Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt tal-bastiment li qed iżomm persuni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kuntratt sar (eż. time charter) għall-użu tal-bastiment Europa 11 biex f’dawn il-jiem inżammu fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14196 tal-istess seduta.

Każijiet ta’ serq rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każiijiet ta’ serq irrapportati madwar Malta u Għawdex xahar b’xahar mill-2018 sal-lum? X’tip ta’ serq ġie rrapportat? Kemm minn dawn il-każijiet tressqu fil-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każiijiet ta’ serq irrapportati madwar Malta u Għawdex xahar b’xahar mis-sena 2018 sal-aħħar ta’ April 2020 kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.. It-tabella tinkludi wkoll it-tip ta’ serq li ġie rrapportat. Dwar in-numru ta’ nies li tressqu l-qorti, ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn il-figuri mhumiex aċċessibbli fis-sistema elettronika tal-pulizija.

Każijiet ta’ ħasil ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ ħasil ta’ flus tressaq fil-Qorti mill-2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każi relatati ma’ ħasil ta’ flus imressqa l-Qorti sena b’sena mill-2014 sal-aħħar ta’ April 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 (April) Numru ta’ każi 4 4 5 6 8 8 2

Każijiet ta’ frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ frodi tressaq fil-Qorti mill-2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każi relatati ma’ frodi mressqa l-Qorti sena b’sena mis-sena 2014 sal-aħħar ta’ April 2020, qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija – passi kontra klijenti

Question

B’referenza għall-aħbar tad-29 ta’ April 2020 fit-Times of Malta (https://timesofmalta.com/articles/view/almost-half-of-satabanks-suspect-clients-not-prosecuted.788684), jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Pulizija ma ħaditx passi fil-Qorti kontra dawn il-25 każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar il-każi msemmija mill-Onor. Interpellant dawn huma suġġetti ta' investigazzjoni tal-Pulizija. Għalhekk ma jista’ jingħad xejn li jista' jippreġudika l-istess investigazzjonijiet.

Planning Authority – ħlas lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas minn fondi pubbliċi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Awtoritá tal-Ippjanar wara Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data ta’ kull ħlas?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-individwu in kwistjoni ingħata żewġ pagamenti b’total ta’ €19,500 qabel il-VAT sabiex jagħti servizz ta’ konsulenza lill-Awtorità tal-Ippjanar. Sar pagament ta’ €9,750 fit-08/11/2013 u ieħor ta’ €9,750 fis-06/02/2014
Leg 13 PQ #14184 Sitting 327 2020-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

VOT 5365 CHOGM 2015

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14054 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32730 tat-Tnax-il Leġiżlatura u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid: a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba; b) lil min ser ikunu qed isiru; c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’ tendering għall-attività ta’ CHOGM 2015?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #14064 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direct order għall-provvisti ta’ munizzjoni u/jew armi tan-nar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-kuntratti kollha li ngħataw fl-2014 u l-2015, sija b’direct order u sija wara sejħa, għall-provvista ta’ munizzjon u/jew armi tan-nar ta’ kwalsiasi tip, l-ammont involut f’kull każ u l-isem tas-supplier?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14065 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bidders għall-provvisti ta’ armi tan-nar/munizzjon

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka min kienu l-bidders f’kull sejħa li kien hemm fl-2014 u 2015 għall-provvista ta’ armi tan-nar u/jew munizzjon? Jista’ għal kull sejħa f’kull każ jgħid minn min intrebħet dik is-sejħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari 13614 fejn tlabtu l-valur/prezz ta’ kull direct order mill-1 ta’ Jannar 2020 peress li din il-parti tal-interpellanza ma ġietx imwieġba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13614, jistax id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-isem ta’ kull persuna/ditta li ngħatat dawk id-direct orders mill-1 ta’ Jannar 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni/kumpaniji li taw is-servizzi tagħhom permezz tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u entita’ msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13614, huma 2i Ltd, 4S Dawn Clinical Software Ltd, A.M. Mangion Ltd, Alberta Fire and Security Ltd, Alfred Gera & Sons, ASC&S International Ltd, Associated Equipment Ltd, Audifon Ltd, Cabserv Ltd, Camray, Centro Animazzjoni u Komunikazzjoni, Charles De Giorgio Ltd, Cherubino Ltd, CLASI - Collaborative for Leadership in Ayres Sensory Integration, Copag IT, Copag S.p.A, Drugsales Ltd, EJ Busuttil Limited, Europharma Ltd, Eventi Ltd, Evolve Ltd, Healthmark, iProjects Ltd, Jet Call, Krypton Chemists Ltd, Magicine Pharma, Mall Systems Ltd, Malta University Holdings Ltd, Malta University Residence, Martin Galea, Martin Grima Ltd, Medical Air Technology Ltd Malta, Medilink, Medina Health Ltd, Miller & Miller (Chemicals) Ltd, Mr Bryan Wubbels DipSR, Mr Noel Beck, Multigas Ltd, Persona Ltd, Pharma MT Ltd, Pharmabart Ltd, Pharma-Cos Ltd, Porziuncola Retreat House, ProCare Ltd, Queen's Furniture Ltd, RB Pharma Ltd, Red Cross Ambulance Services, S Curmi & Sons Ltd, Sidroc Services Ltd, Sirtex Ltd, Suratek Ltd, Target Healthcare Ltd, Technoline Ltd, Tektraco Ltd, The Catering Centre, TrioMed Ltd, UK Neqas, Dr.Yousef Alyaqout, Fieldsports Ltd, General Cleaners, Joseph F. Spiteri Ltd, Mawdleys, OK Medical Ltd, Princling Holdings Ltd, Sophia Genetics, Prohealth Ltd, JV Pharma u Mekanika Ltd.
Leg 13 PQ #14151 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet — spiża

