Jista’ l-Ministru, tenut kont tad-diverġenzi fid-deċiżjonijiet għal dak li jirrigwarda l-quantum ta’ kumpens li jingħata, jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jiġu mfassla linji gwida f’dan ir-rigward?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tribunali Industrijali – Ġudikanti full-time u professjonisti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm riforma fit-Tribunal Industrijali, b’dan li jkun hemm Qorti Industrijali mgħammra b’ġudikanti full-time u professjonisti legali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Żgħażagħ taħt it-18-il sena li jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma impjegati u li allura jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Settembru 2020 in-numru ta’ zgħazagħ taħt it-18-il sena li huma impjegati full-time u part-time kien at 1,359 persuna [560 full-time u 799 part-time].
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-12,490 persuna li kienet qed tirreġistra għax-xogħol f'Diċembru 2020 (NSO 013/2021) kienu ċittadini Maltin, ċittadini tal-UE u ċittadini barra l-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-12,490 persuna rrapurtati fin-News Release 013/2021, li ħarġet fis-26 ta’Jannar, ma jirreferux għal persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. Dawn irriżultaw minn stima ta’ qgħad ibbażata fuq mudell matematiku li jikkunsidra bosta kriterji, fosthom dawk internazzjonali stabbiliti mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO, u għaldaqstant tinkludi wkoll persuni qiegħda li ma kinux qed jirreġistraw għax-xogħol. Skont dawn il-kriterji, persuna tkun meqjusa bħala qiegħda jekk matul il-ġimgħa ta’ referenza (i) ma kellhiex xogħol, (ii) kienet qed tfittex impjieg b’mod attiv matul l-aħħar erba’ ġimgħat u (iii) tkun lesta li tibda taħdem fi żmien ħmistax minn meta ssib xogħol.
Maġistrati Inkwirenti – iffirmar ta’ kull paġna tal-Inkjesta Maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra emenda importanti ħafna li teżenta Maġistrat Inkwirenti milli jkollu/jkollha tiffirma kull paġna f’kull Inkjesta Maġisterjali, anke jekk il-proċess verbal ikun twil iktar minn 500,000 paġna li tfisser dewmien fl-Inkjesti Maġisterjali u allura dewmien biex issir ġustizzja f’waqtha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dak imsemmi minnu ċertament qed jiġi ikkunsidrat pero jifhem li minn naħa hemm l-aspett tal-pratiċitta u l-effiċjenza tal-proċessi ġudizjarji bħal l-Inkjesti Maġisterjali iżda fuq in-naħa l-oħra hemm l-importanza assoluta tal-proċess verbal u l-awtentiċità tiegħu fil-proċess daqstant sensittiv.
COVID Wage Subsidity – impjegata ta’ beauty salon jew nail technician
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk impjegata ma’ beauty salon jew nail technician hijiex intitolata għall-COVID Wage Subsidy imħabbra mill-Gvern fil-Budget 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mpjegata reġistrata ma’ beauty salon jew nail technician kienet intitolata għal wage supplement fuq Annex A sa Ġunju u fuq Annex B minn Lulju. L-Onor. Interpellant jaf, li minn Jannar il-wage supplement inbiddlet u l-ħlas qed isir skont it-tnaqqis fil-bejgħ bejn Marzu u Ottubru 2020 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Jekk impriża m’għamlitx telf ma tibqax intitolata għall-wage supplement.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18018 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-mistoqsija parlamentari 17904 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2016, l-2017 u l-2018 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn, sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Konxju tal-fatt li kull każ hu differenti u li kull każ għandu jiġi deċiż b’mod indipendenti u ħieles minn indħil estern, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ hemm pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali u minn dawn kemm hemm differiti għad-deċiżjoni u kemm ilhom hekk differiti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
MCESD u Employment Relations Board – kriterji biex persuna tippresjedi t-Tribunal Industrijali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex persuna tkun nominata biex tippresjedi t-Tribunal Industrijali u x’inhi l-proċedura ta’ għażla, b’referenza partikolari għall-funzjoni tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Employment Relations Board?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor Interpellant għat-Taqsima 3 tal-Kapitlu 452 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Business First – persuni li għamlu użu mis-servizzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi ta’ Business First sena b’sena mill-2013 sal-lum, jekk hu possibbli? X’kienet l-iktar raġuni għalfejn in-nies irrikorrew għand Business First fl-aħħar snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Business First beda jopera matul l-2017. L-ammont ta’ nies li għamlu użu mis-servizz tal-Business First s’issa jinsab hawn taħt:
Email Imwieġba
Viżitaturi
Telfonati fuq 144
Total
2017*
745
536
1,980
3,261
2018
3,607
16,054
17,881
37,552
2019
4,342
23,502
15,830
43,674
2020
63,421
13,934
68,526
145,881
*2017 (minn Ottubru sa Diċembru)
L-aktar servizz mitlub ġewwa l-uffiċċini tal-Buisness First (walk ins) huwa dak relatat mal-VAT. Dan jinkludi kemm servizz ta’ Customer Care kif ukoll talbiet għal-gwida u nformazzjoni fuq ir-reġistrazzjoni bħal talbiet għal-numru ġdid tal-VAT biex jiftħu negozju.
