Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda impjegat mis-Segretarjat ma telaq jew irriżenja mill-impjieg mid-data msemmija sa llum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konvenju b’valur ta’ iktar minn €20 miljun u iktar minn €25 miljun rispettivament ġie rreġistrat mill-1 ta’ Frar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ebda konvenju ma ġie rreġistrat b’valur ta’ iktar minn €20 miljun u iktar minn €25 miljun mill-1 ta’ Frar 2020 sal-11 ta’ Mejju 2020.
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonsidra li jsir restawr urġenti tal-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska f’Raħal il-Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-pre¿ent, u minħabba lista twila ta’ proġetti ta’ restawr li d-Direttorat tar-Restaw diġa qed jaħdem fuqhom, mhux possibli li jsir intervent fl-immedjat. Madankollu ser ikun qiegħed jiġi kkunsidrat għal futur.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14168 dwar ħlasijiet lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Planning Authority wara l-2013, u peress li minn mistoqsija parlamentari 4207 hu magħruf li dan l-individwu kellu kuntratt ta’ €39,000 fis-sena għal 3 snin, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jgħid il-verita kollha dwar il-ħlasijiet kollha li saru lil dan il-konsulent ta’ qabel l-2013 tal-Partit Laburista?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nikkonferma mill-ġdid l-informazzjoni mogħtija fit-tweġibiet tad-domandi PQ 14168 u PQ 14610. Dan il-ħlas kien approvat skont ir-regoli stabbiliti. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar m’għandu x’jaqsam xejn ma' konsulenzi ta' partiti politiċi qabel l-2013.
Asylum, Migration and Integration Fund – Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ Fondi Ewropej li Malta kellha għad-dispożizzjoni tagħha mill-Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) fl-1 t’April 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14114, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’direct orders mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, u għal xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minkejja fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 14114 l-kumpanija msemmija minnu separatament hija mniżżla, jirriżulta li ma ngħata l-ebda direct order lilha imma inxtara tagħmir relatat mal-pandemija tal-Covid 19 permezz tal-proċedura ta’ direct negotiation, skont ir-regolamenti tal-Public Procurment.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’direct orders mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019, sena b’sena, u għal xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata l-ebda direct order lill-kumpanija msemmija separatment fis-snin indikati minnu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’direct orders mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019, sena b’sena, u għal xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’direct orders mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, u għal xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba minnu fuq il-mejda tal-kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus pubbliċi għall-festival Malta Together li xxandar il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2020?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ipprovidiet xi filmati mil-librerija tagħha biex jintużaw waqt il-programm. L-Awtorità għamlet ukoll arranġamenti sabiex il-programm jintwera live fuq il-paġni ta’ VisitMalta fuq Facebook. Dawn ma kienu jinvolvu l-ebda spiża.
Avukat Ġenerali — Twaqqif ta’ Joint Investigation Team
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Avukat Ġenerali sal-lum ma talabx lill-Europol biex jitwaqqaf Joint Investigation Team (li mudell tiegħu jinsab f'Council Resolution (2017/C 18/01) liema Riżoluzzjoni “encourages the competent authorities of the Member States that wish to set up a Joint Investigation Team with the competent authorities from other Member States, in accordance with the terms of the Framework Decision and the Convention, or from non-EU States, on the basis of the relevant international instruments, to use, where appropriate, the Model Agreement […] in order to agree upon the modalities for the joint investigation team” fl-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Peress illi l-mistoqsija tal-Onor. Membru hija fis-sustanza identika għal talba magħmula min numru ta’ organizzazzjonijiet