Legislature:
Category:
Reset
Active:

Summer Daze parties – flus mogħtija lill-kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw flus lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal Summer Daze parties fl-aħħar sentejn?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12785.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders

Question

Tista’ l-Ministru telenka d-direct orders li l-Ministeru tagħha, inkluż l-MTA, ta fl-2017, 2018, 2019? Tista’ tgħid lil min, meta u l-ammonti involuti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Waste electric and electronic equipment – collection volumes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11743 u jgħid kif jipparaguna pajjiżna ma' stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam ma' collection volumes ta' WEEE – Waste Electrical And Electronic Equipment? X’inhi l-figura tagħna ras għal ras?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-ahhar sena fejn il-kalkolu tal-WEEE li kellu jinġabar skont ir-regoli Ewropek kien ibba¿at fuq kilos per capita kien ghas-sena 2015 fejn Malta ġabret 3.75kilos ras ghall-ras meta l-obbligu kien ta’ 4kilos ras ghall-ras. Mill-2016 ‘l quddiem il-metodu ta’ kalkolu sar ibba¿at fuq il-persentagg ta EEE li jitpogga fuq is-suq, li jinġabar fejn il-mira hija ta’ 42%, 45%, 50% u 55% ghas-snin 2016 sal-2019 rispettivament. Ghas-snin 2016 u 2017 Malta lahqet 16% u 22% rispettivament. Id-data ghall-2018 ghada qed kun ikkalkulata sabiex tkun irrapurtata fl-2020. Jien infurmat ukoll li l-medja ta’ ġbir separat ta’ WEEE minn djar privati fl-Istati Membri m’hijiex disponibbli fir-rapporti li tippublika l-UE u ghalhekk ma jistax isir paragun. Jien mhux ser noqghod nomodha u rridu nammettu li fil-qasam tal-WEEE irid isir hafna izjed minn kullhadd, mill-Gvern u l-entittajiet tieghu, mill-produtturi u l-iskemi li jirraprezentawhom, mill-operaturi tal-iskart kif ukoll mill-familji Maltin. F’dan il-kuntest jien ser inkun qed nara li jsiru l-isforzi kollha necessarji li hemm bzonn sabiex ir-rata ta’ kollezzjoni titjieb.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Impjieg lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12294 u 12459 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed isir referenza għaliha fil-mistoqsija ma kellux impjieg taħt kwalsiasi titolu ma xi entità jew dipartiment fid-dekasteru.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12303 u 12489 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda impjieg lill-individwu msemmi fil-perjodu konċernat.

MFSA — Sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11078, 11540, 11780 u 12227 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Land Reclamation — studji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12141 u jgħid kemm-il studju dwar land reclamation sar u d-dettalji rispettivi (inkluż data, infiq għalih u jekk hux b’direct order jew le)? Jista’ jqiegħed kull wieħed minn dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li fil-fatt sar biss rapport wieħed dwar reklamazzjoni tal-baħar. Dan sar wara li l-predeċessur tiegħi l-Onor. Dr. Jose Herrera kien qabbad lill-ERA sabiex tipprepara rapport għall-użu tal-Gvern sabiex tidentifika numru ta’ siti li b’mod preliminari u min-naħa teknika jistgħu jkunu potenzjalment tajbin għal reklamazzjoni tal-baħar. Dan ir-rapport tlesta u ser jitressaq quddiem il-Kabinett sabiex jittieħdu deċiżjonijiet, jekk ikun il-każ, dwar liema siti għandhom ikunu studjati iktar u, dejjem jekk ikun il-każ, x’għandu jkun il-pass li jmiss. Peress li dan id-dokument sar għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett ma nistax inpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Green Leaders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9262 u jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-PQ9257 f’din il-leġizlatura.

Heritage Malta — Self ta' Opri ta' Arti f'Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9708, 9823, 10005 u 10202 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12717.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10257 u 10384 u u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni kollha mitluba.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - reklamar

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10258 u 10385 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 12720.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10259 u 10386 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif suppost jaf il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġie ikkostitwit fil-15 ta’ Jannar 2020.

Studju dwar il-barrieri f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11629 u jgħid jekk hux qed isir studju dwar il-barrieri f’Malta? Jista’ jgħid ukoll meta beda u minn min qed isir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-istudju in kwistjoni fil-fatt qed isir mill-ERA u beda f’Settembru 2019 bil-mira ewlenija tkun li tingabar informazzjoni dwar kull barriera biex ikun maghruf il-fond u l-kapacita ta’ volum li jistghu jilqghu fihom bhala materjal ta’ kostruzzjoni, kif ukoll kemm hemm minnhom ghadhom operattivi u kemm mhux jintuzaw. Mill-informazzjoni li ghandha f’idejha l-Awtorita qed jigi wkoll mistharreg x’permessi jezistu ghal kull barriera bhala kapacita’, kif ukoll qed isir ezercizzju flimkien ma l-Awtorita’ tal-Artijiet sabiex fejn hu possibbli jigi mistharreg x’koncessjonijiet hemm ezistenti u fhiex jikkonsistu

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2398 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2019. Ninsab infurmat ukoll li l-entitajiet u id-Dipartiment l-oħra li jinstabu fid-dekasteru tiegħi m’għamlux din it-tip ta’ konsulenza.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2400 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn tindika n-nefqa f’konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni li saret fis-snin imsemmija. Ninfurmah ukoll illi dawn intefqu f’servizzi ta’ konsulenza għal diversi inizzjattivi u konferenzi li saru mill-Ministeru għas-Saħħa fosthom Healthy Living Initiatives in the Community Ideas Generation, HIMSS Conference, Study on International Medical Tourism eċċ. Sena Total (€) 2013 3,660.00 2014 - 2015 - 2016 27,112.75 2017 17,375.50 2018 5,310.00 2019 6,298.80

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza- social media advertising — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2413 u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2019.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — social media advertising - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2414 u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Skart Lanfilled

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4965 u jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart, hu ta’ liema xorta hu, ġie landfilled fl-2014, 2015, 2016 u 2017?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Quality in Kgs - incoming to Landfill EWC Code 2014 2015 2016 2017 Total 257,693,260 278,177,720 264,206,132 290,528,843

Berġa ta' Kastilja — Inventarju tal-Opri tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8597 u jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta’ Kastilja? Jista’ jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda Opra tal-Arti li tagħmel parti mill-Kollezjoni Nazzjonali ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja m’hi proprjetà tal-privat. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti kif mitlub mill-Onor. Interpellant.