Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument/deċiżjoni tal-Interpol, meħuda fix-xahar ta’ Ottubru 2021, fejn fiha/fihom irrevokat il-mandat ta’ arrest internazzjonali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament maħruġ mill-awtoritajiet ta’ Ċipru u li fih l-Interpol (permezz taċ-Chairman of the Commission for the Control of INTERPOL's Files li d-dettalji dwaru ukoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, , kif ukoll il-Commission Secretariat) iddikjarat hekk:
"43. The Commission considers that it evaluates all relevant information and pertinent elements when it applies the predominance test, as mentioned in paragraph 32 above, and as such, inview of the general context of the case, the lack of sufficient information linking the wanted individual to the charges against him supports his arguments of a predominantly political nature to the proceedings.”,
kif ukoll:
"44. Accordingly, and in view of all the above-mentioned elements, even assuming the offenses as described are of a common-law character, the commission finds that the NCB of Cyprus has not provided sufficient elements to counterbalance the arguments brought by the Applicant concerning a political predominance of the proceedings, and has not provided sufficient facts that specifically link the Applicant to the charges against him. Therefore, the Commission is prevented from concluding that the data challenged in this regard comply with Article 3 of INTERPOL's constitution.
FOR THESE REASONS, THE COMMISSION
Decides that the data concerning the Applicant are not compliant with INTERPOL'S rules applicable to the processing of personal data, and that they shall be completed from INTERPOL's files
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa każ li kif indika hu fil-mistoqsija tiegħu, jirrigwardja Stat ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm-il applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Awtorità tad-Djar fl-iskema ta’ installazzjoni ta’
stair lifts,
daħlu fl-aħħar sentejn;
b) kemm minnhom ġew approvati; u
c) f’dawk li ġew approvati, liema ditti ġew ingaġġati mill-applikanti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar sentejn l-Awtorità tad-Djar irċeviet 272 applikazzjoni għal twaħħil ta’ stair lifts li minnhom 252 ġew approvati. Meta tiġi approvata applikazzjoni l-Awtorità tinforma lill-benefiċjarji bl-għotja massima li tingħata wara li jitlesta x-xogħol u jiġu sottomessi l-irċevuti fiskali.
Wara li jiġu approvati x-xogħlijiet il-benefiċjarji jqabbdu fornitur tal-għażla tagħhom sabiex jwaħħal l-istair lift. B’hekk l-Awtorità m’għandha l-ebda kontroll u deċiżjoni fuq liema ditti jew kumpaniji jiġu mqabbda sabiex iwettqu x-xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23660 u 24096 u u jgħid, kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- mistoqsija 23660 ma ntbaghtetx lill dan il Ministeru. It-Twegiba 24233 tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus ġewwa l-Libja u t-Turkija fl-2021 mill-PBS u f’kull każ min kienu l-persuni li rrapreżentaw lill-PBS f’dawn iż-żjarat fil-Libja u t-Turkija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmijja zjarat kienu relatati ma’ produzzjonijiet ta’ programmi televiżivi u l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Good Causes Fund – Għaqda Mużikali Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien – reviżjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jara jekk hemmx lok li tiġi riveduta d-deċiżjoni tal-Good Causes Fund komunikata lill-Għaqda Mużikali Maria Annunziata ta’ Ħal Tarxien fis-17 ta’ Diċembru 2021 fejn ġiet rifjutata l-applikazzjoni tal-imsemmija Għaqda Mużikali għall-għajnuna finanzjarja għall-proġett uniku, kbir u ta’ valur kulturali li għalih saret l-applikazzjoni, ġaladarba ma ngħatat ebda raġuni għar-rifjut tat-talba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-istess proġett l-istess għaqda muzikali fl-2017 diġà ingħatat għajnuna f’eluf ta’ ewro fuq l-istess proġett. Il-fond għall kaw¿i soċjali għandu kriterji stabbiliti li fuqhom jagħti l-għajnuniet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23746 u jgħid kemm kienet ir-rata ta' in-work poverty f'Malta kull sena fil-perjodu bejn l-2012 u sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont statistika dwar id-dħul u kundizzjonijiet tal-ħajja (EU-SILC), ir-rata ta’ in-work poverty f’Malta kull sena fil-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2020 hija kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Ir-rata ta’ pajjizna fl-2020 kienet il-ħames l-inqas waħda fiz-Zona Ewro, pozizzjoni relattiva aħjar milli kienet fl-2012.
