Legislature:
Category:
Reset
Active:

Jobsplus – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Jobsplus u x’inhu l-grad tagħhom? Kemm kien hemm fl-2017?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ impjegati ma’ Jobsplus fis-sena 2017 kien ta’ 312-il persuna. Fis-sena 2020, l-ammont ta’ impjegati ma’ Jobsplus kien ta’ 315-il persuna. Il-grad tagħhom fis-sena 2020 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Jobsplus — outsourcing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Jobsplus għandhiex xogħol li qed isir minn terzi (outsourcing)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema Bridging the Gap għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 6 persuni b’dizabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap.

Servizz ta’ taħriġ fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati fl-2019, 2020 u 2021 lil Job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta’ pajjiżna? Kemm kien hemm parteċipanti f’dawn is-sessjonijiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2019, 2020 u 2021 ġew organizzati 12-il attività ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali fejn 52 Persuna tista’ tkun ipparteċipat għal izjed min taħrig wieħed. Job coach ġie mibgħut jipparteċipa f’waħda jew aktar minn dawn is-sessjonijiet. It-taħriġ kien jikkonsisti f’: · 4th Annual Conference on Suicide Prevention and Self Harm Behaviours · Is-saħħa mentali tiegħi fuq il-post tax-xogħol · MHAG Conference - Mental Wellness in Covid Times (online) · Remembering without suffering: Tackling trauma · Self-Care and Wellbeing · Young people and their mental health (online) · Supporting victims of domestic violence (online) · Understanding anxiety, depression and CBT (online) · Self-Care and Resilience · Mental Health First Aid · Mental Health First Aid Refresher Course · Supporting Clients with Mental Health Issues at the Workplace

Persuni li jaħdmu part-time u full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2020? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella A li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li qed jaħdmu fuq ba¿i part-time bħala primary job u part-time mal-full-time u tabella B li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li l-età tagħhom hija minn 62 sena-il fuq (62 inkluz) u li qed jaħdmu fuq bazi part-time bħala primary job u part-time mal-full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2020. Tabella-A Settembru 2020 Nisa Irġiel Total Part-Time Only 18,497 13,639 32,136 Part-Time with FT 10,888 20,786 31,674 Tabella-B 62 sena-il fuq (62 inklu ¿ ) Settembru 2020 Nisa Irġiel Total Part-Time Only 2,271 4,736 7,007 Part-Time with FT 223 997 1,220 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.

Jobsplus – spezzjonijiet – unlicensed Foreigners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul l-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020, instabu elfejn tlett mija u tmien (2,308) persuna barranija, li kienu qed jaħdmu hawn Malta mingħajr liċenzja tax-xogħol.

Ħaddiema li jaħdmu bil-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu bil-kuntratt? Kemm kien l-għadd fl-2019 u fl-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni li jaħdmu part-time only jew full-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 u Settembru 2020. Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar it-tip ta’ kuntratt li jkollhom il-ħaddiema. Diċembru 2019 Settembru 2020 Full-Time 225,703 231,579 Part-Time Only 35,442 32,136 Total 261,145 263,715 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.

Ħaddiema li jaħdmu part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li l-unika impjieg tagħhom huwa part-time? Kemm kien fl-2019 u 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 18504.

Persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li huma rreġistrati bħala persuni b’diżabilità, fl-2019, 2020 u 2021, maqsuma xahar xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b’diżabilità — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna b’diżabilità sabet impjieg fis-sena 2019,2020 u 2021? Jista’ jagħti ċifri ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nisa — qasam ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li kienu fid-dinja tax-xogħol fl-2019, 2020 u 2021? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma li l-iktar sabu impjiegi dawk in-nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-istess snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpaniji li jirrifjutaw li jdaħħlu persuni b’diżabilità jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu kontra kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità jew li jħallsu l-kontribuzzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma jittieħdu l-ebda passi kontra dawk il-kumpaniji li jħallsu l-kontribuzzjoni skont il-liġi. Iżda Jobsplus flimkien mal-Lino Spiteri Foundation jikkomunikaw ma’ dawn il-kumpaniji biex jibqgħu jinkoraġġuhom joffru opportunità ta’ xogħol lill-persuni b'diżabilità. Fl-2015, Jobsplus introduċiet emendi f’l-Att dwar l-Impjeg ta’ Persuni b'Diżabilità, Kap 210. Wara dawn l-emendi, ġie ffirmat ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem u Jobsplus dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Jobsplus bdiet proċess biex il-prinċipji ta’ dan il-ftehim jiġu riflessi fil-ligi u b’hekk jibqa jsir l-infurzar ma’ dawk il-kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità u ma jħallsux l-kontribuzzjoni.

