Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħa mal-OHSA
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dati meta l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ltaqgħet mal-uffiċjali tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema laqgħa qed jirreferi.
Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħa mal-MEA
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija Għal Min Iħaddem (MEA) dwar l-Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi laqgħat u taħdidiet ma’ diversi assoċjazzjonijiet u entijiet, inkluż l-Malta Employers Association, dwar il-leġislazzjoni li twaqqaf l-Awtorita dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis.
Permezz ta’ tali laqgħat u taħdidiet, gie enfasizzat l-fatt li r-riforma proposta dwar il-kannabis għandha l-għan ewlieni u aħħari li sservi ta’ miżura effettiva ta’
harm reduction
.
Intant, ghadhom qeghdin isiru laqghat u tahdidiet ma’ esperti minn setturi varji sabiex ikun assigurat l-ahjar operat tal-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.
Raħal Ġdid — Studju fuq il-Porfido tal-Pjazza Antoine de Paule - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jiswa (jew kemm kienet il-quote li ġiet magħżula) l-istudju li ser isir dalwaqt fuq il-porfido tal-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-kumpaniji magħżula għall-istudju tal-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule huma Terracore Ltd li ser jagħmlu l-istudju fuq it-triq u CTP Consulting Engineers International Ltd li ser jagħmlu r-rapport dwar il-kawżi tal-ħsarat tal-istess triq. L-ispejjeż huma ta’ € 8,418.80 ex VAT u € 4,000 ex VAT rispettivament.
Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħat mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jelenka d-dati tal-laqgħat kollha li kellu mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fl-aħħar sena dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi laqgħat u taħdidiet ma’ diversi assoċjazzjonijiet u entijiet, inklu¿ dawk mill-qasam tas-sahha, dwar il-leġislazzjoni li twaqqaf l-Awtorita dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis.
Permezz ta’ tali laqgħat u taħdidiet, gie enfasizzat l-fatt li r-riforma proposta dwar il-kannabis għandha l-għan ewlieni u aħħari li sservi ta’ mi¿ura effettiva ta’ harm reduction.
Intant, ghadhom qeghdin isiru laqghat u tahdidiet ma’ esperti minn setturi varji sabiex ikun assigurat l-ahjar operat tal-Awtorita għall-U¿u Responsabbli tal-Kannabis.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tas-survey intern li sar fil-Korp tal-Pulizija mid-ditta li-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-aħħar ġranet?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Organizzazzjonijiet Volontarji — Contracts for Service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanha ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Tista’ telenkahom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar
Question
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261 dwar Pjazza Antoine de Paule, jista’ l-Ministru , jgħid meta Transport Malta ser tiddeċiedi dwar meta ser jibda l-istudju dwar il-pavimentar tal-Pjazza? Għaliex għadha ma tatx l-awtorizzazzjoni tagħha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju dwar il-pavimentar tal-Pjazza Antoine de Paule qiegħed issir mill-MHAL. L-Awtorità ta’ Transport f’Malta ser tipprovdi s-servizzi ta’ Enforcement Officersu qed tagħmel l-arranġamenti ta’ traffiku meħtiega biex ma jinħoloqx inkonvenjent għal pubbliku u sabiex dan il-proġett ikun jista’ issir.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar
Question
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261, jista’ l-Ministru, jgħid min hija l-kumpanija magħżula li ser tistudja l-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li jdum dan l-istudju u kemm ser jiġi jiswa?
Sentenza ta’ priġunerija fuq akkuża waħda ta’ pussess sempliċi ta’ Kannabis
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ngħataw sentenza ta’ priġunerija fuq akkuża waħda ta’ pussess sempliċi (mhux aggravat) ta’ Kannabis (mhux droga oħra) mill-Qrati tagħna fl-aħħar erba’ snin? (Jiġifieri f’każ fejn l-unika akkuża kienet ta’ pussess sempliċi ta’ kannabis, bla reċidività)
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-informazzjoni li qiegħda tintalab mill-Onor. Interpellant ma tinkwadrax fil-parametri li fihom tinżamm l-istatistika tas-sentenzi.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bid-dħul fis-sehh tal-Att tal- 2015 dwar id-Dipendenza fuw id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija (Kap 537 tal-Liġijiet ta’ Malta) u speċjalment in vista tal-artikolu 4 ta’ dak l-Att, il-pussess għall-użu personali, ġeneralment deskritt bħala ‘pussess sempliċi’, ta’ ammont ta’ kannabis sa 3.5 grammi ma baqax soġġett għal proċeduri li jistgħu iwasslu għal piena ta’ priġunerija. Pussess ta’ ammont ogħla minn 3.5 grammi izda kien soggett għal tali proċeduri u piena fil-ġudizzju tal-qorti u dan bl-istess mod kif huwa soġġett il-pussess sempliċi ta’ aktar minn 28 gramma jew aktar minn 50 gramma, skont iċ-ċirkostanzi , wara d-dħul fis-sehh tal-emendi ghall-Kap 537 magħmula bl-Att tal-2021 li Jwaqqaf l-Awtorita dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (BORG, IAN)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir ezerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-uzu ta’ ħafna rizorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba, jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta' ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Contracts for Service