Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) – kawżi ġodda ppreżentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kawżi ġodda fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taħt:
Sena 2013
Sena 2014
Sena 2015
Sena 2016
Sena 2017
Sena 2018
Sena 2019
Sena 2020
Sena 2021
Sede Superjuri
119
126
122
147
130
141
131
129
1
Sede Inferjuri
20
20
13
18
11
15
8
16
0
Total
139
146
135
165
141
156
139
145
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appell ġie ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena? Kemm kien iż-żmien medju (snin) ta’ stennija fl-2013 għall-ewwel seduta f’appelli ċivili quddiem il-Qorti tal-Appell u kemm huwa llum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ appelli introdotti fil-Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena kien hekk:
SENA 2013 – 455
SENA 2014 – 449
SENA 2015 – 396
SENA 2016 – 471
SENA 2017 – 447
SENA 2018 – 334
SENA 2019 – 331
SENA 2020 – 319
SENA 2021* - -5 * Sal-11 ta’ Jannar 2021.
Iż-żmien ta’stennija jvarja minn appell għall-ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri hemm pendenti, fejn l-akkuża hija omiċidju volontarju? Jistax għal kull wieħed jgħid meta ġie ippreżentat l-Att ta’ Akkuża rispettivament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-11 ta’ Jannar 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri hemm pendenti fejn l-akkuża hija money laundering? Jistax għal kull wieħed jgħid meta ġie ppreżentat l-Att ta’ Akkuża rispettivament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-11 ta’ Jannar 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-użu ħażin, deliberat, mifrux u/jew il-ħela fl-użu ta’ fondi pubbliċi għandux ikun delitt ad hoc, kif hemm f’diversi pajjiżi fl-Ewropa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li diġa` hemm reat li jixbah ħafna, fl-elementi kostitutivi u kif ukoll fin-natura u x-xorta tiegħu, dak li huwa deskritt fis-suġġett tal-mistoqsija parlamentari.
Dan huwa r-reat ta’ embezzlement li jinsab fl-artikolu 127(1) tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Infatti juża terminoloġija kważi identika għall-mistoqsija parlamentari meta jistipola s-segwenti:
Kull uffiċjal jew impjegat pubbliku illi, għal xi vantaġġ privat tiegħu jew għall-benefiċċju ta’ xi persuna jew entità oħra, jagħmel uz
u ħażin minn flejjes tal-Gvern jew tal-privat, karti ta’ kreditu jew dokumenti, titoli, atti
jew ħwejjeġ mobbli, illi jkunu ġew fdati lilu minħabba l-kariga jew impieg tiegħu, jew jisraqhom, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn sentejn sa sitt snin, u l-interdizzjoni ġenerali perpetwa.
Dak li ma jinkwadrax f’dan ir-reat jista’ pero` jinkwadra fir-reat ta’ misapproprjazzjoni għat-tenur tal-artikolu 293 u 294 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, jew inkella f’dak ta’ frodi li jinsab fl-artikoli 308 (
obtaining money or property by false pretences)
u 309 (
other causes of fraudulent gain
) tal-Kodiċi Kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appuntamenti għall-pubbliku in ġenerali kif ukoll għal inmates fil-Correctional Services Agency, matul is-snin 2018, 2019 u 2020 mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-appuntamenti li ngħataw għas-snin 2018, 2019 u 2020 huma kif spjegat hawn taħt:
Sena
Appuntamenti lill-publiku mal-Avukat tal-Għajnuna Legali
Appuntamenti mal-
inmates ta’ CCF
Total għal kull sena
2018
418
232
650
2019
262
341
603
2020*
194
194
388
*Bejn it-18 ta’Marzu u 12 ta’ Ġunju, meta l-pajjiż kien parzjalment f’
lockdown
, l-Aġenzija kienet tiftaħ bil-prekawzzjonijiet kollha sabiex persuni li jitolbu l-assistenza tal-għajnuna legali jkunu jistaw jingħataw informazzjoni meħtieġa. Appuntamenti mal-Avukati ma sarux.
Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2020 kemm kien hemm ħaddiema full-time, part-time jew li għandhom contract of services mal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul u sa tmiem is-sena 2020 kien hemm:
Sena 2020
Full-timers4
Part-timersXejn
Contract of Service Xejn
Contractor Employees 1 Reception
1 Security
Avukati għall-Għajnuna Legali22
Prokuraturi Legali 19
Appelli Kriminali u ġurijiet pendenti li qed jużaw is-servizz tal-għajnuna legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar tas-sena 2020 kemm hemm appelli kriminali u ġurijiet pendenti li qed jużaw is-servizzi tal-għajnuna legali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-ġurijiet u appelli kriminali pendenti assistiti bl-għajnuna legali sa tmiem is-sena 2020 huma:
Sena 2020
Ġurijiet pendenti sa tmiem sena 20205
Appelli pendenti sa tmiem sena 202049
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il subbasta saret fil-Qrati tal-Ġustizzja, sena b’sena, mill-2013 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ subbasti illi saru fil-Qrati tal-Ġustizzja sena b’sena, mill-2013 sal-2020 huwa kif indikat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor Membru Parlamentari n-numru ta’ kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taht:
SENA 2013- 1563
SENA 2014- 1539
SENA 2015- 1575
SENA 2016- 1577
SENA 2017- 1530
SENA 2018- 1742
SENA 2019- 1772
SENA 2020- 1823
SENA 2021 - 43
Qorti tal-Maġistrati (Malta) – kawżi ġodda ppreżentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kawżi ċivili ġodda ppreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
sal-11 ta' Jannar 2021
397
429
394
342
381
347
316
279
8
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jgħid min kien fuq is-selection board u x’kienu s-selection criteria? Jekk ma kienx hemm kriterji ta’ għażla, fuq liema bażi saret l-għażla?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-bord tal-għażla maħtur kien kompost miċ-Chief Justice Emeritus Joseph Azzopardi, l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u s-Sur Vincent Muscat, Segretarju Permanenti. L-kriterji tal-għażla kienu stabbiliti mill-Bord tal-Għażla maqsuma kif ġej:
Kriterji tal-għażlaIl-massimu tal-marka stabilita għall-kull kriterju:
Related Knowledge15
Relevant Experience15
Additional Qualifications5
Communication Skills15
Organisational Skills15
Teamwork10
Aptitude & Motivation 15
Work Ethics10
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jgħid min intgħażel bħala Avukat Kap tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali, u meta? Min huwa s-CEO ta’ din l-Aġenzija u meta ntgħażel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Mis-sejħa maħruġa f’Marzu 2020 ħadd ma kien idoneju li jgħaddi mill-intervisti li saru fid-29 ta’ Lulju 2020 għal din il-kariga w għalhekk l-posizzjoni għadha vakanti. Minn matul ix-xhur tal-bidu tal-pandemija u ċjoe minn April 2020 ‘l hawn, il-proġetti tal-Aġenzija baqgħu għaddejja b’ritmu stabbli bid-direzzjoni tal-uffiċjali anżjani adetti mal-Aġenzija. Fil-fatt l-uffiċini tal-Għajnuna Legali Malta ġew trasferiti fil-binja ġdida mit-3 ta’ Lulju 2020 b’avviż numru 738 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern u saret l-inawgurazzjoni fl-1 ta’ Diċembru 2020. Proġett inizjattiva oħra li bdiet mill-aħħar t’April 2020 huwa s-servizz tal-assenjar ta’ avukat għall-pariri lill-vittmi ta’ vjolenza domestika – proġett suċċess u filfatt sar MoU ma’ entitajiet oħra dwaru. Fl-aħħar kwart tas-sena inħarġet wkoll is-sejħa tal-avukati u prokuraturi għall-għajnuna legali li n-nomina tagħhom bdiet mill-1 ta’ Jannar 2021.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għal din il-pożizzjoni ser terġa tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jgħid min kien qed jeżerċita d-dmirijiet ta’ Avukat Kap u CEO tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali fil-frattemp sakemm saret l-għażla ta’ Avukat Kap/CEO fl-2020? Xi ħlasijiet saru lil persuna/i li imlew dan il-post fl-2020 sakemm saret l-għażla finali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li preżentament l-amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali qed titmexxa mill-uffiċjali addetti magħha fil-karigi rispettivi tagħhom, u ma jsiru ebda ħlasijiet aktar mill-pagi dovuti lilhom, taħt is-superviżjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja. L-aspett legali, fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Aġenzija, qed jitmexxa bl-assistenza tal-Avukati tal-Għajnuna Legali fuq il-lista uffiċjali u jitħallsu remunerazzjoni li bejnithom hija ekwivalenti ta’ paga ta’ Avukat Kap u cioe:
Tip ta’ xogħol legali
Remunerazzjoni fix-xahar
Numru ta’ Persuni appuntati
Għall-ġurijiet, patteġjamenti, laqgħat mal-klijenti, kull kitba ta’ atti legali, rappreżentanza u sottomissjonijiet orali fil-Qorti.
€1,000
1
Appelli Kriminali: laqgħat mal-klijenti, kitba tal-appelli u kitba t’atti legali kollha u rappreżentanza fil-Qorti u assistenza lill-avukat tal-għajnuna legali li jirrapreżenta klijenti fil-ġurijiet.
€800
2
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet kollha li għamlet l-Aġenzija għall-Għajnuna Legali bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-rummerazzjonijiet li tħallsu t -22 avukat tal-għajnuna legali għas-sena 2020 jammontaw għal €167,600.
Avukati – assistenza lill-vittmi ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-avukati biex jassistu l-vittmi ta’ vjolenza domestika u kemm huwa ħlas tagħhom? Kemm kien il-ħlas lilhom fl-2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
It-tliet (3) avukati tal-għajnuna legali biex jassistu l-vittmi ta’ vjolenza domestika ġew appuntati mill-24 t’April 2020, a tenur ta’ Artikolu 89 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta. Huma jitħallsu €650 fix-xahar għax-xogħol ta’ pariri kollha li jgħatu lill-vittmi assenjati lilhom.
Peress li l-Ministru fil-ftuħ tal-Uffiċċju tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali qal li sar investiment ta’ €1.4 miljun, jistax ġentilment jagħti spjegazzjoni dettaljata fuq xiex intefqu dawn il-flus?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ċ-ċifra tinkludi l- kera għall-post minn fejn tiffunzjona l-għajnuna Legali fuq medda ta’ għaxar snin, l-pagi tal-impjegati fl-Aġenzija u rimunerazzjoni tal-Avukati tal-għajnuna legali u prokuraturi legali appuntanti, għamara ġdida għall-uffiċini ġodda kif ukoll spejjeż rikorrenti essenzjali għall-funzjoni tal-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid saritx jew fiex waslet it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li twaqqaf kumitat sabiex jaħdem fuq it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937. Uffiċjali Pubbliċi qed jipparteċipaw u jsegwu laqgħat tal-Expert Group tad-Direttiva (UE) 2019/1937 fuq livell Ewropew.
Jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjonijiet saru jew qed isiru jew qed jippjana li jsiru fit-tħejjija tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur ta’ liġi tal-Unjoni? Ma’ min?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jippanja li ssir konsultazzjoni pubblika onlineu konsultazzjoni oħra mal-Malta Council for Economic and Social Development(MCESD).