Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – laqgħat ma’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta u fejn, hi u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien u lanqas is-Segretarju Parlamentari qatt ma ltqajna mal-individwu msemmi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun mgħarraf illi kemm jiena, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat fil-kariga uffiċjali tagħna, qatt ma ltqajna mal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġar tal-Ilma — impjieg ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12296 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli nterpelant li l-ebda entita’ li hija fid-dekasteru tal-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma, ma tat impjieg taħt kwalsiasi titlu lill-persuna msemmija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Impjieg lill-Individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12294 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati meta fl-aħħar sentejn il-Ministru għal Għawdex marret il-Greċja bi private jet, min akkumpanjaha, x’kien l-iskop taż-żjara u kemm kienet in-nefqa għal tali żjara? Jista’ jikkonferma u jgħid min hija s-sid tal-private jet li ntuża u x’sehem kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex ġie organizzat tali vjaġġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li ma hemm l-ebda spiża għal servizzi simili ta’ jet privat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12303 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — laqgħat ma' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill- Onor Interpellant li fil-perjodu msemmi, jien ma kelli l-ebda kariga u kemm ilni fil-kariga ta’Prim Ministru ma’ltqajtx mal-persuna li hija msemmija b’mod separat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Ministru Silvio Schembri ma iltaqax mal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, sewwa meta kien Segretarju Parlamentari kif ukoll fil-kariga li jokkupa preżentament bħala Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tagħha tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ngħata Maħfra Presidenzjali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata qatt ma kienet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ngħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metal barriers inxtraw għall-Korp tal-Pulizija, meta u kemm kienet in-nefqa? Jista' jgħid x’proċedura ntużat u minn min inxtraw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema snin qed jirreferi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Bord tal-Gvernaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx Bord tal-Gvernaturi għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk iva, min huma l-membri u meta ġew appuntati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Gvernaturi fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, illum l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, se jinħatar fiż-żmien li ġej.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf illi ma ngħata ebda impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u li reċentement ngħata Maħfra Presidenzjali, mill-ebda entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ebda entita' fid-dekasteru tiegħi ma tagħat impjieg lill-individwu li d-dettalji dwaru qed ingħataw separament wara Jannar 2017 s'issa.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minn Jannar 2017 ‘il quddiem, l-individwu kkonċernat ma ngħata l-ebda impjieg fil-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma ngħata l-ebda mpjieġ mill-Ministeru għas-Saħħa u/jew mill-entitajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna in kwestjoni qatt ma ngħatat impjieg taħt l-ebda forma u titlu, kemm fil-Ministeru, kif ukoll mal-entitajiet fid-dekasteru tiegħi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi b’mod separat ma ngħata l-ebda impjieg mill-ebda entità fid-dekateru tiegħi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjieg lill-individwu