Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, l-entità li tat direct order ta’ €59,000 lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat kienet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), għal servizzi ta’ awditjar fis-sena 2018.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma tax xogħlijiet lill-kumpanija li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Peress li din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru telenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtha tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, tista’ tagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu t-technical advisors, inkluż ditti ta’ accountants, għall-Ministeru tiegħu biex ftit jiem ilu l-Gvern ħabbar dak li hu sejjaħ bħala pakkett ta' għajnuna għall-ekonomija Maltija f’dan iż-żmien ta’ kriżi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett ta’ għajnuna, li qed jirreferi għalih, hu frott ta’ ħidma kollettiva bejn diversi Ministeri u ma kien hemm l-ebda spiża.

Jista’ l-Prim Ministru jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità li rispettivament minn isimha xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Crisis Response Unit — Crisis Response Committee - membri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Committee fi ħdan il-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità rispettivament minn isimha li xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ma ħadet l-ebda direct order mill-ebda entita fid-dekasteru tiegħi fl-2019 u fl-2020.
Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tipposponi b’imqar ftit jiem l-iskadenza tal-aħħar ta’ Marzu 2020 għal VRT tests, lil dawk li jinsabu f’kwarantina iżda m’għandhom lil ħadd biex jeħdilhom il-vettura għat-test tal-VRT?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-18 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħarġet stqarrija għall-istampa, fejn fost l-oħrajn infurmat lill-pubbliku li l-liċenzji tal-vetturi kollha li jiskadu mill-aħħar ta’ Marzu 2020 ‘il quddiem ser jibqgħu awtomatikament validi għax-xhur ta’ wara, sakemm dawn il-vetturi jkunu koperti b’polza tal-assikurazzjoni valida. Dan ifisser ukoll li m’hemmx il-ħtieġa li jsiru testijiet tal-VRT għal dawk il-vetturi li jeħtiġuh f’dan il-perjodu sabiex tkun tista’ tiġġeded il-liċenzja tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13338 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12306, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija fid-dekasteru tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jekk impjegatx, taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ.), lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali, wara Jannar 2017? Jista’ jgħid minn meta sa meta kien dan l-impjieg?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ‘kkonċernata kellha impjegat lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament mill-1 ta’ Mejju 2017 sal- 31 t’Awissu 2017.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13355 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qeda tinġabar, ser tkun imwieġba fis-seduti li jmiss.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13352 u jgħid f’liema parti mill-Ministeru tiegħu ġiet impiegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2017? Jista’ jagħti d-dati tal-bidu u tmiem ta’ dan l-impjieg u x’kien in-natura ta’ xogħolha?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jirrizultax li fl-2017 din il-persuna kienet impjegata fil-Ministeru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjiegi temporanji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13147 u 13417 u jelenka n-numru ta’ impjiegi temporanji fil-Ministeru tiegħu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u l-1 ta’ Novembru 2017? F’kull każ, f’liema dipartiment jew entità kien impjegat u x’kien ix-xogħol li kien delegat jew mitlub?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 13417.
Lands Authority – stabbilimenti bil-permessi ta’ tables and chairs – encroachment permits
Question
Jista’ l-Ministru jara li dawk l-istabbilimenti kollha b’permessi għal tables & chairs mill-Awtorità tal-Artijiet jiġu eżentati minn kull ħlas għal encroachment permits ġaladarba minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti issa huwa illegali u impossibbli li jaħdmu fuq barra?
Response (BORG, IAN)
Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tal-mistoqsija tiegħu, fil-forma ta’ proposta posittiva. Ser inkun qed inżommok infurmat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skart minn Għawdex huwiex jinġieb fil-Miżbla tal-Magħtab jew l-Għallis?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-iskart minn Għawdex jiġi miġbur u ttrasferit lejn l-impjant tal-Malta North għall-ipproċessar. Dak il-materjal li ma jkunx jista’ jigi pprocessat fl-impjant tal-Malta North imbaghad jintrema fil-miżbla tal-Għallis flimkien ma’ skart ieħor imħallat tal-borża s-sewda meta l-kapacità tal-Malta North ma tlaħħaqx. Skart tal-borża griża jinħadem ġewwa l-impjant ta’ Għawdex stess.