Legislature:
Category:
Reset
Active:

Food delivery platforms – self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20394, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għandux rapporti li food couriers impjegati ma’ ditti bħal dawk li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, humiex imniżżla li jaħdmu bħala self-employed? Jista’ jgħid jekk dan hux konformi mal-liġi? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu minn meta ġew ivverifikati dawn ir-rapporti?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-kumpaniji msemmija fil-mistoqsija parlamentari preżentement qegħdin jiġu investigati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpjiegi u allura id-Dipartiment mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni rikjesta.

MFSA — talbiet ta' refund ta' application fees

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ talbiet ta’ refund ta’ application fees jew simili li mil-lum sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza daħlu fl-MFSA minn kull applikant li ried iwaqqaf f’Malta entità li hija irregolata mill-MFSA? Jistax jagħti elenku tal-kategoriji rispettivi ta’ x’tip ta’ entità kienet ser titwaqqaf?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mil-25 ta’ Ġunju sat- 8 ta’ Lulju, kien hemm kaz wieħed biss għal talba ta ‘refund ta’ application fees’. Din kienet fil-kategorija ta’ Company Service Provider . Ma kien hemm l ebda raġuni mogħtija mill-individwu l ‘għaliex l-applikazzjoni ġiet ‘ withdrawn’ .

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20685, 18809 u 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minħabba li l-informazzjoni mitluba dwar sponsorships għandha valur kummerċjali għall kumpaniji bħal-ARMS, l-Enemalta u kif ukoll l-Enemed, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub ma jistgħax jiġi ppublikat għax jista’ jippreġudika n-negozju tal-Kumpanija.

Raħal Ġdid — każ ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Raħal Ġdid ġiet infurmata mid-DSS li l-għajnuna medika tagħha u l-pensjoni ta’ età twaqqfulha b’avviż tas-17 ta’ Mejju 2021 sempliċement għax id-depożiti fil-bank qabbżu l-limitu stabbilit mil-Liġi u dan unikament ghax ilha ġewwa mis-sena l-oħra minħabba l-COVID bil-konsegwenza li kull benefiċċju soċjali ġie depożitat u m’għamlet ebda withdrawal of funds? Għaliex għandha tkun ikkastigata pensjonanta anzjana marida li għamlet sena u nofs ġewwa u ma nefqitx flus?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Benefiċċji mhux Kontributorji, f’dan il-każ il-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika huma Means Tested u għalhekk dawn il-benefiċċji jitwaqqfu awtomatikament mis-sistema meta l-Kapital jeċċedi l-iskala. Is-sistema ma tagħhrafx ir-raġuni għala żdied il-kapital. Għalhekk sta għall-benefiċċjarju li jiġġustifika dan. Każi ġenwini fejn il-kapital eċċeda għaliex kien hemm ċirkustanzi simili għal dak imsemmi fil-PQ tiegħek ġew trattati għalihom wara li sar l-iskrutinju meħtieġ u l-pagamenti reġgħu inħarġu mingħajr tnaqqis. Ninfurmak illi l-każ tas-sinjura qed jiġi trattat bl-istess mod u hi se tirċievi risposta fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #21531 Sitting 488 2021-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi tal-Impjiegi – emenda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Individwu – għajnuna supplimentari

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jara jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu u li huwa pensjonant għandu iktar minn €150 kull xahar spejjeż ta’ mediċina, (u jeħtieġ anti pain medicine li ma jiflaħx jixtri) apparti l-ispejjeż ta’ ħlas tal-home li fiha jinsab (Dar l-Annunzjata, Tarxien), huwiex jew jistax ikun intitolat għal xi għajnuna supplementari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li minħabba l-protezzjoni tad-data ma nistax nagħti informazzjoni fuq is-sinjur imsemmi. Bħala informazzjoni ġenerali, sabiex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Supplimentari ma jridx ikollha dħul iżjed minn €14,058 fis-sena.

Awtorità tal-Artijiet – skemi għal ħwienet proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a) meta u kemm-il skema nħarġu mill-Awtorità/Dipartiment tal-Artijiet wara April 2013 biex inkwilini ta’ ħwienet proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta jkunu jistgħu jissulokaw u/jew ikollhom kirjiet fit-tul ħafna, jew simili; b) f’kull skema, kemm applikaw; u c) kemm minn dawk kollha li applikaw għadhom jistennew li jkollhom l-applikazzjoni tagħhom milqugħa, jew għadhom jistennew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant, li preżentament hemm b’kollox 101 applikazzjonijiet tal-skema 2015. Minn dawn, 32 huma pendenti għal kawżi varji filwaqt li 31 qegħdin jiġu proċessati.