Din l-istatistika, tittratta lil dawk f’impjieg għal mill-inqas seba’ xhur u li jaqilgħu inqas minn l-ekwivalenti ta’ 60% tad-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali f’kull sena.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli interpellant li r-rata ta’ dawk jaħdmu (minn 18 sa 64 sena) u li huma f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqset minn 5.8% fl-2012 għal 1.6% fl-2020.
SenaRata ta’ in-work poverty (%)
20125.2
20135.8
20145.5
20155.8
20165.8
20175.8
20186.4
20196.5
20207.4
Sors: Stħarriġ dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja
Nota: Il-figuri jirreferu għall-persuni fl-età ta’ bejn it-18 u l-64 sena
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ kirja ta’ binja f’Santa Venera/Ħamrun li fiha ser jiċċaqilqu l-Planning & Priorities Coordination Division; Funds & Programmes Division; Measures & Support Division u l-European Union Programmes Agency?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jagħmilx sens kummerċjali li l-kirja ta’ iktar minn €30,000 fix-xahar għall-binja f’Santa Venera/Ħamrun għall-Planning & Priorities Coordination Division; Funds & Programmes Division; Measures & Support Division u l-European Union Programmes Agency bdiet sena ilu fl-2021, meta sal-lum l-imsemmijin uffiċini għadhom ma bdewx joperaw mill-binja msemmija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fuq l-imsemmija uffiċini għaddejjin numru ta’ proċessi ta’ xiri pubbliku bħal għamara li ma setgħux jinbdew qabel kien konkluż il-proċess tal-kirja tas-sit u qabel ma jitlestew dawn l-proċessi kollha ma jkunx jista’ jitlesta u jidħlu l-haddiema.Ninsab ukoll infurmat li l-kuntratt tal-binja kkonċernata sar wara proċess ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jammonta għal madwar €180,000 fis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naqbilx mas-salarju li qed jallega l-Onor. Azzopardi ghaliex il-persuna indikata mhux veru għandha dak is-salarju, kif jista' jikkonferma kulhadd mill-kuntratti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għal mistoqsijiet fosthom tal-Onor. Azzopardi stess fix-xhur li għaddew.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jammonta għal madwar €220,000 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju li qiegħed jieħu s-Sur David Curmi fil-kapaċita` tiegħu ta’ Chairman Ezekuttiv huwa ferm anqas mit-total tas-salarju ta’ Chairman u CEO preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jammonta għal madwar €190,000 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tas-Sur Paul Bugeja ilu fis-seħħ minn Marzu tal-2018 u s-salarju tiegħu hu ferm anqas minn dak imsemmi hawn fuq.
Electrogas – Kummissarju tal-Pulizija – talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Kummissarju tal-Pulizija għamel talba lill-Gvern Amerikan biex jingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b'mod awtonomu.
Electrogas — Talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta huwa għamel talba lill-Gvern Amerikan biex jingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li talba saret u r-risposta għadha ma waslitx.
FIAU — Talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għamlet talba lill-Gvern Amerikan biex tingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar talbiet jew skambjar ta' intelligence bejn il-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (l-FIAU) u entitajiet oħra hija protetta b’kunfidenzjalita` u tista` biss tiġi mikxufa skont l-artiklu 34 tal-Kap. 373 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Att Kontra Money Laundering).
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23493 u ċjoè: Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261, jista’ l-Ministru, jgħid min hija l-kumpanija magħżula li ser tistudja l-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li jdum dan l-istudju u kemm ser jiġi jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-kumpaniji magħżula għall-istudju tal-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paul huma Terracore Ltd li ser jagħmlu l-istudju fuq it-triq u CTP Consulting Engineers International Ltd li ser jagħmlu r-rapport dwar il-kawżi tal-ħsarat tat-triq, L-ispejjeż huma ta’:
€ 8,418.80 ex VAT u € 4,000 ex VAT rispettivament.
L-istudju ser jieħu madwar tliet ġimgħat u r-rapport ser jieħu madwar erba’ ġimgħat. Fix-xahar ta’ Diċembru kien deċiż li ma jsirx l-istudju biex ma jkunx hemm disturbazzjoni fil-pjazza minħabba l-attivitajiet soċjali u kummerċjali relatati mal-Milied. L-istudju ser jibda hekk kif ikunu disponibli uffiċjali tat-Transport Malta li jiggwidaw il-fluss tat-traffiku waqt l-istudju.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23660 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.