Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma kien hemm l-ebda persuna f’position of trust u l-ebda persuna b’servizzi ta’ konsulenza li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom.
Leg 13 PQ #12686 Sitting 298 2020-02-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratti ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti assikurazzjoni li m’hemm ebda Deputat min-naħa tal-Gvern li għandu kuntratt ta’ konsulenza ma’ xi Gvern jew entità barranija?

Response (ABELA, ROBERT)

Kull deputat parlamentari, kemm fuq in-naħa tal-Gvern u kemm fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni jaf ir-rwol tiegħu bħala deputat f’din l-Kamra u allura kif dak ir-rwol ikun moqdi, tkun responsabbiltà ta’ kull deputat f’din l-Kamra..
Leg 13 PQ #12709 Sitting 298 2020-02-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex – vjaġġi lejn il-Greċja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12484, peress li t-tweġiba li ngħatat li ma kienx hemm spejjeż għal private jet ma tfissirx li ma kienx hemm tali użu ta’ private jet, u peress li hu kien jaf (jew issa ġie infurmat) li fl-2019 il-Ministru għal Għawdex preċedenti għamlet użu minn private jet biex marret il-Greċja (akkumpanjata minn uffiċjali pubbliċi), in konnessjoni mal-kiri tal-vapur għall-Gozo Channel liema private jet ġie pprovdut lilha b’xejn mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru issa jagħti t-tagħrif kollu u jagħti l-lista ta’ dawk li akkumpanjawha fl-2019, jgħid minn meta sa meta kienet iż-żjara fil-Greċja u x’ħa lura l-individwu msemmi separatament talli ta b’xejn l-użu tal-private jet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra li ntenni dak diġà mistqarr fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12484, inżid li ma kien hemm l-ebda użu ta’ jet privat fl-2019 lejn il-Greċja kif qed jogħġbu jallega.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — promotional material - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2368 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba bejn il-perjodu Marzu 2013 u 31 ta’ Diċembru 2019.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra

Ministeru għas-Saħħa — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li fil-Ministeru kien hemm żewġ persuni (2), b’servizz ta’ konsulenza li issa m’għadhomx. Ħadd minnhom ma rritorna fis-Servizz Pubbliku.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) ma kien hemm l-ebda persuni f’position of trust u b’servizzi ta’ konsulenza li issa m’għadhomx.
Leg 13 PQ #12654 Sitting 297 2020-02-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sebgħa persuni f’pożizzjoni ta’ fiduċja jew li kienu qed jagħtu servizzi ta’ konsulenza sal-1 ta’ Jannar 2020 li twaqqfu. Minnhom erba marru lura fis-servizz pubbliku u tlieta ma’ entitajiet differenti.

Ministeru għall-Finanzi, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 persuni, li kienu jipprovdu servizz ta’ konsulenza u li l-kuntratt tagħhom kien imwaqqaf. Sa fejn huwa infurmat il-Ministeru, ħadd minn dawn l-individwi ma huwa impjegat fis-Servizz Pubbliku.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, kien hemm tmintax-il persuna f’position of trust u persuna waħda b’servizzi ta’ konsulenza u li issa m’għadhomx. Mill-għadd ta’ persuni li kienu f’position of trust, kollha rritornaw fis-Servizz Pubbliku.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta' persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizz ta' konsulenza sal-1/01/2020, li twaqqfu, tneħħew jew il-kuntratt tagħhom ġie tterminat huwa 19. In-numru ta' persuni li marru lura għal xi mpjieg fis-Servizz Pubbliku kien ta' 6. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm policy consultant wiehed li kien qed jaħdem mas-Segretarju Parlamentari preċedenti li kellu il-kuntratt tiegħu tterminat. Il-kuntratt tiegħu twaqqaf mill-15 ta’ Jannar 2020.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru (inkluz is-Segretarjat Parlamentari), kien hemm persuna waħda (1), b’servizz ta’ konsulenza, li kellha s-servizz itterminat. Din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika, tgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sal-1 ta’ Jannar 2020 ma kien ebda persuna li kienet tokkupa position of trust jew tipprovdi servizz ta’ konsulenza li twaqqfet, marret lura fl-impjieg mal-Gvern jew tneħħiet.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar

Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — awdituri

Question

B'referenza għad-ditta tal-awdituri li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas tħallsu, jagħti d-data u jgħid għal liema servizzi tħallsu, minn kull entità taħt ir-responsabilità tal-Ministeru mill-2013 'il quddiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas lid-ditta tal-awdituri Crowe Horwath la min-naħa tal-Ministeru u lanqas min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru.
Leg 13 PQ #12564 Sitting 295 2020-02-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq safar, vjaġġi u lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi flus intefqu fuq safar, vjaggi u lukandibarra minn Malta mill-Uffiċċju tiegħu fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2019 u Jannar 2020, minn min, għal liema skop u min tħallas tali flejjes?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.