Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16274 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – tibdil fl-għamara

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamara nbidlet fil-Berġa ta’ Kastilja bejn Marzu 2013 u Marzu 2014? X’kienet l-ispiża għall-għamara l-ġdida?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ispiża li saret fuq għamara diversa f’diversi partijiet tal-Berġa ta’Kastilja kienet ta’ €12,397.99 (VAT eżkluza).

Laqgħat ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jew xi entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu huwiex/humiex skedat/i li jkollu/jkollhom laqgħat mad-delegazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ser tasal Malta fil-weekend li ġej waqt li CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jasal f’Malta t-Tnejn li ġej 28 ta’ Settembru għal jumejn? Jekk iva, minn min intalbet il-laqgħa/t u meta ntalbet? X’inhu s-suġġett li huwa fuq l-aġenda tal-laqgħat u jekk dan jinkludiex il-kuntratt tal-Electrogas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta kellha laqgħa skedata mal-kumpanija msemmija u li ġiet pjanata aktar minn xahar u nofs ilu. Din il-laqgħa kella ssir f’nofs Awwissu li għadda iżda ġiet posposta għal nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Il-laqgħa hi skedata bejn l-uffiċjali tal-Enemalta plc u Siemens Italia spa biex jiġu diskussi materji relatati ma’ proġetti kurrenti bejn iż-żewġ kumpaniji. Infurmat illi l-Kumpanija msemmija m’hix l-istess waħda li tagħmel parti mill-konsorzju tal-Electrogas.
Leg 13 PQ #16403 Sitting 367 2020-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jew xi entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu huwiex/humiex skedat/i li jkollu/jkollhom laqgħat mad-delegazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ser tasal Malta fil-weekend li ġej waqt li CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jasal f’Malta t-Tnejn li ġej 28 ta’ Settembru għal jumejn? Jekk iva, minn min intalbet il-laqgħa/t u meta ntalbet? X’inhu s-suġġett li huwa fuq l-aġenda tal-laqgħat u jekk dan jinkludiex il-kuntratt tal-Electrogas?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda laqgħa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif qed jissuġġerixxi. Minbarra hekk, l-Interpellant ikun mgħarraf ukoll li l-kumpanija msemmija minnu mhix l-istess waħda li tagħmel parti mill-konsorzju tal-Electrogas.

Laqgħat ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jew xi entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu huwiex/humiex skedat/i li jkollu/jkollhom laqgħat mad-delegazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ser tasal Malta fil-weekend li ġej waqt li CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jasal f’Malta t-Tnejn li ġej 28 ta’ Settembru għal jumejn? Jekk iva, minn min intalbet il-laqgħa/t u meta ntalbet? X’inhu s-suġġett li huwa fuq l-aġenda tal-laqgħat u jekk dan jinkludiex il-kuntratt tal-Electrogas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li skont dettalji miġbura mill-entitajiet li jiffirmuw parti mid-dekasteru tiegħi ħadd ma kellu laqgħat mal-kumpanija msemmija.

Avukat tal-Istat – sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma, jew kemm kienu, dawk li applikaw għas-sejħa ta’ Avukat tal-Istat, liema sejħa għalqet l-Erbgħa 23 ta’ Settembru 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Infakkar lill-Onor. Interpellant illi dan hu proċess indipendenti u l-Kummissjoni ta’ Ħatra mwaqqaf skond 3 (e) tal-Att dwar l-Avukat tal-Istat għandha r-responsabilità li tevalwa u tgħati r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Prim Ministru biex jinħatar Avukat tal-Istat. Bħalissa għaddej il-proċess, u fid- 29 ta’ Settembru inħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern li tgħalaq nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru 2020.

Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta' wind farms

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda d-dokument tal-ftehim mal-Montenegro kif imwiegħed fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16051?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16051.

Enemalta – ftehim iffirmat ma’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe u kwalsiasi ftehim iffirmat bejn l-Enemalta u s-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16051.

Status of Forces Agreement mal-Istati Uniti tal-Amerika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jaċċetta li jifforma SOFA (Status of Forces Agreement) mal-Istati Uniti tal-Amerika fi tpartita ma' ftehim internazzjonali bl-għajnuna tal-istess Gvern Amerikan biex Malta ma tiġix imqiegħda fuq il-grey list tal-Moneyval din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

ninforma lill Onorevoli Interpellant li ma hemmx l-ebda konnessjoni bejn SOFA (Status of Forces Agreement) u l- Moneyval.

Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta' wind farms

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15554 u 14658 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat fil-11 ta’ Novembru 2015 mill-predeċessur tiegħu bejn l-Enemalta u l-Montenegro għall-bini ta’ wind farms?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi l-ebda diffikultà nippubblika l-ftehim relatat ma’ dan il-proġett, li jġorr data differenti minn dik ċitata mill-Onor. Interpellant. Kopja tal-istess diġà għaddiet għand il-Pulizija kif rikjest u fil-jiem li ġejjin se nkun qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument. ( Informazzjoni Addizjonali: Ara dokument PL 5325 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 364, nhar it-Tnejn 27 ta' Lulju 2020, kif ukoll Dokument PL 5349 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 366 nhar l-Erbgħa, 29 ta' Lulju 2020)

Chairman – safar

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-safar kollu taċ-Chairman li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament matul l-2018, inkluż il-mawra f’Las Vegas? Jista’ f’kull każ jindika minn min kien akkumpanjat u d-data ta’ kull safra u l-ispiża ta’ kull waħda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċermen, li għalih qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija parlamentari, kien f’din il-kariga sat-30 t’April 2018. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Segretarju Permanenti — CV

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15063, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jippubblika l-curriculum vitae tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħu, peress li jien ma staqsejtux jgħid jekk il-ħatra saritx skont kif titlob il-Kostituzzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li minnħabba protezzjoni tad-data m’hijiex il-prassi li jkunu provduti CVs ta’ Ufficcjali Pubblici f’din il-kamra. Nota biografika dwar is-Segretarju Permanenti tinsab fuq is-sit elettroniku tas-servizz pubbliku, li qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

MFSA — binja

Question

Jista’ l-Ministru tal-Finanzi jgħid fiex wasal ix-xogħol għal bini tas-sede ġdida tal-MFSA, imħabbra fl-2018, u fejn jinsab? Min kien rebaħ it-tender għal bini?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Settembru tal-2018, l-Awtorità ippubblikat Espressjoni ta’ Interess (EOI) u mhux tender, għall-kiri ta’ uffiċini ġodda sabiex tara x’joffri is-suq fiċ-ċentru ta Malta. Sussegwentament, fi Frar tal-2020, wara li evalwat is-sottomissjonijiet kollha ta’ l-EOI kif ukoll l-ispejjeż involuti, ġie deċiż li l-proċess ta’ kiri ta’ uffiċini ġodda jitwaqqaf, u minflok, l-Awtorità qed tevalwa l-possibilita li jsir “re-design u re-development ” tal-binja eżistenti biex l-Awtorità jkollha uffiċini moderni u attrezzati biex jaqdu l-bżonnijiet futuri tagħha. Dan il-proċess ħa jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Request for Qoutes għal Tined, Sleeping Bags, Imħadded, Sodod, Siġġijiet u Mwejjed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14600 u jgħid jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħariġx Request for Quotes għal ammonti kbar ta’ tined, sleeping bags, imħadded, sodod, siġġijiet u mwejjed fl-2020? Jekk iva, meta ħarġet u kemm kienu l-ammonti ta’ oġġetti mitluba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab għall-kwotazzjonijiet għal xiri ta’ diversi oġġetti fosthom: · 70 ten-man tents · 02 inflatable hall tents · 520 sleeping cots · 520 sleeping kits li jikkonsistu minn sleeping bags u mħaded · 520 siġġijiet u 65 mejda mgħammra bit-trolleys biex jinġarru · 01 towable generator · 04 lighting towable towers · 01 power generation vehicles Dan ix-xiri qed isir wara li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċieva l-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti għal xiri permezz ta’ negotiated procedure ma’ disa’ suppliers. Is-suppliers ingħataw sebat ijiem sabiex jissottomettu l-kwotazzjonijiet tagħhom. Il-proċess fil-preżent għadu mhux konkluż

Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta’ wind farms

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14658 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat fil-11 ta’ Novembru 2015 mill-predeċessur tiegħu bejn l-Enemalta u l-Montenegro għall-bini ta’ wind farms?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant jinghata f'seduta ohra.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14662 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru u l-ħlas rispettiv tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 103.

Ex Kummissarju tal-Pulizija – hard drive tal-computer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tħalla jieħu miegħu l-hardrive tal-computer mill-uffiċċju tiegħu ta’ Kummissarju tal-Pulizija meta f’Jannar li għadda rriżenja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kemm ilhom jintużaw il-computers fil-Korp tal-Pulizija il-hard drive tal-Kummissarji rispettivi dejjem ingħatat lilhom meta temmew is-servizz. Irrid ngħid li din hi prassi li nemmen li għandha tinbidel. Fl-istess ħin jien infurmat ukoll li hemm fejn ikun inżamm back up awtomatiku ta' folders. Fil-każ tal-persuna li qed jistaqsi dwaru il-back up li jkun inżamm, inkluż tal-emails, qiegħed fil-pusses tal-Korp tal-Pulizija.

Kumpanija – Direct Orders

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15030 u 14462, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jwieġeb il-mistoqsija kollha u jagħti l-ammonti ta’ flus tan-nefqa jew ħlas li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-perjodu msemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li din l-informazzjoni diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra u allura issa hija pubblika, kull informazzjoni oħra relatata ma’ prezzijiet tkun qed tikser il-kunfidenzjalità kummerċjali.

Kumpanija – Direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15050, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-informazzjoni mitluba u ċjoè kemm kienet in-nefqa għax-xiri tat-13-il ventilator imsemmija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li din l-informazzjoni diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra u allura issa hija pubblika, kull informazzjoni oħra relatata ma’ prezzijiet tkun qed tikser il-kunfidenzjalita’ kummerċjali

Captain Morgan — Spejjeż Relatati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14574 u ċjoe: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14193, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ispejjeż l-oħra relatati, apparti tal-bastiment tal-Captain Morgan, għall-istess operazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija tal-Gvern ta’ Malta numru PR201275 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.