Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ il-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-titlu tal-binja msemmija la hi u lanqas kienet tal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli.
Sa Maison – xogħlijiet fil-bini li qed jokkupa l-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa pubblika fix-xogħlijiet li saru fil-bini f’Sa Maison li qed jokkupa l-ex Prim Ministru Joseph Muscat? Min awtorizza dawn ix-xogħlijiet u meta?
Response (BORG, IAN)
Ikun apprezzat jekk l-Onor. Azzopardi jispeċifika eżattament għal liema tip ta' xogħlijiet qed jirreferi.
Suwiċidju — persuni li tressqu l-Qorti fuq inċitament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti jew inħarġu akkużi kontrihom in konnessjoni ma’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju mill-1 ta’ Novembru, 2021 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm erba’ persuni li tressqu l-Qorti in konnessjoni mal-każ ta’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju.
Suwiċidju — persuni li tressqu l-Qorti fuq inċitament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti jew inħarġu akkużi kontrihom mill-Avukat Ġenerali in konnessjoni ma’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju mill-1 ta’ Novembru, 2021 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru għall-fatt illi l-mod kif l-interpellanza hija ffukata fuq ¿mien partikolari, u għalhekk fuq incident magħruf, jista’ jiftiehem bħala li qed jimplkia akku¿a personali kontra persuna partikolari jew li kien hemm xi ħadd li jmissu tressaq il-Qorti u ma tressaqx abbazi ta’ xi nuqqas tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għalhekk l-interpellanza kif redatta tista, għall-inqas in kwantu tirreferi għal individwi privati, tmur kontra r-regola li hemm fl-Ordni Permanenti tal-Kamra 27(8) in kwantu timplika akku¿a personali kontra persuna jew persuni li ma humhiex f’ kariga pubblika.
Niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru illi għad illi l-fatt illi persuna tkun tressqet il-Qorti huwa wieħed pubbliku, x-xogħol preparatorju u d-deċi¿joni dwar jekk persuni għandhomx jitressqu la huma pubbliċi u lanqas ma huma affarijiet li jidħol fihom il-Ministeru.
Biss għall-informazzjoni ġenerali tal-Onorevoli Membru, u mingħajr ma nidħol fil-fatti partikolari ta’ xi ka¿ jew nesprimi ruħi dwar jekk xi persuna tressqitx jew kellhiex jew għandhiex titressaq quddiem il-Qorti, ninforma lill-Onorevoli Membru illi r-reat kontemplat fl-artikolu 213 tal-Kodiċi Kriminali ma jiddependix biss mill-element tal-istigazzjoni tas-suiċidju izda fiħ elementi kostituttivi oħrajn ukoll.
Ma nħossx li jkun prudenti fiċ-ċirkostanzi li nelabora i¿jed u dan b’ rispett sħiħ għall-indipendenza tad-deċi¿jonijiet tal-prosekuzzjoni li jittieħdu abbazi ta’ fatti speċifiċi li ma jkunux a konoxxenza tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Spettur tal-Pulizija ġie trasferit mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji (FCID) lejn:
a) branka oħra tal-Korp; jew
b) entità oħra lil hinn u barra mill-Korp mill-1 ta’ Jannar, 2022 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-2 ta’ Frar 2022, l-ebda Spettur tal-Pulizija ma ġie trasferit imkien, mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24328 u 24165 u jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 13999.
Tista’ l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24407 u ċjoè tista' tinforma lill-Kamra:
a) min kien mistieden għall-attività soċjali li saret fin-Numero Uno fil-limiti tar-Rabat fl-2021 u li fiha hija kienet preżenti?
b) kemm swiet b’kollox l-attività, fejn kien hemm open bar ukoll apparti ikel?
c) min ħa ħsieb l-organizzazzjoni, inkluż il-live band,DJ u l-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
d) tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invit li nħareġ, jekk inħareġ invit?
e) id-data ta’ dan il-party?
f) kemm minn dawk preżenti kienu uffiċjali pubbliċi u CEOs ta’ aġenziji tal-Gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Dak li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih huwa ‘networking event’ li sar nhar it-Tlieta, 30 ta’ Novembru u li għalih attendew persuni li jikkontribwixxu u jikkollaboraw flimkien fil-ħidma tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
In-nefqa għal dan in-‘networking event’ li laqqa’ entitajiet li tul is-sena jkunu mitluba jaħdmu flimkien, kienet ta’ €7,776.
L-2021 kienet sena ta’ ħidma importanti għall-entitajiet diversi li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-iżvilupp Sostenibbli. Din is-sena rridu nkomplu nibnu fuq dawk ir-riżultati.
