FORUM – talba għal emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol
Question
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-FORUM, li hija konfederazzjoni ta’ trade unions, għamlu talba lill-Gvern sabiex issir emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol li tkun tippermetti li konfederazzjoni ta’ trade unions (jew ta’ employer associations) tkun rikonoxxuta fil-Liġi l-istess kif inhuma rikonoxxuti t-trade unions kollha individwalment fl-istess u bl-istess Liġi? Jista’ jikkonsidra attivament li tali emenda tiġi mressqa ‘l quddiem mill-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19290 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien l-ammont ta’ fuel (inkluż diesel) li ġie pprovdut lill-Uffiċċju tal-Presidenza tar-Repubblika, kull sena mill-2008 sal-2015, xahar b’xahar u kemm kien l-ammont imħallas għal kull xahar fil-perjodu msemmi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob ma tappartjenix lil dan id-dekasteru jew xi entità li taqa’ taħtu, imma lill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, kif indika hu stess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Head tal-Internal Audit fl-Enemalta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalabx jiċċaqlaq għal entità pubblika oħra iżda jżomm l-istess salarju waqt/wara li kien qed jaħdem fuq l-investigazzjoni dwar l-investiment tal-Enemalta fil-Montenegro? Jekk iva, meta sar dan u fuq ordni ta’ min?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu talbet li tmur taħdem ma’ entità oħra wara l-investigazzjoni inkwistjoni.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18809 u 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19141 u jgħid kemm huwa kkalkulat li għad hawn każijiet fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jagħti elenku għal kull lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, li hemm 390 każ fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet. Il- lokalitajiet huma, Luqa, Attard, Birkirkara, Bugibba, Dingli, Fgura, Gudja, Kalkara, Kirkop, Marsa, Mgarr, Mosta, Mqabba, Msida, Swatar, Naxxar, Qormi, Qrendi, Siggiewi, Victoria, Zebbug u Zurrieq.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO tal-Asset Recovery Bureau fil-preżent?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi ma hemm l-ebda CEO. L-uffiċċju għandu Direttur. Bħalissa hemm aġent direttur li flimkien mal-Bord qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Il-Ministeru qed jagħmel proċess a tenur ta’ dak dettat mill-Artiklu 9 tal-Att 5 tas-sena 2021 u fi żmien opportun dan il-proċess ikun komplut.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għandux rapporti li food couriers impjegati ma’ ditti bħal dawk li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, humiex imniżżla li jaħdmu bħala self-employed? Jista’ jgħid jekk dan hux konformi mal-liġi? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu minn meta ġew ivverifikati dawn ir-rapporti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ ħaddiema fis-settur tal-manifattura kull sena fl-aħħar 10 snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji fuq in-numru ta’ ħaddiema fis-settur tal-manifattura jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Air Malta qed tikri ajruplani tat-tip Airbus 320neo b’rata ta’ iktar minn €300,000 kull xahar, meta ajruplan tat-tip Airbus 320 jista’ jinkera b’rata li hija viċin in-nofs dak l-ammont kull xahar? Jista’ jgħid x’wassal biex id-deċiżjoni tkun li jiġu leased ajruplani tat-tip Airbus 320neo u mhux Airbus 320?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tikri l-ajruplani tagħha minn għand Lessors internazzjonlli u rinomati b’rati skond is-suq, fejn għandha wkoll il-pjan li tibdel l- A320s antiki li hija topera fil-preżent. L-Air Malta għandha konferma minn ditta ewlenija ta’ verifika li ir-rati tal-kirijiet tal-ajruplani il-ġodda huma kollha skond is-suq.
A320 NEOs huma ajruplani ħafna aktar effiċjenti, jaħlu anqas fuel, kif ukoll għandhom vantaġġi fejn il-magni jagħmlu ħafna inqas ħoss meta joperaw. Dan iffiser li l-Air Malta tħallas ħafna inqas fuq noise charge kull meta tinżel f’ajruport. Dan il-proċess kollu jgħejn lil-Kumpanija biex iżżid l-effiċċjenza fl-operat tagħha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID) issottomettietx ir-riżenja tagħha mill-IAID fl-aħħar ġimgħat u jekk iva, meta u għala?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi d-Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet issottomettiet ir-riżenja tagħha nhar il-25 ta’ Marzu 2021 u ħarġet sejħa ġdida sabiex jinħatar Direttur Ġenerali ġdid biex din il-vakanza tiġi mimlija.
Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?
Response (DALLI, MIRIAM)
“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Enterprise qatt ma ġiet notifikata mill-Kummissjoni Ewropea dwar xi investigazzjoni fuq il-każ imsemmi.”
Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli għall-Gvern li f’dawn l-aħħar jumejn il-klijenti tal-BOV fl-Imqabba, Żurrieq u Siġġiewi, speċjalment dawk pensjonanti u anzjani, iltaqgħu ma’ diffikultajiet serji meta ġew biex isarrfu l-pensjoni jew jirtiraw flus mill-kontijiet tagħhom f’dawn il-fergħat peress li ġew infurmati li ma setgħux jagħtuhom flus kontanti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Il-BOV hija kumpanija privata u għalhekk m’għandix mezz kif inkun naf ir-risposta għad-domanda li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.