Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata bħala telephone operator f’xi Dipartiment li jaqa’ taħtu bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ġiet impjegata l-ebda persuna bħala telephone operator fil-perjodu msemmi minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? F’kull każ, x’inhi d-data meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-permess konċernat?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 126, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat elf mitejn u sebgħa u erbgħin (1,247) applikazzjoni bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet bid-data ta’ meta ġiet sottomessa kull applikazzjoni.
Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ l-ARMS Ltd naqqset il-kont dovut ta’ arretrati bejn l-1 ta’ April 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li aġġustamenti fuq il-kontijiet isiru b’mod regolari u dan bħala parti mill-proċedura u skont it-talbiet li jkun hemm.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru permezz, Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru permezz, Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru għall-Intern jelenka l-promozzjonijiet kollha isem b’isem u minn liema rank għal liema rank li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta, mill-1 ta’ Marzu 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 119, l-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li tali informazzjoni rikjesta ġiet sottomessa bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 51.
Forzi Armati ta’ Malta – promozzjonijiet backdated
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-promozzjonijiet kollha li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta mill-bidu tal-2017 s’issa, kemm minnhom kienu backdated u jista’ jgħid minn liema sena kull waħda minn dawn, kienet backdated?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 120, l-Onorevoli Interpellant ghandu jkun jaf li tali informazzjoni rikjesta giet sottomessa bhala twegiba ghall-mistoqsija parlamentari 51.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-promozzjonijiet kollha li ngħataw -fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-2017, kemm ġew ordnati li jitħallsu kumpens ta’ arretrati ta’ pagi/danni eċċ. f’kull waħda minn dawn il-promozzjonijiet li ngħataw (speċjalment dawk backdated), u jista’ jagħti wkoll id-dati ta’ meta dawn il-promozzjonijiet u l-kumpens ordnat ġew mogħtija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 121, l-Onorevoli Interpellant ghandu jkun jaf li tali informazzjoni fuq l-imsemmija promozzjonijiet inghatat bhala twegiba ghall-mistoqsija parlamentari 51. Rigward il-kumpens/arretrati marbuta l-Onorevoli Interpellant ghandu jkun jaf li dawn ghadhom qed jinhadmu u ghad ma humiex konkluzi.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ ta’ taxxa dovuta (kienet x’kienet, inkluż VAT) ġie varjat/imnaqqas l-ammont dovut lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni mill-individwu jew kumpanija konċernata matul l-2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha hija responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.