Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kostitwit il-Bord preżenti tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob li / jekk qed jiffunzjona llum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord attwali tal-Malta Gaming Authority ġie maħtur fl-1 ta’ Ottubru 2019, bit-terminu jiskadi f’Settembru 2020 u qed jiltaqa’ regolarment.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Request for Qoutes - Aġġudikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14603 u jgħid meta (jekk) ġiet aġġudikata kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020? F’kull każ, min kien ir-rebbieħ/magħżul?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-aġġudikazzjoni għax-xiri relatat ma’ Mistoqsija Parlamentari Nru 14603 jew 15428 saret fl-14 u t-28 t’April 2020, u r-rebbieħa kienu dawn:
70 ten man tents - Surplus and Adventure;
2 Inflatable Hall tents – Surplus and Adventure;
Sleeping Cots – Mhux aġġudikati
Sleeping kits/bags - Surplus and Adventure;
Mħaded – Mhux aġġudikati
Siġġijiet u trolleys - Surplus and Adventure;
Mwejjed u trolleys – Surplus and Adventure;
Towable Generator - Lexcorp Ltd;
Generator Vehicle - Olympus BAI;
04 light towers - SR Services
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivil — Prezzijiet Kwotazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14602 u jgħid x’kien il-prezz tal-kwotazzjonijiet u minn min saru għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’risposta għall-Mistoqsija Numru 14602/15429 dawn huma s-Suppliers li ssottomettew il-kwotazzjonijiet tagħhom għall-affarijiet relatati mal-mistoqsija:
70 ten man tents - Surplus and Adventure; Field Sports
2 Inflatable Hall tents – Field Sports; Surplus and Adventure
Sleeping Cots - Adventure Shop; Surplus and Adventure; Field Sports
Sleeping kits/bags - Surplus and Adventure; Field Sports; Adventure Shop
Imħaded – Surplus and Adventure; Field Sports
Siġġijiet u trolleys - Surplus and Adventure; Field Sports
Mwejjed u trolleys – Surplus and Adventure; Field Sports
Towable Generator - Lexcorp Ltd.; Field Sports
Generator Vehicle - Olympus BAI; Rosenbauer; Emergency One
04 light towers - SR Services; Field Sports; Lexcorp
Dwar il-prezz, mhuwiex kummerċjalment etiku li din l-informazzjoni tingħata.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Ġranet għal Request for Qoutes
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14601 u jgħid kemm kien hemm ġranet (kemm żmien) li matulhom setgħu jkunu sottomessi kwotazzjonijiet għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi mhux dejjem jingħata l-istess tip ta’ deadline. Dan jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi li d-Dipartiment jkun qed jaħdem fihom fil-mument u l-urġenza u l-ħtieġa Nazzjonali. Però normalment jingħataw sebat ijiem.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fid-29 ta' Mejju 2020 l-Ispettur li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament intgħażlet biex tirrapreżenta lil Malta fil-European Public Prosecutor Office (EPPO)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-Domanda Parlamentari 14768. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Gvern bagħat total ta’ ħames (5) kandidati biex ikunu fuq il-Kulleġġ ta’ Prosekuturi tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Europew, wara li nħarġu ben tlett (3) sejħiet pubbliċi fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex timtela tali po¿izzjoni, l-Bord ta’ Selezjoni tal-UPPE ħareġ il-klassifika tiegħu. Madanakollu din il-klassifika għadha m’hijiex determinanti u konklussiva minħabba l-fatt illi skond il-provvedimenti tal-Arikolu 16(2) tar-Regolament UPPE, wara li jkun irċieva l-opinjoni motivata tal-bord tal-għażla msemmi fl-Artikolu 14(3), il-Kunsill għandu jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Klassifika tal-bord tal-għażla msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament UPPE m’hijiex vinkolanti fuq il-Kunsill u allura għadni m’inix f’punt u f’pu¿izzjoni li nikkonferma o meno l-istatement tal-Onorevoli Interpellant stante illi l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għadu ma għażilx u allura ma ħatarx wieħed miż-żewġ kandidati Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tas-Selection Panel f’Malta (ippresjedut mill-Imħallef irtirat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li ġie mwaqqaf biex jiddeċiedi r-rappreżentant Malti għall-European Public Prosecutor Office (EPPO)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-għażla kien magħmul minn żwġ Imħallfin irtirati – wieħed bħala c-Chair tal-bord u l-ieħor bħala membru votanti, minn Direttur tal-Qrati u minn Avukat familjari mal-affarijiet tal-Unjoni Ewropea, dan ta’ l-ahhar bħala membru tal-bord imma mingħajr vot.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tas-Selection Panel f’Malta (ippresjedut mill-Imħallef irtirat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li ġie mwaqqaf biex jiddeċiedi r-rappreżentant Malti għall-European Public Prosecutor Office (EPPO)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — lockdown - sustanzi illegali
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk dan l-aħħar jiem waqt il-lockdown fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instabux xi sustanzi illegali bħal droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li le, ma nstabux sustanzi illegali bħal droga.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14485 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Minsitru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi għall-festival Malta Together li xxandar il-Ħadd 3 ta’ Mejju 2020?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li l-festival imsemmi kien organizzat fuq inizjattiva privata u għaldaqstant l-Ministeru ma kellu x’jaqsam xejn la mal-organizazzjoni u lanqas il-finanzjament tiegħu.
