Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-entitajiet fid-dekasteru tiegħi ma għandhomx ftehim kollettiv.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 3 entitajiet li għandhom il-ftehim kollettiv tagħhom skadut. Dawn huma: · Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) · Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) · Kummissjoni Maltija għal Films. Bħalissa għaddejjin in-negozjati biex isir qbil fuq ftehim kollettiv ġdid, bl-MCCAA u Kummissjoni għal Films jinsabu fi stadju avvanzat. Inżid li hi l-prassi li kull fejn hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd propju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li b’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18469, li fil- Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, l-uniku ftehim kollettiv li skada hu tal-‘Local Enforcement System Agency’ u dan b’seħħ mil-31 ta’ Diċembru tas-sena 2020. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — entitajiet li għandhom il-ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-ebda entita’ ma għandha ftehim kollettiv li skada. Iżda hemm żewġ entitajiet li qiegħdin jinnegozjaw l-ewwel ftehim kollettiv tagħhom. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-ebda entità ma għandha Ftehim Kollettiv skadut u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Ministeru għas-Saħħa — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet/dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma hemm l-ebda ftehim kollettiv li skada filwaqt li nżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba' (4) entitajiet fid-dekasteru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li għandhom ftehim kollettiv skadut. Dawn huma: · Heritage Malta – skada fl-aħħar tal-2019. · Malta Philharmonic Orchestra – skada fl-aħħar tal-2020. · Arkivji Nazzjonali – skada fl-aħħar tal-2020. · Skrivani tal-Kunsilli Lokali - skada fl-aħħar tal-2017. · Direttorat għar-Restawr – skada fl-aħħar tal-2018. Dawn l-entitajiet jinsabu fil proċess ta' evalwazzjoni u preparazzjoni amministrattiva sabiex fi ftit żmien ikunu jista' jiġi aġġornat u konkluż kull ftehim rispettiv.
Leg 13 PQ #18461 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-unika entita fid-dekasteru tal-Prim Minsitru li għandha bħalissa ftehim kollettiv li skada hija l-EUPA.Dan skada fil-31 ta’ Dicembru 2020. In¿id ukoll li hi prassi li kull fejn hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesigu li dan jibda jgħodd propju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18463 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tagħha li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li bħalissa l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għandha ftehim kollettiv skadut li jkopri sas-sena 2020. Bħalissa qed isiru laqgħat mal-Union konċernata għal ftehim kollettiv ġdid. Infurmata wkoll li l-Università ta' Malta għandha l-Ftehim Kollettiv għall-istaff akkademiku tal-Università ta' Malta u tal-Junior College li skada fil-31 ta' Diċembru 2018. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tagħha li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-unika entità li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej hija l-Commonwealth Centre for Connected Learning. Tali entità qatt ma kellha ftehim kollettiv li jirregolaha.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda entita fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol li għandha ftehim kollettiv li skada.

Operat ta’ kumpaniji u industriji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kumpanija u industrija rrikolat l-operat tagħha lejn Malta mill-2013 sal-lum, sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ma jkolliex din it-tip ta' informazzjoni. Malta Enterprise għandha informazzjoni biss dwar il-kumpaniji li jkunu rrikorew għandha għall-iskemi li toffri.

Malta Enterprise – ilmenti minħabba Covid Wage Supplement

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm-il ilment minn impjegati rċeviet il-Malta Enterprise fl-2020 u 2021 s’issa għax ma rċevewx il-Covid Wage Supplement mill-employer tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise rċeviet 243 ilment mingħand impjegati li qed jallegaw li ma rċevewx il-Covid Wage Supplement mill-employer tagħhom. Dawn l-ilmenti qed jiġu nvestigati.

Malta Enterprise — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati, uffiċjali, konsulenti eċċ fil-Malta Enterprise u kif inhuma mqassmin skont id-designation/sejħa tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Grade Employees Chairman 1 CEO 1 COs 16 Heads 51 Managers 47 Administrators 47 Cleaner / Watchman 18 Driver / Security / Messenger 10 Total Mpjegati 191* Konsulenti 16 * 4 minnhom huma detailed

Koperattivi ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il koperattiva ġdida ġiet imwaqqfa/reġistrata kull sena bejn l-2017 u llum? Liema huma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Fis-sena 2017 ġew reġistrati 4 koperattivi - Malta Snail Farmers Coop Ltd. Comino Xperience Co-op Ltd. Enerġija Pożittiva Co-op Limited Koperattiva tat-Tadam għall-Ipproċessar Ltd. Fis-sena 2018 ġew reġistrati 2 koperattivi - Gozo-Comino Ferries Co-operative Limited Malta Bus Coop Ltd. Fis-sena 2019 ġiet reġistrata koperattiva waħda - SportsLink Coop Ltd. Fis-sena 2020 ġew reġistrati 2 koperattivi - Kixott Cooperative Ltd. Reach Co-op Ltd. Fis-sena 2021 - NIL

Legal Aid Agency – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta skada l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Legal Aid Agency?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali m’għandiex ftehim kollettiv iżda struttura tas-salarji li bħalissa qiegħda fil-proċess li tiġi mġedda.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – ftehim kolletiv tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta skada l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Jannar ta’ 2018 ġiet imfassala struttura ta’ salarji ġodda għall gradi legali u bħalissa għaddejjin laqgħat dwar ftehim kollettiv dwar il-gradi legali.

Malta Enterprise – Letter of Intent

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw Letter of Intent mill-Malta Enterprise skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ, tista’ tgħid ukoll fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji li huma approvati.