Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema mħaddma mill-GWU tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda f’xi skema mħaddma mill-Fondazzjoni tal-General Workers’ Union u li kienu jirreġistraw għax-xogħol qabel ma ttieħdu mill-Fondazzjoni? F’liema impjiegi qegħdin jitpoġġew, ma’ liema awtorità, dipartiment, aġenzija jew kumpanija huma qegħdin jintbagħtu jaħdmu? X’inhi t-take home pay tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – rata baxxa ta’ ħlas lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus jagħmlux aċċertazzjoni li f’kumpaniji tal-manifattura ma jkunx qed jintuża l-ingaġġ ta’ ħaddiema barranin biex jitbaxxew ir-rati li jitħallsu bihom il-ħaddiema Maltin fuq l-istess xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mal-applikazzjoni għall-permess tax-xogħol, min iħaddem irid jagħmel dikjarazzjoni dwar il-paga rilevanti. Jobsplus taċċerta li din ma tkunx inqas mill-paga minima applikabbli.

Jobsplus – ħaddiema barranin li għandhom permess jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li kellhom permess biex jaħdmu f'Malta li huma rreġistrati ma' Jobsplus fl-2019 u 2020? Kemm huwa dak in-numru illum? Jista' jgħid kemm minnhom ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom ġejjin minn pajjiżi terzi? Teżisti statistika dwar kemm ħaddiema barranin jaħdmu fuq il-gżira Għawdxija u jekk iva, kemm huwa dan in-numru? Jista' jinforma lil din il-Kamra x'passi tieħu Jobsplus biex kemm jista' jkun jiġi kkontrollat l-abbuż ta' ħaddiema barranin li jistgħu jkunu qed jaħdmu Malta llegalment?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus – laqgħat tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord ta’ Jobsplus mis-sena 2017 sa din is-sena kurrenti, sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kemm-il darba ltaqa’ l-Bord ta’ Jobsplus mis-sena 2017 sa din is-sena kurrenti, sena b’sena jinsab fit-tabella t’hawn taħt. 2017 7 2018 8 2019 7 2020 4 2021 (Jannar u Frar) 1

Lista tal-Qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – travel tickets, cash benefits u allowances

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ travel tickets, cash benefits u allowances li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Infiq għal Promotion — Press

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq għal Promotion – Press bħala spiża attwali għas-snin 2019 u 2020? Jista’ l-Ministru jgħid liema press u media houses intużaw u għal liema proġett jew attività jew messaġġ? Jista’ jgħid ukoll f’liema ammonti tħallsu kull waħda minn dawn il-media houses?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal xiex qed jirreferi.

Jobsplus — Rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus u Caritas – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u l-Caritas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus u Richmond Foundation – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u Richmond Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużhoni u l-Kwalità tal-Ħajja — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uniku ftehim kollettiv skadut mill-entitajiet fid-dekasteru tiegħi huwa ta’ SportsMalta. Dan skada f’Diċembru 2020 iżda bħalissa jinsabu għadejjin diskussjonijiet ma’ l-Union għall-ftehim kollettiv ġdid. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità li taqa taħt il-Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 ma għandha ftehim kollettiv skadut.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim kollettiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali li huwa bbażat fuq Direttiva 7 – Struttura ta’ Salarju skont l-IRU skada fil-31 ta’ Diċembru 2020, u bħalissa jinsabu għaddejjin diskussjonijiet ta’ negozjat. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Skema Xogħol fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità? Kemm hemm f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Nisa li sabu impjieg part-time jew full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — entitajiet li għadhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-entitajiet bi ftehim skadut huma MATS (AIM u Administration & Technical), l-Awtorità tat-Trasport u Infrastracture Malta. Dawk fil-MATS skadew fi tmiem l-2019 u l-2020 rispettivament, waqt li tal-Awtorità tat-Trasport u Infrastructure Malta skadew fl-aħħar ta’ Diċembru 2020. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.
Leg 13 PQ #18475 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel għandha tliet ftehimi kollettivi li skadew fil-31 ta’ Diċembru 2020. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għas-Solidarjietà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jien responsabbli, ma għandhomx ftehim kollettiv li skada.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma għandha ftehim kollettiv skadut.