Fost raġunijiet il-għala n-nies irrikorew għand il-Business First kien hemm talbiet ta’ nformazzjoni dwar:
Twaqqif ta’ negozju ġdid u incentivi tal ME u entitajiet oħra:
Taxxa
Awtorita għat-Turizmu
Xoghol (Jobsplus)
Work Permits (Identity Malta)
Environmental Health
ERDF (Skemi tal-Business Enhance)
Dwana
Malta Enterprise – miżuri biex tonqos il-burokrazija
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-miżuri, waħda waħda, li Malta Enterprise ħadet jew wettqet biex tonqos il-burokrazija, sena b’sena mill-2017 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ tnaqqis ta’ burokrazija u simplifikazzjoni għan-negozji fil-Malta Enterprise huwa wieħed kontinwu. Dawn huma fost l-iktar miżuri li spikkaw mill-2017 lil hawn madanakollu hemm diversi miżuri oħra sabiex in-negozju u l-industrija jiġu mgħejuna b’kuntatt dirett u allura jiġi faċilitat xogħol imprenditur.
Review tal-proċessi relatati ma’ skemi tal-Malta Enterprise
Malta Enterprise tagħmel review tal-proċessi relatati mal-iskemi tal-Malta Enterprise sabiex ikunu iktar aċċessibbli għan-negozji.
Fir-rigward ta’ żvilupp ta’ inċentivi inbeda proċess ta’ simplifikar tal-kontenut bil-għan li l-kontenut jinftiehem b’mod aktar ċar għan-negozji li japplikaw. L-inċentivi huma kollha aċċessibbli fuq is-sit tal-Malta Enterprise. L-applikazzjonijiet rispettivi qegħdin jiġu trasportati fil-portal tal-klijent li nħoloq biex l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi f’sistema ċentralizzata u jgħin biex l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi kemm jista’ jkun kompluti bid-dokumentazzjoni kollha mitluba.
Fis-sena 2021 inbeda proċess biex jiġu simplifikati l-applikazzjonijiet tal-inċentivi u biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-formoli annessi mal-applikazzjonijiet billi jinġabru f’dokument wieħed. Dan il-proċess għadu għaddej.
Business Development Malta
Mill-2017, fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqfet il-Business Development Malta li l-għan tagħha hu li toffri assistenza lil negozji żgħar u medji stabbiliti permezz ta’ relationship management fl-oqsma industrijali tal-Gvern. Din is-sezzjoni għandha l-għan li żżomm kuntatt dirett ma’ negozji żgħar sabiex toffrielhom assistenza għan-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise, kif ukoll tassisti negozji jespandu.
Business Development Malta qiegħda tgħin ukoll negozji ġodda lokali f’oqsma ekonomiċi diversi, sabiex japplikaw għal skemi tal-Malta Enterprise. Dan l-outreach qed iservi biex Malta Enterprise tkun hi nnifisha li tħabbat bibien in-negozji żgħar u medji u toffrilhom l-assistenza meħtieġa biex ikabbru n-negozju tagħhom.
One Stop Shop għall-Intraprendituri - Business 1ST
Konxji mill-fatt li l-intrapriżi mikro u żgħar għandhom bżonnijiet speċjali, l-Malta Enterprise matul l-2017 iddeċidiet li tirristruttura l-Business First bħala impriża konġunta bejn il-Malta Enterprise u l-Kamra Maltija għall-SMEs.