għal-libertà tal-istampa reċentement , qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta fattwali mogħtija mill-Avukat Ġenerali għal dik it-talba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għamilx investigazzjoni jew ordnax li ssir investigazzjoni biex jistabbilixxi l-fatti kollha u korretti, anke sabiex jiġi stabbilit jekk huwiex każ ta’ ksur ta’ etika biss jew anke ta’ liġi, dwar it-tluq/riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-5 ta’ Mejju 2020 tard wara nofsinhar u l-fatt li inqas minn ġurnata wara, fis-6 ta’ Mejju 2020 filgħodu, dan l-istess avukat assoċja ruħu fil-patroċinju tal-individwu li d-dettalji wkoll qed jingħataw separatament li jinsab akkużat b’kompliċita fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, meta sa ġurnata qabel, l-indivdwu li rriżenja kien għadu impjegat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Jaf il-Ministru jekk dan l-avukat kellux aċċess għal xi inkartament, provi, evidenza, rapporti eċċ li jinsabu fil-proċess tal-individwu akkużat fil-bini tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-Ministru jidderiġi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija tal-Gvern li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u datata 12 ta’Mejju, 2020.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, issa li għaddew ħafna ġimgħat minn meta ħarġet f’Marzu 2020 s-sejħa għal pre fabricated hospital li l-Gvern tant qal li kien urġenti u essenzjali, ġentilment iwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 13597, 13598, 13766 u 13871? Jista’ jgħid min rebaħ dan it-tender (RfP) u l-prezz stante li fis-sejħa pubblika ta’ Marzu li għadda l-Gvern għamilha ċara li l-uniku kriterju kellu jkun il-prezz? Huwiex f'pożizzjoni l-Ministru li jeskludi kompletament li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi wera u ħa interess fis-sejħa (RfP) li ħarġet f’Marzu li għadda għal prefabricated hospital?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie mħabbar il-gvern ha d-deċiżjoni illi l-prefabricated hospital f’dan l-istadju ma jinxtarax.
Tal-Pietà – xogħlijiet fuq uffiċċju u proprjetà privata minn Infrastructure Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13768, jista’ l-Ministru jagħti garanzija u jeskludi kompletament u kategorikament li la Infrastracture Malta u lanqas Transport Malta fl-aħħar 6 xhur ma kienu bl-ebda mod involuti f’xogħlijiet ta’ allestiment fi proprjetà privata (inkluż uffiċċju)?
B’referenza għat-tweġiba numru 14168, jista’ l-Ministru jelenka dettaljatament ix-xogħol li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-fatt għamel għall-Awtorità tal-Ippjanar wara Marzu 2013 (jiġifieri mhux għax-xogħol li għamel għall-Partit Laburista qabel Marzu 2013)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14610.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14060, jista’ l-Ministru jelenka dettaljatament l-azzjonijiet legali li l-Awtorità tal-Artijiet ħadet wara Marzu 2013 dwar il-bini/obbligi kuntrattwali tax-Xatt tal-Birgu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kif kien intqal fiż-żewg mistoqsijiet Parlamentari numri 14060 u 14062, filwaqt li tkomplew it-tentattivi li kienu nbdew qabel l-2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl-obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita’ tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta’ u/jew id-danni attribwiti mingħand kull min kiser l-imsemmija obbligi. B’żieda ma’ dan, l-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf illi fost oħrajn hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta, rik 461/2015/JPG, rik 400/13/MH u rik 811/16/MH. F’kull każ iżda, minħabba l-ammont ta’ telf li jista’ jsofri l-Gvern u minħabba l-investiment sostanzjali nvolut, bħal ma kien qed jiġi kkunsidrat fiż-żmien passat, anke dak riċenti, cioe’ li jkun hemm lok ta’ ftehim, l-Awtorita’ tal-Artijiet lesta tisma u tikkonsidra, biex jekk ikun il-każ, wara tieħu dawk il-passi meħtieġa.
Każijiet tal-familja quddiem il-medjatur f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet tal-familja quddiem il-medjatur f'Għawdex? Kemm hemm medjaturi f'Għawdex u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Quddiem il-medjatur f’Għawdex hemm 68 każijiet tal-familja
Fil-Qorti ta’ Għawdex hemm medjatriċi waħda li taħdem erba’ (4) siegħat fil-ġimgħa. Din qedha tlaħħaq mal-każijiet, però qed jiġi kkonsidrat li jiżdied il-ħin skont l-esiġenzi tal-Medjatriċi, jekk ikun il-każ.