Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika tgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtha għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min-naħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika u l-entitajiet il jaqgħu taħtu, ma ingħataw l-ebda flus għall-programm imsemmi.

Taħdidiet dwar il-Libja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-irwol tiegħu u/jew tal-Gvern Malti fit-taħdidiet sigrieti li seħħew f’Malta dan l-aħħar jiem dwar il-Libja bejn delegati ta’ diversi pajjiżi fosthom ir-Russja, Libja, Turkija u Qatar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naf bl-ebda taħdidiet sigrieti li irrefera ghalihom l-Onor Interpellant. It-taħdidiet sigrieti kienu ‘fake news’.
Leg 13 PQ #14947 Sitting 347 2020-06-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li ebda entità, dipartiment eċċ fid-dekasteru tal-Prim Ministru ma ta’ flus għall-programm msemmi mill-Onor Interpellant .

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi ma ngħataw l-ebda flus għal dan l-iskop.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li fis-sena kurrenti ma ġiet riċevuta ebda talba għal għajnuna finanzjarja da parti ta' "Għajta Waħda".

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 14949.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nġabru l-ebda fondi mingħand l-ebda entità, u mingħand l-ebda dipartiment għall-programm Għajta Waħda.

Dipartiment tas-Sajd – kuntatt ma’ Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar u min għamel kuntatt mid-Dipartiment tas-Sajd minn Jannar 2020 sa ġimgħa ilu mal-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kien impjegat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sa ħmistax ilu, biex dan ikun konsulent legali tal-istess Dipartiment?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Avukat minnek imsemmi ma ngħata l-ebda kuntratt sakemm huwa kien impjegat fl-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.
Leg 13 PQ #14783 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPPO – tliet kandidati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser jassumi r-responsabilità għad-dewmien biex Malta tibgħat l-ismijiet ta’ tliet kandidati eleġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14784 Sitting 346 2020-06-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPPO — kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru issa jgħid għala qed jippermetti li Malta tibqa’ żżomm u tkun ta’ xkiel biex l-operational set-up tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO) jibda jiffunzjona stante li l-Gvern tiegħu huwa l-uniku li għadu ma bagħatx l-ismijiet tal-kandidati eleġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

EPPO – tliet kandidati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jassumi r-responsabilità għad-dewmien biex Malta tibgħat l-ismijiet ta’ tliet kandidati eleġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol sabiex timtela tali pożizzjoni ilu għaddej b’mod sfiq. Bħala Ministru tal-Ġustizzja, jien irrid nara li nagħmel dak kollu possibbli sabiex pajjiżna jasal li jilħaq t-tragward mistenni u mixteq b’responsabbiltà sħiħa u b’impenn sħiħ lejn l-implementazzjoni ta’ tali proġett li l-Gvern għandu rieda politika sħiħa li jipparteċiepa fih. Malta, sa issa bagħtet total ta’ ħames (5) kandidati biex ikunu fuq il-Kulleġġ ta’ Prosekuturi tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Europew wara li nħarġu ben tlett (3) sejħiet pubbliċi fil-Gazzetta tal-Gvern biex timtela tali pożizzjoni: - L-Ewwel sejħa pubblika ħarget fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,154 tat-22 ta’ Marzu tal-2019; - It-tieni sejħa pubblika ħarget f’Gazzetta tal-Gvern numru 20,187 tal-14 ta’ Mejju tal-2019; u - It-tielet sejħa pubblika ħarget fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,475 tas-6 t’Awwisu tal-2019. Madanakollu kienu tnejn (2) biss minn dawn il-ħames kandidati li ġew meqjusa eliġibli wara screening li sar. Għamilna ħilitna biex nidentifikaw aktar kandidati potenzjali f’Malta. Sar wkoll eżerċizzju ta’ ‘head-hunting’, b’mod mill-aktar wiegħa. Xi wħud minn dawn l-individwi setgħu possibbilment esprimew interess inizjali iżda naqsu milli juru l-interess attwali tagħhom fil-pożizzjoni tal-PE fl-UPPE - uħud għal raġunijiet personali u xi wħud minħabba nuqqas ta’ interess tanġibbli. L-Onorevoli Interpellant għandu japprezza li l- pool ta ‘kandidati eliġibbli’ li jistgħu jkunu interessati f’din l-kariga huwa żgħir ħafna, f’pajjiż ta’ popolazzjoni ta’ madwar erba’ mija u għoxrin elf individwu. Għalhekk huwa ċar mill-informazzjoni mogħtija li ma kien hemm l-ebda dewmien da parti tal-Gvern Malti fil-proċess kollu mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea.

EPPO — kandidati

Question

Jista' l-Ministru issa jgħid għala qed jippermetti li Malta tibqa’ żżomm u tkun ta’ xkiel biex l-operational set-up tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO) jibda jiffunzjona stante li l-Gvern tiegħu huwa l-uniku li għadu ma bagħatx l-ismijiet tal-kandidati eliġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari 14768, 14781 u 14785.

Korp tal-Pulizija – membri li kienu jaħdmu ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-Weapons Office u li kienu impjegati mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (li hija involuta f’bejgħ u ġarr u importazzjoni ta’ armi tan-mar) qabel ma daħlu fil-Korp? Jista’ jgħid x’rank għandhom/għandha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa, hemm uffiċjal fir-rank ta’ spettur li temporanjament jassisti fix-xogħol il-Weapons Officeu li kien impjegat mal-kumpanija li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant.

Bastiment – liċenzja

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14198, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Europa 11 huwiex jew le liċenzjat biex ibaħħar sa 4 mili nawtiċi mill-kosta biss?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-bastiment Ewropa II huwa liċenzjat li jkun jista’ jbaħħar aktar minn 4 mili nawtiċi mill-kosta, skont il-Kodiċi tan-Non-Convention Vessels.