Business First jipprovdi one stop shop għall-intraprendituri u l-għan tiegħu huwa li jimplimenta l-kunċett ta‘ ‘Gvern wieħed ’u b’hekk jipprovdi esperjenza bla xkiel għan-negozji li jinteraġixxu mal-Gvern u b’hekk inaqqsu l-burokrazija.
Għalhekk il-B1ST jlaqqa’ f’post wieħed għan-negozji numru ta' dipartimenti u entitajiet tal-gvern li jew joffru servizz jew inkella jirregolaw attivitajiet kummerċjali. Illum is-CfR joffru s-servizzi kollha tagħhom lin-negozju mill- B1ST u MTA u d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali għandhom rappreżentanti permanenti fl-uffiċċini tal-Business 1ST ġewwa l-Mrieħel. Entitajiet oħra bħal Measure and Support Division (li jamministraw il-fondi tal-ERDF), Identity Malta u Jobs Plus, Dipartiment tad-Dwana, qabel il-Covid 19, kellhom preżenza ta’ kull ġimgħa fil-B1ST, servizz li se jerġa’ jiddaħħal fis-seħħ aktar tard.
Barra minn hekk, għandna wkoll numru ta’ arranġamenti ma’ entitajiet oħra tal-Gvern u meta nindunaw li klijent għandu bżonn informazzjoni/servizzi ta’ dawn l-entitajiet il-Business 1ST jiffaċilita li ssir laqgħa jew tinġabar l-informazzjoni u tiġi mgħoddija lill-klijent permess ta’ APP li varajna għall-klijenti. Il-B1ST tikkollabora wkoll ma' dawn l-entitajiet sabiex tiffaċilita t-tnaqqis tal-burokrazija prinċipalment permezz tal-introduzzjoni ta' servizzi razzjonalizzati onlajn. Il-B1ST integrat il-formoli kollha meħtieġa li kienu jimtlew għat-twaqqif ta' mpjieg indipendenti f'forma waħda. Fil-fatt ir-reġistrazzjoni ta' negozju bħala persuna li taħdem għal rasha jew kumpanija li diġà hija ffurmata, li l-attività tagħha ma teħtieġx liċenzja, tista' ssir billi timla formola integrata waħda (jew onlajn jew billi tmur fil-B1ST) u tinqeda fi ftit minuti.
Kull sena B1st tara eluf ta’ klijenti u kif mistenni fl-2020 dan il-kuntatt żdied. Din hija statistika ta’ kemm negozji u klijenti żaru B1st fl-2020:
Kuntatt permezz ta’ walk-ins: 13,831
Kuntatt permezz ta’ email: 63,421
Kuntatt li sar mill-istaff ta’ B1st: 12,415 (Covid enquiries/follow ups)
Kuntatt permezz tal-linja 144: 68,526 (of which 52,002 for COVID)
Total ta’ kuntatt ma’ klijenti: 158,193
Unit għall-intraprizi mikro
Fl-2018 ġiet imwaqqfa wkoll unit speċifika għall-intripriżi mikro li jħaddmu inqas minn 10 ħaddiema. Din il-unit tgħin intrapriżi żgħar bħall-industriji magħrufin bħala garage industry. Ġew simplifikati l-proċessi għal dawn it-tip ta’ intrapriżi u tingħata wkoll assistenza ta’ relationship management speċifika ma’ dawn l-industriji mikro permezz ta’ outreach visits li jsiru b’mod regolari.
Tisħiħ tal-uffiċċji tal-Malta Enterprise f’Għawdex
L-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex fix-Xewkija ġie msaħħaħ biex joffri assistenza iktar sħiħa lill-intrapriża Għawdxija. Apparti tliet impjegati full time f’dan l-uffiċċju, persuni minn sezzjonijiet differenti ta’ Malta Enterprise partikolarment relationship managers iżuru n-negozji Għawdxin b’mod regolari. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise jiltaqa’ mal-intrapri¿i Għawdxin fuq bażi regolari.