Jista’ jgħid kemm-il konvenju b’valur ta’ iktar minn €20 miljun u iktar minn €25 miljun rispettivament ġie rreġistrat mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2020, ġew irreġistrati sitt konvenji ta’ aktar minn €20 miljun.
Ir-risposta kif jixtieqa l-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata għal raġuni ta’ kunfidenzjalita’.
Abbużi fil-ħruġ ta' visas minn konsolati jew ambaxxati Maltin
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat waslulu rapporti ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi fil-ħruġ ta’ visas minn konsolati jew ambaxxati Maltin u jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il- Ministeru ma rciviex rapport b’allegazzjonijiet ta’abbuzi fil-ħruġ ta’visas minn konsolati jew ambaxxati Maltin. Għaldaqstant qiegħed
nitlob kjarifika il-każ(ijiet) li rrefera l.Onor.Interpellant.
Kummissarju tal-Pulizija – parir bil-miktub dwar il-ħatra
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14422, jista’ l-Ministru jindika fejn fil-parir tal-Kummissjoni Venezja hemm miktub li l-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija tkun tinkludi sena probation?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli interpellant jaf tajjeb li s-sejħa għall-Kummissarju tal-Pulizija kienet regolata mill-Kummissjoni għas-Servizz pubbliku. Din hi Kummissjoni kostituzzjonali u indipendenti bil-membri nominati kemm mill-Gvern u kemm mill-Oppożizzjoni u b’ċerpersin maqbul bejn iż-żewġ naħat.
L-Onorevoli interpellant għandu jkun jaf ukoll li l-mod kif inħatar il-Kummissarju tal-Pulizija kien wieħed mill-punti li l-Kummissjoni Venezja semmiet f’rapport pożittiv dwar ir-riformi kbar li qiegħed jagħmel pajjiżna favur is-saltna tad-dritt. Riformi li qatt ma saru bħalhom fl-istorja ta’ pajjiżna.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14462 u jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’direct orders mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019, sena b’sena, u għal xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tad-direct orders orders mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2019 li nghataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14460, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ xiri ta’ tagħmir bid-direct negotiation mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mingħand il-kumpanija li kienet msemmija separatament inxtraw 13 il-ventilator bħala parti mill-preparamenti għal-pandemija tal-COVID-19.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14463 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont ta’ flus imħallsa lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal dak ix-xiri ta’ apparat mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress illi din l-informazzjoni diġa tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra u allura issa hija pubblika, kull informazzjoni oħra relatata ma’ prezzijiet tkun qed tikser il-kunfidenzjalita kummerċjali.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Segretarju Permanenti — CV
Question
Jista’ l-Ministru jippubblika l-curriculum vitae tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu li l-ħatra tiegħu tħabbret illum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li il-ħatra tas-Sur Christopher Cutajar saret skont kif titlob il-Kostituzzjoni,inkluż bir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatawx flus mill-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda entità u/jew dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma taw flus għall-programm Għajta Waħda.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ammonti ta’ flus mogħtija mill-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, in konnessjoni mal-programm Għajta Waħda.