Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-ħlas rispettiv tagħhom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tingħata konsulenza mingħand 14-il individwu/kumpanija. Dawn il-konsulenzi huma fuq diversi aspetti turistiċi fosthom opportunitajiet kummerċjali u żviluppi ta’ swieq turistiċi ġodda; għajnuna fl-implimentazzjoni ta’ policies; awditjar u konsulenzi ambjentali fost l-oħrajn. Il-ħlas totali tagħhom għal din is-sena, s’issa jammonta għal € 128,617.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun ippubblikat il-Lawyers' Act li ilu mwiegħed mill-Gvern is-snin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saru diversi konsultazzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ Lawyers’ Act inklu¿ konsultazzjoni mal-Kamra tal-Avukati li għamlet ħafna xogħol importanti f’dan ir-rigward. Il-Ministeru qiegħed fi stadju li jeżamina l-eżitu ta’ din l-konsultazzjoni però jagħmilha ċara li din il-liġi hija prijorità għall-Gvern.
Servizz Pubbliku — Eżerċizzju biex position of trust u/jew persons of trust isiru impjieg permanenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza bediex eżerċizzju jew hemmx pjan jew ħsieb biex il-positions of trust u/jew persons of trust isiru impjiegi permanenti fis-Servizz Pubbliku jew fiċ-Ċivil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jistgħux, la bil-Liġi u lanqas bil-kuntratt li jidħlu għalih.
Għaldaqstant la qalba bħal din ma tistax isseħħ, la se jinħela ħin biex jitfassal pjan u lanqas biex ikun iffurmat xi ħsieb simili, kif qed jissuġġerixxi hu.
Bastiment – certification for the safety equipment
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14200, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Certification For Safety Equipment tal-Europa 11 huwiex skadut jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li ċ-ċertifikazzjoni tal-Europa II hija valida.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14201, peress li ma staqsejtux in-numru ta’membri tal-ekwipaġġ iżda biex jagħti l-lista tagħhom, jista’ l-Ministru issa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ekwipaġġ tal-Europa 11?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-awtoritajiet kompetenti tal-bandiera, jirregolaw in-numru tal-ekwipaġġ u l-kompetenzi tal-ekwipaġġ skont il-Kodiċi tan-Non Convention Vessels. Huwa l-obbligu tal-operatur li abbord ikun hemm in-numru ta’ ekwipaġġ u l-kompetenzi neċċessarji abbord.
Il-lista ta’ ekwipaġġ tingħata lil awtoritajiet konċernati (TM, Immigration Police, Customs, Port Health) għal skopijiet ta’ informazzjoni u sigurta’. Dawn huma persuni impjegati mill-operator tal-bastiment u għandhom drittijiet għal privatezza anke skont l-obbligi ta’ Data Protection. Għal dawn ir-raġunijiet il-lista ta’ ekwipaġġ mhux se tiġi preżentata.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14202, jista’ l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għamel charter tal-Europa 11 (bastiment tal-Captain Morgan) meta jeżistu bastimenti jew opri oħra tal-baħar li huma idonei u li kienu disponibbli?
Korp tal-Pulizija – Kuntistabbli – taħriġ fuq sparar ta’ armi tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja ta’ drabi kull xahar, jekk hu l-każ, li kull kuntistabbli tal-Korp tal-Pulizija jingħata taħriġ fuq sparar ta’ armi tan-nar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi taħriġ dwar safe weapon handling jingħata lil kull rekluta li jingaġġa fil-Korp tal-Pulizija. Dan it-taħriġ jingħata anke lil membri oħra tal-Korp waqt in-service course. Fil-fatt fis-sena 2019 ingħata taħriġ ta’ Safe Weapon Handling lil sitta u erbgħin (46) rekluta kif ukoll mitejn u ħamsa u tmenin (285) uffiċjal ieħor. Din is-sena s’issa l-istess taħriġ ingħata lil ħamsa u sebgħin (75) uffiċjal. Dawn l-ammonti ma jinkludux it-taħriġ li jingħata kull xahar lill-membri tal-RIU jew it-taħriġ iktar regolari li jieħdu l-membri tal-SIU minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
Korp tal-Pulizija – Kuntistabbli – taħriġ fuq combat duties/self defence
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja ta’ drabi kull xahar, jekk hu l-każ, li kull kuntistabbli tal-Korp tal-Pulizija jingħata taħriġ fuq combat duties jew self defence?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi taħriġ ta’ control and restrain jingħata lil kull rekluta li jingaġġa fil-Korp tal-Pulizija u anke lil membri oħra tal-Korp waqt in-service training u mhux kull xahar. Fil-fatt fis-sena 2019 ingħata dan it-taħriġ lil sitta u erbgħin (46) rekluta kif ukoll lil tliet mija u wieħed u disgħin (391) uffiċjal ieħor. Sal-aħħar ta Mejju 2020 l-istess taħriġ ingħata lil ħamsin (50) membru tal-Korp. Dan it-taħriġ ma jinkludix dak li jsir fit-taqsimiet tal-RIU u SIU.
Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta’ wind farms
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat mill-predeċessur tiegħu fil-11 ta’ Novembru 2015 bejn l-Enemalta u l-Montenegro għall-bini ta’ wind farms?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili – taħriġ akkademiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-membri tas-Civil Protection Department jingħatawx l-istess taħriġ akkademiku jew le? Jekk hemm xi differenza, jistax jelenkahom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif żgur hu konxju l-Onorevoli Interpellant, ir-rwol tal-Pulizija u dak tal-Protezzjoni Ċivili fil-komunità huwa differenti kif huwa differenti ħafna mit-tagħmir użat. Għalhekk kull taħriġ li jingħata lill-Membri taż-żewġ aġenziji jkun differenti.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – euro contributions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il euro contributions minn sorsi mhux governattivi/uffiċjali kellu l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar minn Diċembru 2019 sal-lum? Jistax jgħid minn fejn oriġinaw dawn il-contributions?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar rcieva Eur16,997.53 f’euro contributions minn sorsi mhux Governattivi/ ufficjali fil-perjodu kkoncernat.
Dawn il-fondi originaw minghand żviluppaturi bhala kumpens għall-progetti mwettqa fil-lokalità.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Request for Quotes għal tined, sleeping bags, imħadded, sodod, siġġijiet u mwejjed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħariġx Request for Quotes għal ammonti kbar ta’ tined, sleeping bags, imħadded, sodod, siġġijiet u mwejjed fl-2020? Jekk iva, meta ħarġet u kemm kienu l-ammonti ta’ oġġetti mitluba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – ġranet għal Request for Quotes
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġranet (kemm żmien) li matulhom setgħu jkunu sottomessi kwotazzjonijiet għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – prezzijiet tal-kwotazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-prezz tal-kwotazzjonijiet u minn min saru għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Request for Quotes — aġġudikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta (jekk) ġiet aġġudikata kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020? F’kull każ, min kien ir-rebbieħ/magħżul?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm persuna waħda li rriżenjat.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuni li telqu jew irriżenjaw mill-impieg tagħhom.
Jista’ l-Ministru jispjega għala ma saritx sejħa pubblika biex intgħażlet kumpanija partikolari kif indikata separatament biex jiġi pprovdut bastiment biex jittellgħu fuqu numru ta’ immigranti? Jistax il-Ministru jgħid jekk il-familja propretarja ta’ din il-kumpanija tiffinanzjax lill-Partit Laburista u allura kienet din ir-raġuni li ntgħażlet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.