Legislature:
Category:
Reset
Active:

Implimentazzjoni tad-Directive EU 2018/1673

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Malta ser iddaħħal fis-seħħ “DIRECTIVE (EU) 2018/1673 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 23 October 2018 on combating money laundering by criminal law”?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12641 Sitting 295 2020-02-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Soliderjetà Soċjali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Lulju 2017 'il quddiem, sew jien bħala Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll l-Onor. Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità, ma kellna l-ebda laqgħa mal-individwu msemmi.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ltqajt mal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien qatt la ltqajt jew kellimt lill-individwu konċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura Sajd u Drittijiet tal-Annimali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix konoxxenza u qatt ma ltqajt mal-individwu in kwistjoni.

Korp tal-Pulizija — Xiri ta' metal barriers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12307, jista' l-Ministru jgħid kemm-il metal barriers inxtraw għall-Korp tal-Pulizija, meta u kemm kienet in-nefqa għas-snin 2018 u 2019? Jista' jgħid x’proċedura ntużat u minn min inxtraw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena 2019 inxtraw elf u ħames mitt (1,500) metal barriers, minn u għall-Korp tal-Pulizija. In-nefqa kienet ta’ ħamsin elf, erba’ mija u ħmistax-il ewro u tmenin ċenteżmu (€50,415.80). Il-proċedura li ntużat u għax-xiri ta’ dawn il-barriers kienet permezz ta’ call for tenders. Ma nxtrawx barriers fis-sena 2018.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — awdituri

Question

B'referenza għall-awdituri tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, tista' l-Ministru tgħid xi ħlas tħallsu, tagħti d-data u tgħid għal liema servizzi tħallsu, minn kull entità taħt ir-responsabilità tal-Ministeru mill-2013 'il quddiem?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu indikat kienet biss l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li użat is-servizzi tal-kumpanija msemmija, li globalment kienu jammontaw għal €40,754.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien u lanqas is-Segretarju Parlamentari, fil-kapaċità tagħna fuq ċitata, ma ltqajna mal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-individwu qatt ma ltqajt miegħi.

Ministeru għas-Saħħa – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda laqgħa uffiċjali mal-individwu msemmi minnu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma ltqajtx mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bħala Ministru jiena qatt ma kelli laqgħat uffiċjali jew mhux uffiċjali mal-individwu msemmi. Lura fil-21 ta’ Lulju 2017, fis-13.00, bħala Ministru kont mistieden nattendi laqgħa dwar it-triq fil-bajja tal-Mellieħa fil-Ministeru tat-Turiżmu. Għal din il-laqgħa kont ħadt miegħi t-tmexxija tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u uffiċjali għolja minn TM. Fost madwar 20 stakeholders minn din il-bajja li attendew ghal din il-laqgha, kien hemm preżenti wkoll l-individwu msemmi li kien qed jirrapreżenta xi stabbiliment tal-kumpanija tiegħu. Filwaqt li Onor. Chris Agius – Segretarju Parlamentari qatt ma iltaqa’ mal-individwu msemmi.
Leg 13 PQ #12526 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — laqgħat ma' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi ma nafux u ma kellimtu qatt.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (BONNICI, OWEN)

Fir-rigward tiegħi r-risposta hi: qatt. Is-Segretarju Parlamentari informani li fir-rigward tiegħu r-risposta hi: qatt. Għall-kompletezza jien niddikjara li f'okkażjoni li seħħet snin ilu waqt li kont qed nistenna f'ajruport esteru biex naqbad ajruplan lejn Malta għandi amment (għax għadda ftit taż-żmien) li kienet ġiet persuna fuqi u introduċiet ruħha bħala l-persuna msemmija u ħaditli b'idejja. Qatt iktar ma niftakar li ltqajt xi darb’oħra, imqar jekk aċċidentalment jew b'koinċidenza, mal-persuna indikata.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qatt ma ltqajt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien qatt ma ltqajt mal-individwu li ġie indikat separatament. Infurmat ukoll li lanqas l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi qatt ma ltaqa mal-individwu msemmi fil-kariga uffiċjali.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien, u lanqas s-Segretarju Parlamentari tiegħi ma kellna laqgħat mal-individwu kkonċernat.