Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18464 u tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tagħha li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda’ entita’ li għandhom il-ftehim kolletiv skadut.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18486 u jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex fl-2019 u 2020.
Tabella oħra li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-oqsma ta’ l-impjiegi ta’ dawk il-persuni li kienu fuq ir-reġistru tal-qgħad u sabu xogħol. Din l-informazzjoni hi meħuda skont il-formola tal-bidu ta’ l-impjieg li tirċievi Jobsplus.
Persuna hi magħduda darba biss kull xahar imma l-istess persuna tista tkun misset mar-registru tal-qgħad f’izjed minn xahar wieħed allura tista’ tinqabad f’xhur oħra.
Jobsplus – travel tickets, cash benefits u allowances
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18487 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ travel tickets, cash benefits u allowances li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18489 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha dwar l-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020, lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw, kif ukoll min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18490 u jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u l-Caritas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li għandha Jobsplus mall-Caritas jipprovdi assistenza minn professjonisti diversi inkluz sessjonijiet fuq livell personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ droga jew vizzji oħra.
Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ taħriġ għal numru ta’ persuni għaddejjin minn riabilitazzjoni mal-Caritas. Dan it-taħriġ jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilità, komunikazzjoni, aspetti soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti.
Barra minn hekk, Jobsplus tħallas lill-Caritas għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol wara t-tmiem tal-imsemmi programm; dan il-ħlas isir tliet xhur wara li jibda l-impieg. Caritas titħallas wkoll għal sitt xhur moniteraġġ tal-istess persuni li jiġu impjegati permezz ta’ dan il-ftehim.
Jobsplus u Richmond Foundation – arranġamenti viġenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18491 u jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u Richmond Foundation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti inkluz sessjonijiet fuq livell personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol u li għandhom problemi ta’ saħħa mentali.
Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ ‘
mentoring
’ skont il-bzonn minn ‘
job coaches
’ li jaħdmu fil-programm ta’ ‘
Sheltered Employment Training
’ għall-medja ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa.
In vista tal-fatt li fl-10 ta’ Ġunju 2020 il-Ministru Abela kien ħabbar li l-Gvern kien wasal biex jilleġisla fuq Wage Regulation Orders għal iktar ġustizzja fost il-ħaddiema, jista’ l-Prim Ministru issa jgħid għaliex għadu ma ppubblikahomx?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tiegħu ta’ ftit jiem ilu li huwa bagħat lill-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, dwar l-istrateġija Ewropea għall-vaċċin kontra l-COVID-19? Jista’ jqiegħed ukoll it-tweġiba li huwa ngħata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill- Onor.Interpellant li l-msemmija ittra qegħda fid-dominju pubbliku: https://www.politico.eu/wp-content/uploads/2021/02/21/Charles-Michel.pdf li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. L-kontenut ta' din l-ittra ġie diskuss fil-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 u 26 ta'Frar 2021.
Air Malta – ħlas lill-kuntrattur għall-ħasil ta’ ajruplani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus l-Airmalta lill-kuntrattur għall-ħasil tal-ajruplani tagħha (li jsir kull ftit ġimgħat) f’forma ta’ manutenzjoni, kull sena mill-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Air Malta għamlet ħlas ta’ €85,000 għall-ħasil tal-ajruplani tagħha li jsir kull ftit ġimgħat f’forma ta’ manutenzjoni.
Ministeru – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2390 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li ebda entita u dipartiment fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma nefqu flus għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni minn Marzu 2013 l’hawn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13518 u 13355 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposti li nghataw ghall-mistoqsijiet parlamentari bin-numru 13592 u 14409.
Taxxa fuq lump sum wara li jsir ftehim ġdid kollettiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata jkun intaxxat impjegat jew ħaddiem fuq il-lump sum li jirċievi wara li jkun konkluż ftehim ġdid ta’ collective agreement, liema ftehim ikun backdated għax in-negozjati dwar il-ftehim il-ġdid ikunu twalu xhur jew snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li arretrati ta’ salarju li jistgħu jkunu dovuti lill-impjegat bis-saħħa ta’ collective agreement ġdid backdated, jkunu ntaxxati bir-rati normali tat-taxxa ta’ dak l-impjegat (rati ta’ single, parent jew married), flimkien mad-dħul l-ieħor tiegħu fis-sena meta jirċevihom.
B’referenza għall-ftehim kollettiv ġdid iffirmat mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), tista’ l-Ministru tgħid jekk dan jipprovdix għal ħlas lump sum lill-ħaddiema biex ikopri żidiet b’lura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ftehim kollettiv indikat ma jipprovdi għal l-ebda ħlas ta’ lump sum. L-arretrati applikabbli tħallsu individwalment lil kull ħaddiem b’pagament supplementari fl-aħħar tax-xhar ta’ April, kif ġie maqbul mal-union rappreżentattiva. .