Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13245 u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsultenza jew ma ntalab l-ebda tip ta’ servizz mingħand l-individwu li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant, mill-Ministeru kif ukoll mid-diparimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jiena responsabbli.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Kumpanija - CCTV Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li installa CCTV cameras fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2017 sal-lum u kif intgħażel? Kemm kienet in-nefqa? Kemm hu l-valur tal-maintenance agreement fis-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, id-dettalji dwar il-kuntrattur u l-apparat tas-sigurtà, f’dan il-każ is-CCTV cameras, mhux sejrin jiġu rilaxxati għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Il-kuntrattur intgħażel wara sejħa għal Quotations mingħand għaxar (10) suppliers Maltin tal-apparat imsemmi. Minn dawn kienu tlieta (3) biss li rrispondew għal din is-sejħa. Minn dawn it-tlieta ntgħażlet l-irħas offerta li inkludiet tliet (3) snin free maintenance agreement. In-nefqa kienet dik ta’ €886,914 (excluding VAT).

BRO — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-impjegati tal-Building Regulations Office u l-kwalifiċi akkademiċi rispettivi tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemx impjegati mal-Building Regulations Office (BRO) iżda dawn ġew detailed mal-Building and Construction Agency (BCA) li l-lista taghhom qiegħda hawn taħt; Job Title Number of Staff Chief Executive Officer 1 Chief Officer 2 Chief Architect 1 Officer In grade 5 1 Senior Architect & Civil Engineer 2 Senior Engineer 1 Operations Manager 4 Senior Principal 2 Administrative Officer 1 Teacher 1 Principal 1 Principal Technical Officer 2 Senior Technical Officer 1 Instructor 1 Foreman 2 ICT Support Assistant 1 Senior Clerk 2 Clerk 1 Senior Operative IV 3 Total Staff 30

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti mill-Ministeru tiegħu ġiet impiegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2017? Jista’ jagħti d-dati tal-bidu u tmiem ta’ dan l-impjieg u x’kien in-natura ta’ xogħolha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-MIP

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Il-Gudja — Żona ta' Bir Miftuħ - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13079 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-method statement tax-xogħlijiet li għaddejjin fl-akkwati taż-żona ta’ Bir Miftuħ fil-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Ikun apprezzat jekk jiġi speċifikat eżattament f’liema post u x’tip ta’ xogħlijiet qed issir referenza għalihom.
Leg 13 PQ #13416 Sitting 311 2020-03-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati — responsabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13175 u jgħid jekk minn issa huwiex lest jiddikjara li qed jassumi r-responsabilità legali u politika għal kull nullita li ser temani fis-sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali u mill-Qorti tal-Appell Kriminali f'kull każ fejn il-Prosekuzzjoni takkuża, wara t-28 ta' Jannar 2020, lill-imputat bi ksur tal-Liġi/Regolamenti li joħorġu mill-Environment Protection Act (bħal, eżempju, is-Subsidiary Legislation 549.42) li jindikaw lill-Ministru għall-Ambjent bħala l-Ministru responsabbli minn tali Liġi/Regolamenti u mhux lill-Ministru għal Għawdex kif inhu l-każ bid-deċiżjoni tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 13175.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjiegi temporanji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13147 u jelenka n-numru ta’ impjiegi temporanji fil-Ministeru tiegħu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u l-1 ta’ Novembru 2017? F’kull każ, f’liema dipartiment jew entità kien impjegat u x’kien ix-xogħol li kien delegat jew mitlub?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntratti ta’ dan it-tip jingħataw biss lill-istudenti fis-sajf.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma għamel użu mis-servizzi tal-persuna kkonċernata.

Il-Magħtab — Waste to Energy Plant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni (sena) li jkun beda jopera l-waste to energy plant fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-parir li ghandi huwa li l-impjant ta’ Waste to Energy ghandu jkun operabbli lejn s-sena 2027. Dan dejjem salv xi imprevist li jista’ joħloq dewmien.

Il-Magħtab — miżbla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni (sena) li l-Miżbla fil-Magħtab/Għallis timtela kollha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat mill-Wasteserv li l-aħħar ċellola fil-landill tal-Għallis isservi sa Q2 2021. Il-Gvern flimkien mal-Wasteserv qiegħed jaħdem għal pjan fit-tul għall-immanniġġar tal-iskart. Qed naħdmu fuq pjan biex il-pajjiż ikollu spazju biżżejjed għaż-żmien li ħej, l-impjanti li pajjiżna għandu bżonn u t-tħaddim tas-sistemi reduce, reuse u recycle.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjieg lill-individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12306, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija fid-dekasteru tiegħu impjegat, taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ.) wara Jannar 2017, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali? Jista’ jgħid minn meta sa meta kien dan l-impjieg?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 13 PQ #13345 Sitting 310 2020-03-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjarat fil-Montenegro

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema dati l-predeċessur tiegħu żar il-Montenegro bħala Prim Ministru bejn l-2013 u Diċembru 2019? F’kull żjara, minn min kien akkumpanjat u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Programm Uffiċjali ta’ kull żjara?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari nru 29670 tal-leġiżlatura 12 u nru 13201 ta din l-leġiżlatura. Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, stqarrijiet għal-stampa in konessjoni ma dawn iż-żjajjar.

Żjarat fil-Montenegro

Question

Jista’ l-Ministru jgħid id-dati meta l-predeċessur tiegħu l-Ministru Konrad Mizzi żar il-Montenegro bħala Ministru għall-Enerġija bejn l-2013 u Diċembru 2019? F’kull żjara, minn min kien akkumpanjat u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Programm Uffiċjali ta’ kull żjara?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Data Settembru 2014 Ottubru 2014 Frar 2015 Ġunju 2015 Lulju 2015 Ottubru 2015 Novembru 2015 F’Jannar tal-2016, l-Hon Dr. Konrad Mizzi akkumpanja lill-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat fi żjara uffiċjali. Dettalji oħra qed jiġu miġbura. Il-Programm Uffiċjali ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għar-raġuni li s-safar kollu kien relatat ma’ xogħol Ministerjali fil-qasam tal-Enerġija.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenza minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mhux jipprovdi kwalsiasi servizz ta' konsulenza f’kwalsiasi entita’ fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu kuntratt bi ħlas ta' €3000 fix-xahar għal servizzi legali li jipprovdi lill-Awtorità tal-Artijiet, liema kuntratt ġie ffirmat għall-ewwel darba fit-30 ta' Awwissu 2017.
Leg 13 PQ #13244 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda konsulenza mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji ngħataw separatament mhux qed jipprovdi kwalsiasi konsulenza.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, m’għandux konsulenza, ħatra jew ingaġġ mal-individwu ‘kkonċernat.