Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda l-quotations li ntalbu mill-Gvern mid-diversi operaturi tal-bastimenti biex jipprovdu bastiment/i għaż-żamma ta’ immigranti fuq il-baħar? Jista' jagħti f’kull każ id-dati rispettivi ta’ dawn il-quotations u mingħand min intalbu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-kumpanija Captain Morgan offriet prezz ta’ €3000 għall-kull ġurnata u l-Kumpanija Supreme Cruises offriet prezz ta’ €6500 għal kull ġurnata.
Żewġ kumpaniji oħra għażlu li ma jagħtux prezz hekk kif ma kinux/ baqgħux interessati li jagħmlu dan ix-xogħol.
Żamma ta' immigranti fuq il-baħar — spejjeż ta' ikel, fuel u spejjeż oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sal-lum għall-provvista ta’ ikel, fuel u spejjeż oħra biex qed jinżammu l-immigranti fuq il-baħar fil-vapuri tal-Captain Morgan?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li Festivals Malta kkontribwixxiet l-ammont ta’ €2,060 fuq spejjeż relatati ma’ marketing kif ukoll tat grant ta’ €15,000.00 biex ikopru l-erba serati. Apparti dan, it-Teatru Manoel ġie provdut mingħajr ħlas.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-records fi ħdan il-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Progetti Kapitali u l-entitajiet kollha, qed nikkonferma li ma ġie pproċċessat l-ebda pagament għall-programm Għajta Waħda, imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Ministeru għal Għawdex — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex, inklużi l-entitatjiet kollha li jaqew taħtu, ma tax flus għall-programm “Għajta Waħda”.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari u l-entitajiet, Dipartimenti, Aġenziji, u Awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, ma ħarġu l-ebda għotijiet għall-programm Għajta Waħda.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14968.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħatawx flus mill-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħatawx flus mill-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari, għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Mejju 2020 ma kien hemm l-ebda entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħti li ġabru fondi għall-programm msemmi.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Mejju 2020 ma kien hemm l-ebda entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħti li ġabru fondi għall-programm msemmi.
Minsiteru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ma tawx flus għall-programm Għajta Waħda li xxandar fuq TVM u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mid-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru għas-Saħħa ma taw l-ebda flus għal-programm msemmi minnu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ta l-ebda ammont ta' flus għall-programm Għotja Waħda.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ta l-ebda ammont ta' flus għall-programm Għotja Waħda.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru, inkluz Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet ma tawx flus għall-programm Għajta Waħda mxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14954.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtha għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ikkontribwixxiet €12,000 fuq spejjeż ta’ produzzjoni u marketing. Dawn tħallsu lill-kumpanija fdata b’din il-produzzjoni u ma sar l-ebda ħlas lill-Community Chest Fund. Il-Kunċert kien strimjat fuq il-Facebook page ta’ VisitMalta.com.