Business Portal
Il-Malta Enterprise bħalissa qed timplimenta Portal tan-Negozju ħolistiku sabiex kull individwu li jibda jew imexxi negozju jkun jista’ jinteraġixxi mal-Gvern permezz ta’ sistema interattiva u intelliġenti waħda (Portal) li awtomatikament u bla xkiel tibgħat talbiet ta’ servizz lid-diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern b'mod li jippermetti lil dawn tal-aħħar iżidu l-effiċjenza u għalhekk jiffaċilitaw in-negozju f'Malta.
Se jippermetti l-kollaborazzjoni u l-qsim tad-data, bejn id-dipartimenti, sabiex is-sistema li tirriżulta tkun waħda ħolistika u kkoordinata.
Il-Portal se jtejjeb ukoll l-operazzjonijiet tas-servizz tas-settur pubbliku peress li se jkun qed jopera fuq il-prinċipji ‘darba biss’ u ‘gvern wieħed’. Se jieħu vantaġġ mill-aħħar teknoloġija għall-provvista effettiva u effiċjenti ta' servizzi tal-Gvern ta' 38 entità differenti għan-negozju. Se jkun il-punt ta’ dħul għal aċċess integrat għall-gvern kollu u se jifforma wkoll il-kundizzjonijiet bażiċi li jippermettu kollaborazzjoni, bejn id-dipartimenti, permezz ta’ arranġamenti istituzzjonali sabiex is-sistema tkun ħolistika u kkoordinata. Sabiex isir dan, il Business First ħadem sabiex tgħaddi Legal Notice dwar l-Att Dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (Kap. 546) - Regolamenti tal-2020 dwar Reġistru ta’ Negozji u t-Tqassim ta’ Informazzjoni.
Covid Support Measures – Sistemi automated għall-klijenti
Kif illum jaf kulħadd għall-aħħar sena Malta Enterprise ġestit l-iskemi relatati mal-assistenza ekonomika illi ta l-Gvern lin-negozji.
Dawn l-iskemi kollha huma awtomatizzati għall-applikanti b’tali mod li l-proċessi għal iktar minn 16,000 negozji illi bbenefikaw mill-Covid Wage Supplement, l-assistenza fuq il-kont tad-dawl, l-assistenza fuq il-kont tal-kera u l-assistenza fuq il-leave tal-kwarantina applikaw darba u din l-assistenza baqgħet tingħata mingħajr il-bżonn ta’ wisq iktar proċessi minn xahar għall-ieħor.
Din l-assistenza issa ilha iktar minn sena tingħata mingħajr il-bżonn ta’ burokrazija żejda għan-negozji.
Barra minn hekk, il-Business First kien ta’ appoġġ kontinwu għan-negozji permezz tan-numru tat-telefon 144 u anke online sabiex jagħti kull assistenza meħtieġa matul dan il-perjodu tant li kien hemm kuntatt ma’ madwar 160,000 klijent permezz ta’ walk-ins, telefon, email u anke live chat.
Ease of Doing Business
Għall-aħħar sentejn il-Malta Enterprise ħadmet mal-World Bank ukoll fuq ir-rapport Ease of Doing Business u qed taħdem mal-Gvern Ċentrali sabiex ikun hemm bidliet leġislattivi li jwasslu biex in-negozji jsibu proċessi iktar ċentralizzati li jnaqqsu l-burokrazija. Dan huwa proċess illi se jibqa’ għaddej matul is-snin u li jinkludi diversi inizjattivi.
Enitità responsabbli mill-ġlieda kontra l-burokrazija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hi l-entità responsabbli mill-ġlieda kontra l-burokrazija żejda?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tnaqqis fil-burokrazija li fuqu bba¿at it-tiġdid fis-Servizz Pubbliku effettivament dejjem tmexxa u tħaddem mis-Servizz Pubbliku nnifsu. Fl-aħħar sitt snin is-Servizz Pubbliku wettaq ‘il fuq minn 950 miżura ta’ simplifikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Jobsplus hija konxja li l-obbligu legali fuq min iħaddem u li joħroġ mill-Employment Relations Act huwa li l-employer ma jistax inaqqas xejn mill-paga dovuta lil ħaddiem/impjegat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Jobsplus hija konxja li skont kif joħroġ mit-Temporary Agency Workers Regulations huwa illegali li temporary agency titlob ħlas mill-paga dovuta lil temporary agency worker?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.