Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex Third Country National jaħdem f’Malta jridx ikun impjegat u allura jkollu kuntratt ta’ impjieg?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex persuna ċittadina ta pajjiz terz taħdem hawn Malta, trid tkun impjegata u jkollha kuntratt ta’ impjieg.
Persuna ċittadina ta pajjiz terz jistgħu wkoll jingħataw liċenzja biex jaħdmu għal rashom kemm il-darba jissodisfaw waħda minn dawn il-kriterji:
· Jinvesti f’Malta kapital ta’ mill-anqas €500,000 sa sitt xhur minn meta tinħareġ il-liċenzja.
· ‘
Highly Skilled Innovators
’ bi proġett vijabbli u li jikkommeti li jimpjega mill-anqas tlett persuni Maltin /EAA /Swiss
· Ikun qed imexxi proġett approvat mil-Malta Enterprise
Barranin li jkollhom residenza fit-tul (Long-term Residents), refuġjati, dawk li għandhom protezzjoni sussidjarja, dawk li għandhom protezzjoni umanitarja u dawk li applikaw għall-azil, ukoll għandhom bzonn liċenzja biex jaħdmu bħala self-employed izda dawn huma ezenti mil-kriterji msemijja hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li għad hawn każijiet fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jagħti elenku għal kull lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18439 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u jgħid kemm-il fabbrika hawn liċenzjata s’issa għall-produzzjoni tal-medical cannabis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum inħarġet liċenzja waħda għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ta ’riċerka.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18448 u kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex maqsuma separatament sena b’sena wara l-2017? Kemm ġew impjegati nies, settur b'settur għal kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill Onor. Interpellant jagħmel referenza għall risposta mogħtija għall-mistoqsija 18071. Il-Korporazzjoni hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta fl’Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u allura tali informazzjoni mitluba tista tidentifika kumpaniji speċifiċi bi ksur tad-dispożizzjonijiet hawnhekk imsemmija.
Kif jista’ l-Prim Ministru jiġġustifika li persuna (hi min hi) li tkun iċ-Chairman tal-Employment Relations Board wara li tkun ġiet ikkundannata/misjuba ħatja mit-Tribunal Industrijali meta kienet Chairman ta’ entità governattiva u allura employer talli huwa keċċa illegalment impjegat, iktar u iktar meta dan l-impjegat kien tkeċċa mill-istess Chairman għax l-impjegat ried iwaqqaf l-abbużi tal-allura Chairman tal-PBS mit-taxxi tal-poplu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni barranin jaħdmu f’Malta kull sena mill-2013 sal-2021? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn ħaddiema minn ġewwa l-Unjoni Ewropea u ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni barranin li jaħdmu f’Malta u Għawdex sal-aħħar ta’ Diċembru 2013-2019 u Settembru 2020.
Sena
EU
TCN
Total
Diċembru 2013
12,332
6,208
18,540
Diċembru 2014
16,231
7,177
23,408
Diċembru 2015
20,807
8,338
29,145
Diċembru 2016
25,816
9,922
35,738
Diċembru 2017
30,643
13,824
44,467
Diċembru 2018
34,456
21,115
55,571
Diċembru 2019
36,701
30,895
67,596
Settembru 2020
31,513
38,406
69,919
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ngħalqet lejn l-aħħar tas-sena 2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sad-29 ta’ Marzu 2021 l-ispiża totali għall-inkjesta maġisterjali tal-bank, li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, tammonta għal €7,501,664.50.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu fuq active labour market policies f’Malta kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tabella tindika n-nefqa fuq
active labour market policies
f’Malta kull sena mill-2013 sal-2019 (skont meta kienet qed tigi offruta), skont kif Malta tibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fil-
Labour Market Policy
(LMP)
database
.
L-aħħar informazzjoni provduta kienet għas-sena 2019.
Jista’ l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 18438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa u dettaljata ta’ proġetti li approvat il-Malta Enterprise u għal kull proġett tgħid fiex jikkonsisti u x’inhi l-għajnuna approvata mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiccara l-mistoqsija tieghu rigward Indis (Malta Industrial Parks)
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — direct orders lil kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru telenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ għal kull każ, tagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda kuntratt, inkluż direct orders jew simili ma ngħataw lill-kumpanija msemmija separatament.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — direct orders lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ma ġiet mogħtija l-ebda kuntratt minn dan il-ministeru.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — direct orders lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ma ngħatat l-ebda kuntratt mill-ebda entita’ li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Anzjani u Anzjanità Attiva.
Sptar Mater Dei — kuntratt tal-kumpanija tal-parkeġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha fir-rigward tal-parkeġġi li jinsabu fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija ntgħażlitx wara sejħa pubblika għall-offerti u, jekk hu l-każ, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-adjudication report ta’ din is-sejħa? Jista' jgħid meta jiskadi l-kuntratt?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-kuntratt ingħata permezz ta’ sejħa għall-offerti u skont il-Public Procurement Regulations, ninfurmah ukoll illi l-kuntratt tal-kumpanija tal-parkeġġ msemmi minnu separatament kif ukoll l- adjudication report huwa ta’ natura kummerċjali.