Emendi rigward Liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jikkometti ruħu sa data partikolari qabel l-1 t'Ottubru 2021 biex iressaq l-emendi neċessarji għal-Liġi sabiex tiġi implimentata DIRECTIVE (EU) 2019/1937 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 23 October 2019 on the protection of persons who report breaches of Union law?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttiva msemmija – u cioè d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni ser tkun qeda tiġi trasposta sas-17 ta’ Diċembru tal-2021.
Leg 13 PQ #21110 Sitting 487 2021-07-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta’ private jet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19532, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) id-destinazzjoni u b) l-ispiża?

Response (ABELA, ROBERT)

Id-destinazzjoni kienet l-Isvizzera u ninsab nfurmat li l-ispiża kienet ta’ €19,216.60.

Tribunal Industrijali — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19578 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew intavolati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali fl-2020 u fl-2021?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Rilaxx ta’ flus maqbudin f’Malta tar-reġim Gaddafi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti huwiex jinsisti mal-Gvern Libjan li qabel ma’ jiġu rilaxxati lura l-flejjes maqbudin f’Malta li allegatament kienu tar-Reġim Gaddafi, l-ewwel jeħtieġ jitħallsu d-ditti Maltin u Dipartimenti tal-Gvern Malti li ilhom snin sħaħ biex jitħallsu l-flus dovuti lilhom mill-Gvern Libjan għal xogħol minnhom imwettaq fil-Libja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Onor. Interpellant jaf li mhux prudenti li wieħed jikkummenta dwar każi li fuqhom għaddejjin proċeduri fil-qorti. Il-Gvern Malti mhuwiex parti fil-kawża u għalhekk ma nistax nikkummenta jew nesprimi opinjoni dwar il każ li qed jirreferi għalih l’Onorevoli interpellant. Il-Gvern Malti jibqa’ jinsisti mal-awtoritajiet Libjani biex jiġu mħallsa l-fondi pendenti li huma dovuti lil kumpaniji Maltin mill-entitijiet tal-Istat Libjan.

Raħal Ġdid — Wied Blandun - ilmenti dwar annimali

Question

Jista’ l-Ministru jieħu nota u jieħu azzjoni tad-diversi ilmenti li twassluli mir-residenti ta’ madwar Wied Blandun f’Raħal Ġdid minħabba li fl-aħħar xhur tfaċċaw ħemel tiġieġ, sriedaq u annimali oħra li qed jinżammu illegalment f'Wied Blandun, viċin dawn ir-residenzi, b’diversi vetturi jieqfu biex jixtru l-prodotti tagħhom (bla ebda ħarsien tar-regoli tas-sanità pubblika) u b’inkonvenjent għal dawn ir-residenti li ma jistgħux jorqdu bit-treddin tas-sriedaq matul il-lejl?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ħa nota u tniedew l-investigazzjonijiet neċessarji.

Santa Luċija – Servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jara għala s-servizz tat-trasport pubbliku minn Santa Luċija għall-Belt Valletta mhux qed ikun f’ħinu, tant li dawn l-aħħar jiem, diversi residenti lmentaw li qed ikollhom jistennew siegħa u nofs, u ġieli sagħtejn, biex tgħaddi karrozza tal-linja?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni fuq ir-rotta 83 li saret minn Transport Malta bejn l-20 ta’ Ġunju u l-4 ta’ Lulju 2021, jirriżulta li kien hemm 95.1% tal-vjaġġi li telqu fil-ħin mill-lokalita` ta’ Santa Luċija. Kien hemm ukoll 2.3% li telqu xi ftit minuti aktar kmieni milli skedat.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – mafkar għall-memorja ta’ Tony Bezzina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern jaqbilx li jsir mafkar fil-pjazza prinċipali ta’ Raħal Ġdid, f’ġieħ il-memorja ta’ Tony Bezzina, ex President tal-Hibernianc FC u Pawlist, li kien igawdi rispett minn kulħadd?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tony Bezzina kien bniedem maħbub u rrispettat, mhux biss f’Raħal Ġdid, imma minn Malta kollha u ħaqqu kull ġieħ u rispett.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn meta gie mwaqqaf il-Ministeru ghall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Animali ntefqet is-somma ta’ € 7,316.00 permezz ta’ contract for service għall-konsulenza relatata ma’ public relations u komunikazzjoni.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru telenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tagħha u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità nefqet total ta €5,940.70 fl-2017 u l-2018 u SportMalta nefqet €5,000 sa issa fl-2021, il-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet l-oħrajn ma kellhom l-ebda kunsulenza kif issuġġerit minn Marzu 2013 s’issa.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jew kwalunkwe entitá li taqa’ taħtu ma xtraw l-ebda tip ta’ servizz ta’ konsulenza rigward public relations jew komunikazzijoni mid-data li fih ġie mwaqqaf.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #21061 Sitting 486 2021-07-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li rigward l-entitajiet u d-dipartimenti fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitolbu jirreferi għat- tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 19371. Rigward l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.