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13601, jista’ l-Prim Ministru jagħti break down tal-ispejjeż imsemmija u ċjoè tat-€12,693.82 (mingħajr VAT)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż kienu maqsumin hekk: €3,540 (setup); €3,500 (stage); €2,155 (live stream u TV feed); €1,512 (dawl); €897.50 (sound); €847.46 (venue); €241.86 (ġarr).

Uffiċċju tal-MIP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13959 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13592, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – inmates – servizz ta’ avukat tal-għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inmates tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għandhomx aċċess għall-avukat tal-għajnuna legali permezz ta’ Skype?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull priġunier ġewwa l-ħabs għandu l-aċċess għall-avukat tal-għajnuna legali permezz ta’ Skype.

Avukat Kap tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemm Avukat Kap tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali? Jekk hija battala, kemm ilha hekk battala?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi ħarget sejħa pubblika sabiex jinħatar Kap Ġdid għal din il-unit tant importanti. Il-unit baqgħet għaddejja biex xogħol tagħha tant li fl-aħħar jiem issaħħet b’servizz ieħor sabiex jgħin aktar fil-pront u b’mod effettiv lil vittmi tal-Vjolenza Domestika. Il-Gvern komess illi jibqa jsaħħaħ dan il-unit li jgħin lil aktar nies vulnerabbli u bla mezzi sabiex dawn ikollhom l-istess drittijiet ta’ rapreżentanza legali u aċċess tal-qrati daqs kwalunke ċittadin ieħor.

Awtorità tal-Artijiet – obbligi kuntrattwali taċ-ċenswaliti tax-Xatt tal-Birgu

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal ix-xogħol li mill-2013 ’l hawn l-Awtorità tal-Artijiet wettqet biex jiġi żgurat li l-obbligi kuntrattwali taċ-ċenswalisti rigwardanti x-Xatt tal-Birgu jkunu rispettati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet b’risposta għaż-żewġ mistoqsijiet Parlamentari numri 14060 u 14062, ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li tkomplew it- tentattivi li kienu nbdew qabel 2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl’obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita' tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta' u/jew id-danni attribwiti mingħand kull minn kiser l-imsemmija obbligi. Tant illi hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta.

Forzi Armati ta’ Malta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders mill-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-2017 u llum? Jista’ jagħti break down ta’ kull direct order kemm fid-data, ammont u lil min ingħata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 14063, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt kif ukoll fid-dokument li qed inpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra: 2017: Eur 2,946,523.04 62 Direct Orders 2018: Eur 1,971,511.07 88 Direct Orders 2019: Eur 2,358,414.39 48 Direct Orders 2020: Eur 493,207.05 11 Direct Orders

Ħatra ta’ Maġistrat Inkwirenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li jinħatar, wara l-emendi legali neċessarji, Maġistrat Inkwirenti li jkun nominat mill-Kap tal-Istat direttament u li l-mansjoni tiegħu tkun unikament biss biex jinvestiga u jwettaq l-‘in genere’ f’każijiet ta’ denunzji jew informazzjoni ta’ delitti relatati mal-abbuż tal-awtorità pubblika, inkluż id-delitt ta’ korruzzjoni, u li jkun awtonomu f’ħidmietu b’mod assolut, anke bi staff addetti miegħu li jagħżel hu, u li ma jkollu ebda dipendenza fuq il-Korp tal-Pulizija fil-kors tal-Inkjesta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Membru s-sistema Maltija tal-‘in genere’ kienet ġiet kritikata mill-Kummissjoni ta’ Venezja fl-opinjoni tagħha tas- 17 ta’ Diċembru 2018. F’ dik l-opinjoni kien ġie rakkomandat illi l-funzjoni preżentement imwettqa mill-‘in genere’ tibda titwettaq mill-Pulizija u mill-awtorita tal-prosekuzzjoni (u ċioe fis-sistema tagħna llum mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali). Il-Gvern m’ huwiex daqstant xettiku fuq il-valur tal-Inkjesti Maġisterjali pero jirrikonoxxi li din is-sistema għandha l-problemi tagħha li jridu jiġu ndirizzati. Jista’ jkun ukoll li dak suġġerit mill-Kummissjoni ta’ Venezja ikun fattibbli iżda loġistikament dan ma jistax isir fl-immedjat meta l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa mpenjat biex jestendi l-funzjonijiet tiegħu għall-prosekuzzjoni quddiem il-Qrati tal-Maġistrati ukoll. Peress illi bħalissa hemm korrispondenza mal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha il-Gvern ma jħossx illi dan iż-zmien huwa wieħed opportun biex tinbeda diskussjoni parallela dwar suġġerimenti oħra. Madankollu l-Gvern qiegħed jieħu nota tas-suġġeriment tal-Onorevoli Membru li jista jiġi kunsidrat fl-istadju opportun.