Dan wara li f’sena ta’ pandemija mhux biss assistejna bil-kbir lin-negozji u lill-familji imma bqajna nattiraw investiment rekord.
Investiment li flimkien ma’ inizjattivi bħal wage supplement, għen biex illum għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Fuq il-wage supplement biss sal-lum investejna kważi seba’ mitt miljun ewro (€700,000,000.)
Infakkar li r-rata ta’ qgħad kienet ferm ogħla f’ċirkostanzi ferm aktar kalmi fi żmien amministrazzjonijiet oħra li l-Onorevoli Interpellant kien jagħmel parti minnhom.
Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — żjara fil-Golf Għarbi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24406, tista' il-Ministru tgħid x'inhi d-diffikultà biex twieġeb din il-mistoqsija dwar liema pajjiż fil-Golf Għarbi żaret riċentement? Kemm-il pajjiż fil-Golf Għarbi żaret fl-aħħar xahrejn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda diffikultà. Fl-aħħar xahrejn żort pajjiż wieħed tal-Golf Għarbi: Dubai.
Din iż-żjara kienet parti mill-attivitajiet tal-Malta Day, li ġiet organizzata fl-Expo 2020 Dubai fejn qed jipparteċipaw 192 pajjiż.
Delegazzjoni mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli pparteċipat f’numru ta’ laqgħat ma’ entitajiet u organizazzjonijiet responsabbli mill-enerġija u s-sostenibbiltà’, inkluż mal-Ministru responsabbli mill-enerġija.
Dan biex ikunu diskussa oqsma ta’ interess fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw dwarhom.
Il-laqgħat bilaterali saru bil-possibilità’ ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet varji fl-isfond ta’ l-iżvilupp ta’ riċerka u innovazzjoni u investiment ġdid f’dawn l-istess setturi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24233, 24096 u 23660 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal kamra lista kif inghatat lili mill-awtorita’ ta’ lartijiet ta’encroachment permits, ghall kull sena mill-2013 sal-lum.
Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – Żjara fil-Golf Għarbi
Question
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’kien l-iskop taż-żjara tagħha fil-Golf Għarbi reċentement, ma’ min iltaqgħet, min kellha magħha fid-delegazzjoni u l-ispiża totali taż-żjara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għal liema żjara u pajjiż jew belt qed jirreferi.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra:
a) min kien mistieden għall-attività soċjali li saret fin-Numero Uno fil-limiti tar-Rabat fl-2021 u li fiha hija kienet preżenti?
b) kemm swiet b’kollox l-attività, fejn kien hemm open bar ukoll apparti ikel?
c) min ħa ħsieb l-organizzazzjoni, inkluż il-live band,DJ u l-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
d) tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invit li nħareġ, jekk inħareġ invit?
e) id-data ta’ dan il-party?
f) kemm minn dawk preżenti kienu uffiċjali pubbliċi u CEOs ta’ aġenziji tal-Gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministru għat-Trasport, l-infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – Żjara fil-Golf Għarbi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kien l-iskop taż-żjara tagħha fil-Golf Għarbi reċentement, ma’ min iltaqa', min kellu miegħu fid-delegazzjoni u l-ispiża totali taż-żjara?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lil onorevoli Interpellanti jirreferi għal liema żjara u pajjiz jew belt qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tneħħilhom iċ-ċittadinanza ta’ Malta bejn is-snin 2013-2021? Jista’ jgħid x’kienet iċ-ċittadinanza oriġinali ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li 14-il persuna kienu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013-2021.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza — kontestazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li kkontestaw id-deċiżjoni tal-Ministru ta’ revoka ta’ ċittadinanza quddiem il-Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm 17-il persuna li applikaw għall- inkjesta wara li ngħataw avviż li se jiġu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija skont artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza — kontestazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull rapport li ntbagħat lill-Ministru fuq kull persuna li kkontestat id-deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013 u 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li proċeduri relatati ma’ inkjesti dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li wara l-eżitu tal-inkjesta mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija kellhomx iċ-ċittadinanza revokata jew le bejn l-2013 u l-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-risposta għall-mistoqsija 24306 hi fl-affirmativ.
Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – inkjesta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm persuni li ġew mogħtija kopja tal-inkjesta datata 8 ta’ Jannar 2021 mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija, filwaqt li oħrajn minkejja li fl-2020 u fl-2021 talbu kopja tar-rapport, it-talba tagħhom ġiet miċħuda?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24165 u jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.