Gaming Authority – impjegati – somma għal early retirement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm impiegati fil-Gaming Authority u min, ingħata s-somma (madwar €60,000) biex jirtira qabel iż-żmien u kemm kien hemm li ġew rifjutati fl-2017 u fl-2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2017 u l-2018 kien hemm zewġ (2) talbiet għal irtirar kmieni.
Waħda ġiet aċċettata u oħra ġiet rifjutata.
Ma kien hemm ħadd li ingħata s-somma msemmija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-Awditur tal-Enemalta li qed jagħmel investigazzjoni fuq il-proġett f’Możura fil-Montenegro jiffurmax parti, jew kienx jagħmel parti mill-Fuel Procurement Committee tal-Enemed? Jekk fl-affermattiv, kemm hija r-remunerazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Transport Malta — inkjesta maġisterjali fuq is-cyber attack
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min intalbet l-Inkjesta Maġisterjali dwar is-cyber attack fi Transport Malta f'Settembru li għadda? F'liema data infetħet?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari PQ16783 tas-Seduta 382 u PQ 16995 tas-Seduta 388.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16783, jista' l-Ministru jgħid:
a. jekk Transport Malta talbitx il-ftuħ ta' Inkjesta Maġisterjali;
b. jekk iva, meta;
c. jekk le, għala;
d. jekk le, għala huwa ma ordnax waħda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet rapport lill-Pulizija Eżekuttiva u li b’konsegwenza ġiet skattata Inkjesta Maġisterjali li għadha għaddejja.
Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – kawża Repubblika vs Malta – ħlas lill-avukati Spanjoli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas li sar s’issa u/jew li ser isir b’kollox lill-avukati Spanjoli li huwa qabbad biex jiddefendi lill-Gvern Malti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża ta’ Repubblika vs Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-konflitt ta’ interess multiplu li għandu kemm bħala r-rappreżentant legali tal-għaqda Repubblika kontra r-Repubblika Maltija fil-kawża li nfetħet fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, ir-rwol tiegħu bħala membru f’din l-ogħla istituzzjoni tal-Istat Malti, li kontrih qed imexxi l-kaw¿a, u saħansitra l-po¿izzjoni li ġie fdat fiha bħala Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, li taħtu taqa’ l-kwistjoni tal-kawża odjerna.
Infakkar li dan diġà kien rifless f’inkjesta maġisterjali li ntalbet mir-Repubblika, assistita legalment mill-Onorevoli interpellant, fejn akkuzat lill-Forzi Armati ta’ Malta u lill-Prim Ministru bi qtil volontarju.
Irrid infakkar lill-Onorevoli interpellant li sa qabel ir-riforma storika fil-ħatra tal-ġudikatura, li issa qed tiġi kkontestata fil-Qorti Ewropea, kien fid-diskrezzjoni assoluta ta’ Prim Ministru li jagħzel min għandu jinħatar imħallef jew maġistrat.
Ir-riforma, li twettqet din is-sena, ġiet imfaħħra wkoll mill-Kummissjoni Venezja wara riservi inizjali kontra prattika li tħaddmet għal għexieren ta’ snin, inkluż meta l-istess Onorevoli interpellant kien parti minn amministrazzjoni li m’għamlet xejn biex terħi dan il-poter minn idejha.
Dan il-Gvern għadu determinat li jkompli jieħu deċiżjonijiet oħrajn li jsaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Min-naħa l-oħra, l-uniku skop tal-Onorevoli interpellant u l-Oppożizzjoni hu li jwaqqfu l-progress nazzjonali.
L-Onorevoli interpellant imissu mgħarraf ukoll kif l-użu ta’ avukati minn stat ieħor Ewropew f’rappreżentanza ta’ kawżi internazzjonali hi prassi mifruxa fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, kif kien jiġri wkoll fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti. Tali prassi hi wkoll skont ir-regoli fundamentali tal-istess Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant irrid ngħid li l-azzjoni kapriċċjuża fil-kawża msemmija mill-istess Onorevoli interpellant se tkun qed tiswa lil pajjiżna madwar €80,000 fi spejjeż legali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti ta' konsulenzi legali lil avukati u ditti legali
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka l-kuntratti kollha ta’ konsulenzi legali lil kull avukat u kull ditta legali minn kull entità li taqa’ taħtu li ngħataw mil-1 ta’ Marzu 2013 sa Jannar 2020? Jistax għal kull każ, jgħid x’kien l-ammont imħallas u l-isem tal-avukat/ditta?
Response (ABELA, ROBERT)
Rigward l-NDSF, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 11999. Ninsab ukoll nfurmat li fl-2020 din l-entita tat kuntratt ta’ konsulenza legali lill Dalli Advocates għal-ammont ta’ €2,970.0.
Ninsab ukoll nfurmat li s-Servizz.gov tat kuntratt ta’konsulenza legali lid-ditta legali SZA fejn fl-2017 l-ammont kien ta’€289.10, fl-2018 l-ammont kien ta’ €1,073.80 u fl-2019 l-ammont kien ta’€3,510.50.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-ebda entità fi ħdani ma ħalset għal spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru ma ħalset kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma tħallsu l-ebda spejjeż jew sar xi ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti, fid-dati msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li hemm membru tal-Ġudikatura li jagħlaq 65 sena fl-2020, żewġ membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2021, tliet membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2022 u żewġ membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2023.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie infurmat li Transport Malta soffriet Cyber Attack fl-aħħar xhur? Jista’ jgħid meta ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u minn min?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat bl-attakk li sofriet l-Awtorita’ ta’ Transport f’Malta nhar il-Ħadd, 27 ta’ Settembru 2020.
L-Awtorita’ ta’ Transport qatt ma kienet f’kuntatt mal-Maġistrat tal-Għassa.
Transport Malta – Call centre ġdid f’Tal-Pietà – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ntefqu s’issa u kemm għandhom jintefqu b’kollox fil-call centre ġdid ta’ Transport Malta f’Tal-Pieta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta la kellha u lanqas għandha ppjanat l-ebda Call Centre f’Tal-Pieta’.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019, mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jew minn kwalisiasi entità li taqa’ taħtu, ma tħallsu l-ebda spejjeż ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma ħallsu xejn għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti fiż-żmien imsemmi minnu.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ebda dipartiment jew entitá fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma ħallset għal kwalsiasi spejje¿ relatati ma interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti, bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda xogħol u lanqas ħlas ghal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali fil-perjodu msemmi.
Ministeru għal Għawdex — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ma għamlu l-ebda ħlas għal xi xogħlijiet kif inidkat.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u kwalsiasi entita’ li taqa’ taħt r-responsabilita tal-Ministeru, ma ħallsux spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti fil-perijodu li qed ikun indikat minnhu.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda entita’ ma ħalset għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entita’ li kienet taqa’ taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija, ma tatx xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti. Allura ma sar l-ebda ħlas f’dan ir-rigward.