Ħaddiema — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ħaddiema fitters, messaġġiera, drivers u ushers ħarġet il-Jobsplus fl-2018, 2019, 2020 u 2021? Fuq talba ta’ liema entità ħarġu tali sejħiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ sejħiet relatati skont is-snin indikati jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Statistika ta’ persuni ’l fuq minn 50 u 55 li qed jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni ta’ ’l fuq minn 50 sena u ’l fuq minn 55 sena fis-suq tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Niċċa ekonomija li ġiet attirata lejn Malta

Question

Tista’ l-Ministru tindika niċċa waħda ekonomika li ġiet attirata lejn Malta wara l-2014 u li għadha tiġġenera impjiegi ta’ kwalità sal-lum, kif kien sar meta ġiet attirata lejn Malta l-industrija tal-farmaċewtika u l-manutenzjoni tal-ajruplani? Tistax tgħid kemm-il impjieg tiġġenera kull sena u kemm ikkontribwit għall-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2014 sal-lum ġew attirati diversi niċċeċ ekonomiċi ġodda lejn Malta tant illi dan kien rifless f’żieda bla preċedent ta’ mpjiegi u tkabbir ekonomiku record, sena wara l-oħra fil-perjodu indikat. Fost niċċeċ ekonomiċi ġodda wieħed isib Kannabis għall-użu Mediċinali, kumpaniji relatati ma’ AI u teknoloġija avvanzata, edukazzjoni u taħriġ, digital games u kif imħabbar ftit ilu qed tinħoloq eko-sistema għad-drones. Id-dettalji fuq impjiegi u l-kontribut fuq il-prodott gross domestiku jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriżi u l-Iżvilupp Sostenibbli – direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tindika l-valur ta’ kull direct orders li kull entità fi ħdanha ħarġet fl-2021, lil min u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li d-direct orders jiġu ppubblikati perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern, kif inhu d-dmir tal-Ministeru. Minkejja dan, jekk irid ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu, inkun nista’ ngħaddilu l-informazzjoni neċessarja.

Skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala inċentivi li jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat insibu; 1. L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-kaz ta’impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata. jew Jirċievu inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju ba¿iku annwali għal kull persuna b’ diżabilità diġa’ mpjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja. 2. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’di¿abilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’di¿abilità. Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘ job carving ’ lil min iħaddem billi tassistih joħloq xogħol addattat għall-persuni b’dizabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘ job coach’ skont il-ħtieġa biex il-persuna b’dizabilità titgħallem x-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol.

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'kull parti tar-reġistru llum,fl-2019 u fl-2020? Dan in-numru ta’ persuni kemm iġib bħala persentaġġ tan-numru ta’ persuni li jirreġistraw fil-pajjiż kollu? Għal dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, jista' jgħid kemm minnhom ilhom anqas minn 6 xhur jirreġistraw għax-xogħol, dawk li ilhom anqas minn sena, u dawk li ilhom iżjed minn sena jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus u NGOs – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u NGOs?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus għandha arranġamenti mal-Caritas, OASI, Richmond Foundation u Inspire biex jassistu gruppi żvantaġġati permezz ta’ servizzi professjonali kif ukoll servizz ta’ ‘mentoring’ lill-job coaches li jaħdmu fil-programm ta’ ‘Sheltered Employment Training’ Dawn l-arranġamenti huma kif spjegat hawn taħt; Caritas (Malta) u OASI Foundation Ftehim li għandha Jobsplus mal-Caritas u mal-OASI Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti diversi nkluż sessjonijiet fuq livel personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ droga jew vizzji oħra. Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ taħriġ għal numru ta’ persuni għaddejjin minn programm ta’ riabilitazzjoni. Dan it-taħriġ jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilita`, komunikazzjoni, aspetti soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Barra minn hekk, Jobsplus tħallas lil dawn l-NGOs għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol wara t-tmiem tal-imsemmi programm; dan il-ħlas isir tlett xhur wara li jibda l-impieg. L-NGOs jitħallsu wkoll għal sitt xhur moniteraġġ tal-istess persuni li jiġu impjegati permezz ta’ dan il-ftehim. Richmond Foundation Ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti nkluż sessjonijiet fuq livel personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ ‘mentoring’ skont il-bżonn lill-job coaches li jaħdmu fil-programm ta’ ‘Sheltered Employment Training’ għall-medja ta’ 10 siegħat fil-ġimgħa. Inspire Dan il-ftehim jinkludi servizz ta’ ‘ mentoring ’ skont il-bżonn lill- job coaches li jaħdmu fil- programm ta’ ‘ Sheltered Employment Training ’ għall-medja ta’ 10 siegħat fil-ġimgħa.

Disabled Quota Fines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm disabled quota fines (kontribuzzjoni) ġew imposti/miġbura mill-Jobsplus fl-2019 u 2020? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li għalihom kien hemm dawn il-multi, u kemm-il persuna b’diżabilità sabet xogħol ma’ xi waħda minn dawn il-kumpaniji li weħlu l-multa jew qegħdin kontra l-kwota fis-snin 2019, 2020 u 2021 sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2019 inġabru €1,151,600 minn kumpaniji li fl-2018 ma kienux konformi mal-kwota t’impiegi ta’ persuni b’dizabilità skont il-ligi Kapitolu 210 Att dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabilità. Biex jitnaqqas il-piż minn fuq il-kumpaniji kkawżat mill-pandemija COVID-19, fl-2020, Jobsplus ma’ ħarġitx talbiet biex tiġbor il-kontribuzzjonijiet mingħand dawk il-kumpaniji li ma kienux konformi ma’ din il-liġi sal-aħħar tal-2019. Fl-2019 kien hemm 614 -il kumpanija li ma kienux konformi mal-kwota t’impiegi ta’ persuni b’diżabilità. Matul l-2019 u l-2020 ġew impjegati 195 persuna b’diżabilità, 92 u 103 rispettivament, ma’ xi waħda min dawn il-kumpaniji. Fl-2020 kien hemm 639 kumpanija li ma kienux konformi mal-kwota t’impiegi ta’ persuni b’ diżabilità. Matul l-2020 ġew impjegati 68 persuna b’diżabilità, ma’ xi waħda min dawn il-kumpaniji.