Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra.
Fil-lokalità tal-Fgura diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq Mahatma Ghandi, Triq San Tumas, Triq Anġlu u Marianna Camilleri u Triq l-Għollieq, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fi Triq San Pietru, Triq il-Falkunier, Triq Rgħajja, Triq Ċensu Busuttil u Triq il-Ward tax-Xemx.
Fil-lokalità tal-Gudja diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Pjazza biswit Triq Lampat, Sqaq fuq Wied Betti, Sqaq San Mikiel, Sqaq Xlejli, Triq Awrekarja, Triq Burglat, Triq Filippu Castagnia, Triq Ħas-Saptan, Triq id-Dejqa, Triq il-Kappella, Triq il-Lewż, Triq Joseph Pace, Triq Raymond Caruana, Triq Santa Katerina, Triq Ta’ Lampat, Triq Ta’ Loreto, Triq Victor Pasmore u Vjal it-Torri, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, fi Triq Ħal Resqun, Triq Bir Miftuh, Triq William Baker, Triq Vincenzo Dimech, Triq Pietro Gagliardi, Triq il-Magħsar u Triq San Mark.
Fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimiterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Fil-lokalità ta’ Santa Luċija diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Bruka, Triq il-Gardenja, Triq il-Ġiżimin u Triq Żnuber, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fi Triq Katerina Vitale, Triq Klematis, Triq il-Prinjol, Triq Dun M Mifsud, Dawret it-Torri, Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan, Triq iċ-Ċikwejra u Triq il-Freżja.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq Marjanu Gerada u Triq Santa Marija, waqt li fix-xhur li ġejjin se jitlestew xogħlijiet fi Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq l-Isqajjaq, Triq Xintill, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Tal-Barrani.
Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.