Avukat Ġenerali – patteġġjament quddiem il-Qorti tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il patteġġjament għamel l-Avukat Ġenerali fi stadju ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Appel Kriminali (Inferjuri) minn Lulju 2017 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Il-patteġġjament huwa permess mill-Kodiċi Kriminali fl-Artikoli 392A (5) sa (8) dwar reati li ma jkunux soġġetti għal- piena ta’ aktar minn tnax il-sena ħabs, fl-Artikolu 392B(5) in kwantu għal-reati soġġetti għal-piena ta’ iżjed minn tnax il-sena ħabs meta jkun hemm ammissjoni bikrija u fl-Artikolu 453A in kwantu għal proċessi quddiem il-Qorti Kriminali. Dak kontemplat fl-imsemmija artikoli huwa l-uniku forma ta’ patteġġjament applikabbli f’ kawżi kriminali fil-gurisdizzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jew tal-Qorti Kriminali. Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li ninsab informat illi ma sar ebda patteġġjament quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri) minn Lulju 2017 sa’ llum.

Malta Industrial Park – sit identifikat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huwa s-sit identifikat u d-daqs, għall-fabbrika li l-Malta Industrial Parks (MIP) tinsab fil-proċess li talloka lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-kumpanija nkwistjoni ressqet applikazzjoni formali u kien aċċertat li tikkwalifika, din kienet allokata spazju ta' ċirka 8000 metru kwadru fiz-Zona Industrijali tal-Marsa.

EPPO – shortlisting għal nomini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet ta’ dawk li l-Gvern fl-aħħar sentejn għamel shortlisting tagħhom biex jiġu nominati għal European Public Prosecutor Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali ismijiet jiġu kkomunikati wara t-terminazzjoni tal-proċess sħiħ tal-għażla fuq livell Ewropew. Wara li l-Gvern bagħat total ta’ ħames (5) kandidati biex ikunu fuq il-Kulleġġ ta’ Prosekuturi tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Europew, wara li nħarġu ben tlett (3) sejħiet pubbliċi fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex timtela tali pożizzjoni, l-Bord ta’ Selezjoni tal-UPPE ħareġ il-klassifika tiegħu, f’dokument ristrett. Madanakollu din il-klassifika għadha m’hijiex determinanti u konklussiva minħabba l-fatt illi skond il-provvedimenti tal-Arikolu 16(2) tar-Regolament UPPE, wara li jkun irċieva l-opinjoni motivata tal-bord tal-għażla msemmi fl-Artikolu 14(3), il-Kunsill għandu jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Klassifika tal-bord tal-għażla msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament UPPE m’hijiex għalhekk vinkolanti fuq il-Kunsill, u l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għadu ma għamilx l-għażla tiegħu. Dan ifisser li l-proċess tal-għażla għadu m’huwiex konkluż.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders in konnessjoni ma’ supporters club ta’ teams ta’ futbol barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma d-direct orders, id-dati u l-ammonti tagħhom li ta l-Ministeru tagħha minn Jannar 2017 sal-lum in konnessjoni ma’ supporters club ta’ teams ta’ football barranin, inkluż għal ikliet barra minn Malta?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ingħata l-ebda direct order lill-supporters club ta’ teams ta’ futbol barranin.

EPPO – nomina ta’ avukat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament waqt li kien trainee lawyer fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien nominat mill-Gvern Malti għal EPPO (European Public Prosecutor Office)? Jista’ jagħti d-data meta saret tali nomina u fuq liema bażi saret meta s-sejħa kienet tgħid li l-Gvern jinnomina dawk "with proven and extensive experience in prosecution and mutual legal assistance"? Kemm kien ilu xhur li ġab il-warrant ta’ avukat meta l-Ministru tal-Ġustizzja kien innominah lil EPPO?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Avukat in kwistjoni, li irċieva l-warrant fil-11 ta’ Marzu tal-2018, kien innominat mill-Gvern Malti sabiex jikkontesta għall-pożpizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew fi ħdan l-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) flimkien ma’ żewġ nominati oħrajn, liema nomini saru skond id-detti u r-regolamenti tar-Regolament Ewropew numru (UE) 2017/1939, partikolarment skond il-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(1) ta’ tali Regolament, wara li ħarget sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet li kienet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,245 tas-6 ta’ Awwissu 2019. Tali nomini gew ikkomunikati lis-Sedja tal-Kumitat tas-Selezzjoni maħtur skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament UPPE fit-30 ta’ Ottubru tal-2019. Dan kollu sar wara li diġa’ kienu inħarġu żewġ sejħiet pubbliċi oħra fil-Gazzatta tal-Gvern – l-ewwel waħda fit-22 ta’ Marzu tal-2019 fuq Gazzetta numru 20,145 u t-tieni waħda fl-14 ta’ Mejju tal-2019 fuq Gazzetta numru 20,187 – minn liema sejħiet applika applikant wieħed biss.

Qorti tal-Appell Kriminali – membri tal-Korp tal-Pulizija – taħriġ akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsir taħriġ akkademiku, il-membri tal-Korp tal-Pulizija biex jiġu analizzati sentenzi tal-Qorti tal-Appell Kriminali u kif il-ġurisprudenza tkun qed tiżviluppa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati jingħata tagħlim u taħriġ lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f’diversi suġġetti, fosthom dawk relatati mal-liġi. Fejn ikun meħtieġ matul dan it-tagħlim ikun hemm referenzi għal sentenzi mogħtija mill-qrati.