Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fuq filmati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-lum fuq filmati li fihom deher is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Jista’ l-Onorevoli Interpellant jinfurmana għal liema filmati qed jirreferi?

Malta Gaming Authority – impjiegi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjieg ġdid sar fil-Malta Gaming Authority mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mid-data msemmija, l-MGA impjegat erba’ ħaddiema ġodda biex jieħdu post daqstant impjegati li ma baqgħux mal-Awtorità fl-2019.

Malta Financial Services – impjiegi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjieg ġdid sar fil-Malta Financial Services Authority mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Malta Financial Services Authority ġew impjegati disgħa u tletin (39) persuna mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-lum.

Kuntratt tal-bastiment li qed iżomm persuni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kuntratt sar (eż. time charter) għall-użu tal-bastiment Europa 11 biex f’dawn il-jiem inżammu fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 14193.

Bastiment – liċenzja ta’ coaster

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Europa 11 (tal-Captain Morgan, li f’dawn il-jiem qed jintuża biex jinżammu persuni barranin fuqha ’l hinn mill-ibħra territorjali) hija liċenzjata bħala coaster għal raġunijiet ta’ sigurtà u għandha l-permess/liċenzja li tbaħħar sa 4 mili nawtiċi mill-kosta biss?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bastiment — charter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għamel charter tal-Europa 11 (bastiment tal-Captain Morgan) meta jeżistu bastimenti jew opri oħra tal-baħar li huma idonei u li kienu disponibbli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li din hi konklużjoni suġġettiva tal-interpellant, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 14203.

Bastiment – liċenzja ta’ coaster

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Europa 11 (bastiment tal-Captain Morgan, li f’dawn il-jiem qed jintuża biex jinżammu persuni barranin fuqha ’l hinn mill-ibħra territorjali) hija liċenzjata bħala coaster għal raġunijiet ta’ sigurtà u għandha l-permess/liċenzja li tbaħħar sa 4 mili nawtiċi mill-kosta biss?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bastiment Europa II huwa rreġistrat bħala workboat skont il-Kodici tan-Non Convention Vessels.

Bastiment — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-rata ta’ ħlas għal kuljum għall-użu tal-Europa 11 li f’dawn il-jiem qed iżommu fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14196 tas-Seduta 328.

Bastiment – certification for the safety equipment

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-certification for the safety equipment kollu fuq l-Europa 11 (bastiment tal-Captain Morgan) huwa skadut?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bastiment huwa ċċertifikat b’Safety Equipment Certificate skont il-Kodici tan-Non-Convention Vessels

Bastiment — ekwipaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tal-ekwipaġġ tal-bastiment Europa 11 li f’dawn il-jiem qed iżomm fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bastiment huwa pprovdut b’erbgħa membri tal-ekwipaġġ, kif mitlub mill-Kodiċi tan-Non-Convention Vessels

Bastiment — charter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għamel charter tal-Europa 11 (bastiment tal-Captain Morgan) meta jeżistu bastimenti jew opri oħra tal-baħar li huma idonei u li kienu disponibbli?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14196 tas-Seduta 328.

Bastiment – barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu kkuntrattat l-użu tal-bastiment Europa 11 f’dawn il-jiem biex jinżammu fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin? Jista' jikkonferma li kienet direct order?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi qed jikkordina din l-operazzjoni flimkien mal-uffiċċju tal-Prim Ministru. Kull deċiżjoni kienet tirrifletti ċ-ċirkostanzi ta’ emerġenza u immedjatezza li kienu jitolbu direct order.

Vittmi ta' vjolenza domestika — għajnuna legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14056 u ċjoe: In vista tal-aħbar sabiħa li vittmi ta’ vjolenza domestika se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna legali, jista’ l-Ministru jispjega jekk saritx konsultazzjoni mal-Aġenzija jew mal-avukati tal-għajnuna legali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, kellha diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, dwar din l-inizjattiva ġdida li qed jistaqsi dwarha l-Onor. Interpellant. Nista’ nikkonferma wkoll li l-modalitajiet ta’ kif qed jitħaddem dan is-servizz ġdid (li jien infurmat mhux se jkun limitat biss għall-perjodu tal-pandemija) ġew miftehma bejn id-Direttur tal-Aġenzija Appoġġ u s-Senior Manager tas-Servizz tal-Għajnuna Legali.

Captain Morgan – ħlas għall-użu ta’ bastimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus il-Forzi Armati ta’ Malta jew il-Ministeru tiegħu għall-użu ta’ bastimenti tal-Captain Morgan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirja ta’ bastiment tal-Captain Morgan hija ta’ €3,000 kull ġurnata.

Santa Luċija – binjiet — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma l-binjiet f’Santa Luċija li ser jieħdu sehem fil-proġett ta’ reġenerazzjoni li għadu kemm ħabbar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-binjiet fl-imsemmija lokalità huma: Blokk 12 fi Triq il-Gardenja, Blokk 13 fi Trejqet il-Liedna, Blokk 14 fi Trejqet il-Ward u Blokk 15 fi Trejqet is-Sardinell.
Leg 13 PQ #14195 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Spouses ta' Prim Ministri – vetturi bix-xufier mħallas mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk in-nisa (spouses) ta’ dawk li okkupaw il-kariga ta’ Prim Ministru fil-passat, għandhomx jedd għal vettura u/jew xufier/a mħallsin mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx skema li tintitola lin-nisa (spouses) ta' ex-Prim Ministri għal vettura u xufier.

Bastiment – barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu kkuntrattat l-użu tal-bastiment Europa 11 f’dawn il-jiem biex iżommu fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin? Jista' jikkonferma li kienet direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, l-Awtorità tat-Trasport f’Malta qatt ma kienet responsabbli għal kummisjoni tal-bastiment Europa 11