Crisis Response Unit — Crisis Response Committee - membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13561 u jelenka min huma l-membri tal-Crisis Response Committee fi ħdan il-Crisis Response Unit (jew ta’ kull entità rispettivament minn isimha li xogħolha huwa li tadotta Standard Operating Procedures għall-Gvern fi żmien ta’ kriżi nazzjonali) fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu, u kemm-il darba ssejjaħ mill-2014 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku biex ikun jista’ jiġi mwieġeb.
Applikazzjoni fuq mobile – aċċess għas-sentenza tal-Qrati u Liġijiet ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux jew ħabbarx “
application
” li permezz tagħha u mill-kumdità ta’ telefon ċellulari, persuna tkun tista’ taċċessa s-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja sabiex tkun tista’ taċċessa b’faċilità u speditezza l-arkivju tas-sentenzi tal-Qrati tagħna u l-Liġijiet ta’ Malta? Jekk din l-app ma teżistiex, jista’ jikkunsidraha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li s-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja (www.justice.gov.mt) huwa “mobile-friendly” sabiex b’hekk persuna tkun tista’ taċċessa dan is-sit mit-telefon ċellulari bl-aktar mod faċli u spedit. Fis-sit, taħt il-lista ta’ servizzi hemm “links” kif ukoll ‘icons’ prominenti li jeħduk mill-ewwel għal ¿ewġ siti separati li huma mServices “Web Apps” dedikati għall-Liġijiet ta’ Malta u Sentenzi tal-Qrati rispettivament (www.legislation.mt u www.ecourts.gov.mt). Dawn iż-żewġ Services huma wkoll “mobile-friendly” u jistgħu jiġu aċċesatti direttament mill-kumdità ta’ telefon ċellulari.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13504 u jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 13348 (dik il-parti dwar id-dettalji tas-safar lejn il-Montenegro)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt;
Data
Akkumpanjat minn persuni fil-Ministeru/Segretarjat Privat
Settembru 2014
Segretarju Privat
Ottubru 2014
Segretarju Privat, Enemalta Official
Frar 2015
Enemalta Official
Ġunju 2015
Enemalta Official & Advisor
Lulju 2015
Enemalta Official
Ottubru 2015
Segretarju Permanenti,
Segretarju Privat,
Advisor, Enemalta Official
Novembru 2015
Advisor
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13355 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-bini jinkera mill-MIP wara li kienet ippubblikata espressjoni ta’ interess il-gazzetta tal-Gvern fl-24 ta’ Awwissu 2018 u anke fil-gazzetti tal-Ħadd 26 ta’ Awwissu 2018, li kienet tinkludi d-dettalji kollha neċessarji.
Illi din il-proċedura intużat mill-MIP minkejja li l-kirjiet ta’ bini eżistenti jew propjetà’ immobbli oħra huma esklużi mir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.
L-uffiċini inkwistjoni intgħażlu mill-MIP wara li ttieħdu konsiderazzjoni fost l-oħrajn l-esiġenz u n-neċessitajiet tal-kumpanija, l-iskandenzi li kellha biex toħroġ mill-uffiċini preċedenti u l-prezz offert li kien fil-medja tal-proposti li daħlu fis-sejħa pubblika. mir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ persuna
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13519 u 13417 u peress li l-persuna kienet, iva, impjegata bħala studenta f’dak is-sajf, jistax issa jgħid minn meta sa meta kienet impjegata hekk?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li nikkonferma li l-persuna kkonċernata ma kienetx impjegata fil-Ministeru, jirriżulta pero li din kienet ingaġġata mill-Korprazzjoni Malta Enterprise bħala student għall-perjodu tas-sajf u ċioe bejn Lulju u Settembru 2017.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li tkun in-nefqa għal prefabricated hospital li qed jinbena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-aġġudikar għas-sejħa li għamel il-Ministeru ghas-Saħħa għadu għaddej u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba issir pubblika fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2013 'l hawn min mexxa l-Critical Infrastructure Protection Unit fi ħdanu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Awwissu 2014 it-Taqsima għall-protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika kienet topera mingħajr Kap. Minn Settembru 2014 sal-lum il-Kap tad-Direttorat għall-protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika, huwa s-Sur John Agius.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda direct order jew simili mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata fis-seduta li jmiss.
Ministeru f'Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kellhom direct order waħda fl-2019 mal-kumpanija msemmija skont Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku:
Services regarding accountancy and payroll of SPM Ltd. – €11,186.44 (exc. VAT).
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
L-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża jew il-ħlas biex il-Gvern qed jagħmel użu mid-Downtown Hotel? Jista’ jgħid meta, min awtorizza u b’liema mod (direct order jew le) biex ġie akkwistat dan il-bini?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ negotiated procedure, il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa daħlu fi ftehim ma’ Downtown Ltd abbazi ta’ LN/352/16.
Dan il-ftehim ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-proċedura adottata tirrifletti proċeduri simili li ġew adottati matul dawn l-aħħar xhur in vista taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ħakkmu lill-gżejjer Maltin u l-kumplament tad-dinja.
L-ispiża hija ta’ €54.79 kuljum għal kull spazju ta’ sodda. Din is-somma tinkludi l-użu esklussiv ta’ dawn iż-żoni:
1. Restaurant u cafeteria li ser jintużaw bħala
multi-purpose hall
u
canteen
għall-istaff kollu, residenti kif ukoll għall-viżitaturi;
2.
Foyers
li jinkludu l-entratura u ir-reception area;
3. Il-liftijiet kollha tal-passiġġieri;
4. Il-kċina u l-food assembly area;
5. Toilets;
6. Żona ta 'separazzjoni ta' l-iskart’;
7. Kappella;
8. Aċċess għall-parkeġġ taħt l-art
Din ir-rata tinkludi ukoll alterazzjonijiet, servizzi ta’ tindif, reception services u s-servizzi tal-manutenzjoni ġenerali.
Dan il-pass, li fi kliem l-Oppożizzjoni stess ġie deskritt bħala wieħed ‘importanti’, jkompli juri kif il-Gvern qed jagħmel dak kollu possibli sabiex jissalvagwardja s-saħħa ta’ l-anzjani tagħna waqt li fl-istess ħin ikompli jipprepara għall-ġlieda kontra l-Covid 19. Fil-fatt dan ser iwassal sabiex ammont sostanzjali ta’ sodod fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex ser ikunu jistgħu jiġu dedikati għall-pazjenti milquta mill-Covid-19; kollox skond ir-rakkomandazzjonijiet li qed isiru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u mill-Covid-19 Task Force.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miġbura sal-31 ta’ Marzu 2020 li l-ebda entita’ jew dipartiment li jagħmel parti mill-Ministeru tiegħi ma għamel u¿u mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
L-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata jew sar l-ebda xogħol fl-2019 u l-2020 mill-kumpanija msemmija minnu separatament.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, l-kumpanija in kwistjoni rebħet tender ta’ €25,200 (VAT eskluż) mingħand l-Arkivji Nazzjonali ta' Malta għal servizzi ta’ awditjar għas-snin 2020 sa 2022.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)