Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ebda dipartiment jew entitá fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma xtrat xi servizzi mingħand id-ditta msemmijja.
Leg 13 PQ #20289 Sitting 472 2021-06-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entitajiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma taw l-ebda ħlas u ma ntalbux jagħtu xi ħlas għal ebda servizz mid-ditta li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant, li mill-2013 sal-lum l-ebda ħlas jew talba ta' ħlas ma gie mitlub , lil xi entita fi ħdanu, mid-ditta msemmija.
Leg 13 PQ #20291 Sitting 472 2021-06-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — ħlas lil ditta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma ħallset lid-ditta indikata għal kwalunkwe servizzi mill-2013 lil hawn.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ħlas lil ditta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entita mill-Ministeru tiegħi li ħallset jew ġiet mitluba tħallas għal xi servizzi mid-ditta msemmija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infrumat li ma sar l-ebda ħlas lid-ditta li tirreferi għaliha din il- mistoqsija mis-sena 2013 sal-lum.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ebda entità ma ħallset lid-ditta msemmija jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta.

Awtorità tal-Artijiet — Home Ownership Plot

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18653, 18018 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-mistoqsija parlamentari 17904 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2016, l-2017 u l-2018 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Home Ownership Plot li ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità mis sena 2016 sa 2018.
Leg 13 PQ #20262 Sitting 471 2021-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Industrijali – żmien medju ta’ kemm idum każ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18662 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid dwar it-tul ta’ żmien medju li każ quddiem it-Tribunal Industrijali jdum, minn meta jidħol ir-rikors sad-deċiżjoni finali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20263 Sitting 471 2021-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Industrijali – każijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18661 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Konxju tal-fatt li kull każ hu differenti u li kull każ għandu jiġi deċiż b’mod indipendenti u ħieles minn indħil estern, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ hemm pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali u minn dawn kemm hemm differiti għad-deċiżjoni u kemm ilhom hekk differiti

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20268 Sitting 471 2021-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diverġenzi fid-deċiżjonijiet għall-kumpens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18664 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u ċjoè: tenut kont tad-diverġenzi fid-deċiżjonijiet għal dak li jirrigwarda l-quantum ta’ kumpens li jingħata, jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jiġu mfassla linji gwida f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qorti tal-Maġistrati – espert finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm-il darba l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatar bħala espert finanzjaru tal-Qorti tal-Maġistrati u minn liema Maġistrat għal kull sena, wara l-2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw seperatment qatt ma nħatar bħala espert finanzjarju tal-Qorti tal-Maġistrati wara l-2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2021.

Tnaqqis mill-paga ta’ ħaddiema/impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18552 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li Jobsplus hija konxja li l-obbligu legali fuq min iħaddem u li joħroġ mill-Employment Relations Act huwa li l-employer ma jistax inaqqas xejn mill-paga dovuta lil ħaddiem/impjegat?

Response (ABELA, CARMELO)

Qabel xejn tajjeb li nirrimarka minħabba li fil-mistoqsija qed tissemma l-Jobsplus, li din mhux l-aġenzija responsabbli. Il-liġi tax-xogħol tpoġġi lid-DIER bħala d-dipartiment responsabbli. Għalhekk kien ikun xieraq li wara li din il-mistoqsija ġiet riferuta lill-Ministru konċernat, issir il-bidla anke fil-mistoqsija. Biss minħabba li s-suġġett huwa marbut ma’ kundizzjonijiet tal-ħaddiema, qed nagħti tweġiba kif ġej. Artikolu 15 tal-Att Dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistipula li l-prinċipal ma’ għandu jagħmel ebda tnaqqis mil-paga ħlief meta jkun esspressament permess mid-dispożizzjonijiet tal-Att jew meħtieġ b’xi liġi oħra jew meta ordnat minn xi qorti kompetenti jew permezz ta’ ftehim li jkun sar bejn il-prinċipal u trade union li jirrapreżentaw lil impjegati. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, permezz tal-operat tiegħu, jagħmel ħiltu biex jassigura li dawn il-provedimenti fil-liġi mhux qed jiġu miksura.

Tribunal Industrijali – każijiet preżentati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18639 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, kemm ġew ippreżentati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali, sena b’sena mill-2013 sal-lum? Kif kienu maqsumin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tribunal Industrijali – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18640 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 286 każijiet pendenti.

Persuni li naqsu li jdaħħlu dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20017, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u l-2020 naqsu milli jdaħħlu d-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul kif kien dovut minnhom? Minn dan l-ammont ta’ persuni li naqsu milli jiddikjaraw it-taxxa, jista’ l-Ministru jagħti stima ta’ kemm kien l-ammont globali ta’ taxxa li ma kenitx iddikjarata sena b’sena, għas-snin iċċitati aktar ‘il fuq? (2010-2020)

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul – passi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20018, jista' l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta’ persuni li peress li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul ittieħdu passi kontra tagħhom sena b’sena għas-snin 2010-2020? Jista’ jindika wkoll x’kienu l-passi li ttieħdu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li naqsu milli jagħmlu dikjarazzjoni għat-taxxa tad-dħul, għal kollox jew fil-ħin, u/jew ma ħallsux it-taxxa dovuta skont il-liġi, inkorrew multi u nteressi kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Direttorat tal-Osservanza u Investigazzjonijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jista’, sa ħames snin minn meta dikjarazzjoni u/jew ħlas ta’ taxxa jkunu dovuti, jagħti bidu għal investigazzjoni li twassal għal stima ta’ taxxa dovuta, u eventwalment proċeduri legali, jekk ikun il-kaz. Għar-rigward tas-Sena ta’ Stima 2020, il-figuri msemmija ġew influwenzati minn parametri aġġustati fis-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment tat-Taxxi, fejn għandu x’jaqsam jekk persuna tkunx meħtieġa tissottometti dikjarazzjoni għat-taxxa. Dan peress li nstab li z-zieda ta’ persuni li jonqsu milli jagħmlu dikjarazzjoni kien qed ikun primarjament dovut għal ħaddiema ġodda barranin li ma jkunux konxji dwar l-obbligu li jagħmlu l-ewwel dikjarazzjoni għat-taxxa, jew li jilħqu jtemmu l-impjieg tagħhom u jsiefru minn Malta qabel ma tkun dovuta d-dikjarazzjoni. L-informazzjoni meħtieġa għal finijiet ta’ taxxa rigward l-impjegati msemmija qed tinkiseb b’mod awtomatiku mir-rapporti sottomessi mill-‘ employers ’ tagħhom.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – miżuri biex tonqos il-burokrazija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18651 u jelenka l-miżuri, waħda waħda, li l-Ministeru tiegħu ħa jew wettaq biex tonqos il-burokrazija, sena b’sena mill-2017 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ miżuri, biex tonqos il-burokrazija.

Food Delivery Platform

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18548 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi l-paga medja ta’ impjegat ta’ food delivery platform bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mall-operaturi kollha fis-settur u l-informazzjoni mitluba tingħata aktar ‘il quddiem.

Food couriers Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18549 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jaħdmu medja ta’ 70 jew 80 siegħa kull ġimgħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20151.