works, including extracting limestone and dumping waste, should stop.”)

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ordni ta’ Waqfien u Konformità OWK 0065/19 li nħareġ fit-02 t’Ottubru 2019 kien ikopri s-segwenti: · Tfiegħ ta’ radam fil-barriera mingħajr permess. · Dħul ta’ materjal inert minn barra l-barriera għat-tkissir tal-istess materjal. · Tfiegħ u ħruq ta’ skart mhux inert. Xogħlijiet oħrajn fil-barriera mhumiex milqutin bl-Ordni. Waqt stħarriġ li għamlu uffiċċjali tal-ERA, irriżulta li baqa’ jiddaħħal radam f’din il-barriera (SG07) bi ksur tal-Ordni ta’ Waqfien. Għaldaqstant, il-Kummissarju tal-Pulizija ntalab minnufih fil-31 t’Ottubru, sabiex jipproċedi bil-Qorti kontra sid/operatur ta’ din il-barriera, mill-aktar fis possibli, skont l-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent. Qed jittieħdu passi ukoll kontra sewwieqa ta’ trakkijiet li daħħlu radam fil-barriera minkejja li ġew avżati minn uffiċċjali tal-infurzar tal-ERA li dan kien illegali.